1 of 65

Tletin Ħadd

taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

Sena Ċ

“Alla kien li ħabbeb il-ħolqien miegħu nnifsu permezz ta’ Kristu,

u fdalna l-ministeru ta’ din il-ħbiberija.”

2 of 65

Glorja `l Alla fil-għoli

tas-smewwiet, u paċi fl-art

lill-bnedmin ta’ rieda tajba.

3 of 65

Infaħħruk, inberkuk, nadurawk, nagħtuk ġieh. Inroddulek ħajr għall-glorja kbira tiegħek.

4 of 65

Mulej Alla,

Sultan tas-sema,

Alla Missier li tista’ kollox. Mulej Iben waħdieni,

Ġesù Kristu,

5 of 65

Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla,

Bin il-Missier.

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ħenn għalina.

6 of 65

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna. Int li qiegħed fuq il-lemin

tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis,

7 of 65

Int waħdek Mulej,

Int waħdek il-għoli,

Ġesù Kristu,

ma’ l-Ispirtu s-Santu:

fil-glorja tal-Missier Alla. Ammen.

8 of 65

Tletin Ħadd

taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

Sena Ċ

“Alla kien li ħabbeb il-ħolqien miegħu nnifsu permezz ta’ Kristu,

u fdalna l-ministeru ta’ din il-ħbiberija.”

9 of 65

Qari I

It-talba tal-umli tinfed is-sħab.

Qari mill-Ktieb �ta’ Bin Sirak Sir 35:12-14,16-18

10 of 65

Il-Mulej hu mħallef,

u ma jħarisx lejn l-uċuħ.

11 of 65

Ma joqgħodx iħares lejn wiċċ dak li jkun b’dannu tal-fqir,

u jagħti widen għat-talba

tal-magħkus.

12 of 65

Ma jagħlaqx widnejh

għat-talba bil-ħniena tal-iltim,

jew tal-armla li tibki xortiha.

13 of 65

Min jaqdi mill-qalb

lil Alla jintlaqa’,

u t-talba tiegħu titla’

m’ogħla s-sħab.

14 of 65

It-talba tal-umli tinfed is-sħab,

u ma toqgħodx bi kwietha qabel tasal qrib il-Mulej,

15 of 65

u ma tiqafx qabel ma

l-Għoli jagħti widen,

u jagħti raġun lill-ġusti

u jagħmel ħaqq.

16 of 65

Il-Kelma tal-Mulej.

℟. Irroddu ħajr lil Alla.

17 of 65

Salm Responsorjali

Salm 33:2-3,17-18,19,23�

℟. Dan il-fqajjar sejjaħ

u l-Mulej semgħu.

18 of 65

Kull ħin inbierek il-Mulej;

tifħiru dejjem fuq fommi.

19 of 65

Bil-Mulej tiftaħar ruħi;

jisimgħu l-fqajrin u jifirħu!

20 of 65

℟. Dan il-fqajjar sejjaħ

u l-Mulej semgħu.

21 of 65

Il-ħarsa tal-Mulej

fuq il-ħżiena,

biex jeqred minn

fuq l-art tifkirithom.

22 of 65

Jgħajtu l-ġusti għall-għajnuna, u l-Mulej jismagħhom;

mid-dwejjaq kollha

tagħhom jeħlishom.

23 of 65

℟. Dan il-fqajjar sejjaħ

u l-Mulej semgħu.

24 of 65

Qrib il-Mulej lejn dawk b’qalbhom maqsuma,

jgħin lil dawk b’ruħhom mifnija.

25 of 65

Jifdi l-Mulej il-ħajja

tal-qaddejja tiegħu;

kull min jistkenn fih

ma jkollux xi jpatti.

26 of 65

℟. Dan il-fqajjar sejjaħ

u l-Mulej semgħu.

27 of 65

Qari II �Hemm merfugħa għalija l-kuruna tal-ġustizzja.

Qari mit-Tieni Ittra

ta’ San Pawl Appostlu

lil Timotju 2 Tim 4:6-8,16-18

28 of 65

Għażiż, demmi ġa mxerred b’sagrifiċċju, u żmien it-tluq tiegħi wasal.

29 of 65

Tqabadt it-taqbida t-tajba, temmejt il-ġirja, ħarist il-fidi.

30 of 65

Mill-bqija hemm merfugħa għalija l-kuruna tal-ġustizzja, li biha f’dak il-Jum iħallasni

l-Mulej,

31 of 65

l-Imħallef ġust, u mhux lili biss, imma wkoll lil dawk kollha li jkunu għexu

fl-imħabba tad-Dehra tiegħu.

