1 of 38

Qari mill-Ktieb tal-

Profeta Għamos

Għam 2, 6-10.13-16

2 of 38

Dan jgħid il-Mulej:

3 of 38

“Għal tliet dnubiet ta’ Iżrael, erbgħa anzi, ma rreġġax lura kelmti, għax huma biegħu l-bniedem ġust għall-fidda,

4 of 38

u l-fqir għal żewġt iqrieq;

saħqu ras l-imsejkna

mat-trab tal-art, u għawġu t-triq tal-umli;

5 of 38

għax huma jidħlu għand

l-istess żagħżugħa,

sew l-iben, sew missieru,

biex iżebilħu l-isem qaddis tiegħi;

6 of 38

u għax ħdejn kull altar jimteddu fl-art fuq ħwejjeġ mirhunin; u fid-dar ta’ alla tagħhom ilegilgu l-inbid ta’ dawk li huma jimmultaw.

7 of 38

U safrattant kont jien li qridtilhom ġens l-Amurrin,

minn quddiemhom,

minkejja li kien għoli daqs iċ-ċedri,

8 of 38

u l-qawwa tiegħu qawwa tal-ballut.

U qridtlu l-frott minn fuqu u sal-għeruq minn taħtu.

9 of 38

Kont jien li tellajtkom

mill-Eġittu, mexxejtkom

erbgħin sena fid-deżert,

biex tieħdu art ġens

l-Amurrin.

10 of 38

Araw, se rrosskom mal-art,

kif jintrass ’l isfel karettun

mgħobbi bil-qatet.

11 of 38

Il-ħafif ma jibqagħlux ħila biex jaħrab, il-qawwi ma jwettaqx saħħtu;

lanqas il-qalbieni ma jsalva ħajtu;

12 of 38

min jaqbad l-ark ma jiqafx fuq riġlejh, min hu riġlejh ħfief ma jsalvax, lanqas

ir-rikkieb ma jsalva ħajtu;

13 of 38

u mqar l-aqwa wieħed fost

il-qalbiena, ikollu jaħrab għarwien dakinhar !”

Oraklu tal-Mulej.

14 of 38

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

15 of 38

R:/ Mulej aħfer id-dnub tal-poplu tiegħek

Salm Responsorjali

16 of 38

Kif titkellem fuq

il-kmandamenti tiegħi,

u żżomm fuq xufftejk

il-patt tiegħi,

17 of 38

int, li tobgħod it-twiddib,

u tixħet kliemi wara dahrek?

18 of 38

R:/ Mulej aħfer id-dnub tal-poplu tiegħek

19 of 38

Jekk tiltaqa’ ma’ ħalliel, tissieħeb miegħu;

sehmek taqsam maż-żienja.

Fommok ftaħt għall-ħażen,

u lsienek il-qerq jinseġ.

20 of 38

R:/ Mulej aħfer id-dnub tal-poplu tiegħek

21 of 38

Kontra ħuk toqgħod tpaċpaċ,

kontra bin ommok tqassas.

Dan int għamilt, u jien bqajt sieket;

22 of 38

forsi ħsibt li jiena bħalek.

Issa se nċanfrek, u dan kollu nqiegħed quddiemek.

23 of 38

R:/ Mulej aħfer id-dnub tal-poplu tiegħek

24 of 38

Ifhmuha sewwa, intom li tinsew ’l Alla,

li ma naħtafkomx, u ħadd ma jeħliskom.

25 of 38

Min iroddli sagrifiċċju ta’ radd il-ħajr, dan isebbaħni;

lil min jimxi bis-sewwa nurih is-salvazzjoni ta’ Alla.

26 of 38

R:/ Mulej aħfer id-dnub tal-poplu tiegħek

27 of 38

Hallelujah, Hallelujah

28 of 38

Illum la twebbsux qalbkom,

iżda isimgħu leħen

il-Mulej.

29 of 38

Hallelujah, Hallelujah

30 of 38

Qari mill-Evanġelju skont

San Mattew

Mt 8, 18-22

R:/ Glorja lilek Mulej

31 of 38

F’dak iż-żmien, meta ra ruħu mdawwar b’ħafna nies, Ġesù ordna li jaqsmu għax-xatt l-ieħor.

32 of 38

Imbagħad resaq fuqu

wieħed mill-kittieba u qallu:

“Mgħallem, tmur fejn tmur, jiena niġi warajk”.

Imma Ġesù wieġbu:

33 of 38