32 of 65

Fl-ewwel difiża tiegħi ħadd ma kien miegħi; kulħadd ħallieni.

33 of 65

Jalla ma jkunx magħdud kontrihom!

34 of 65

Imma l-Mulej waqaf miegħi

u tani l-qawwa biex bis-saħħa tiegħi l-kelma tixxandar

sal-aħħar u l-ġnus kollha jisimgħuha.

35 of 65

Hekk jien sfajt meħlus minn ħalq l-iljun. Il-Mulej jeħlisni minn kull deni u jħarisni,

36 of 65

sa ma nasal fis-saltna tiegħu tas-sema. Glorja lilu għal dejjem ta’ dejjem! Amen.

37 of 65

Il-Kelma tal-Mulej.

℟. Irroddu ħajr lil Alla.

38 of 65

Hallelujah

Hallelujah

39 of 65

2 Kor 5:19�

Alla kien li ħabbeb

il-ħolqien miegħu nnifsu permezz ta’ Kristu,

u fdalna l-ministeru

ta’ din il-ħbiberija.

40 of 65

Hallelujah

Hallelujah

41 of 65

Evanġelju

Il-pubblikan niżel id-dar iġġustifikat.

    • Qari mill-Evanġelju

skont San Luqa Lq 18:9-14

42 of 65

F’dak iż-żmien, kien hemm uħud li kienu jafdaw fihom infushom li huma ġusti

u kienu jmaqdru lill-oħrajn.

43 of 65

Ġesù qalilhom din

il-parabbola:

44 of 65

“Żewġt irġiel, wieħed Fariżew

u l-ieħor pubblikan,

telgħu fit-tempju biex jitolbu.

45 of 65

Il-Fariżew, wieqaf,

talab hekk f’qalbu:

‘O Alla, niżżik ħajr li m’iniex bħall-bqija tal-bnedmin, ħalliela, inġusti, żienja, jew ukoll bħal dan il-pubblikan.

46 of 65

Jiena nsum darbtejn fil-ġimgħa u nħallas l-għexur ta’ kulma ndaħħal’.

47 of 65

Iżda l-pubblikan,

bilwieqfa fil-bogħod anqas

biss ried jerfa’ għajnejh

lejn is-sema,

48 of 65

imma beda jħabbat fuq sidru

u jgħid:

‘O Alla, ħenn għalija,

għax jien midneb!’.

49 of 65

Ngħidilkom jien li dan,

u mhux l-ieħor,

niżel id-dar iġġustifikat.

50 of 65

Għax kull

min jitkabbar, jiċċekken;

u min jiċċekken, jitkabbar”.

51 of 65

Il-Kelma tal-Mulej.

℟. It-tifħir lilek Kristu.

52 of 65

Tletin Ħadd

taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

Sena Ċ

“Alla kien li ħabbeb il-ħolqien miegħu nnifsu permezz ta’ Kristu,

u fdalna l-ministeru ta’ din il-ħbiberija.”

53 of 65

Jiena nemmen f’Alla wieħed,

il-Missier li jista’ kollox,

li ħalaq is-sema u

l-art, dak kollu li jidher

u dak li ma jidhirx.

54 of 65

U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,

imnissel mill-Missier

qabel kull żmien.

55 of 65

Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier

u bih sar kollox.

56 of 65

Niżel mis-smewwiet għalina

l-bnedmin u għall-fidwa

tagħna.

57 of 65

U ħa l-ġisem

bis-setgħa tal-Ispirtu

s-Santu minn Marija Verġni

u sar bniedem.

58 of 65

Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh,

u fit-tielet jum qam

minn bejn l-imwiet, skont

59 of 65

il-Kotba mqaddsa,

u tela’ s-sema, u qieghed fuq

il-lemin tal-Missier.

60 of 65

U għandu jerġa jiġi

bil-glorja biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin, u

s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem.

61 of 65

U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej mill-Missier u mill-Iben:

62 of 65

li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u

mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.

63 of 65

U fi Knisja waħda,

qaddisa, kattolika,appostolika.

Nistqarr magħmudija waħda

għall-maħfra tad-dnubiet.

64 of 65

U nistenna l-qawma

mill-imwiet, u l-ħajja

taż-żmien li ġej.

Ammen.

65 of 65

Tletin Ħadd

taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

Sena Ċ

“Alla kien li ħabbeb il-ħolqien miegħu nnifsu permezz ta’ Kristu,

u fdalna l-ministeru ta’ din il-ħbiberija.”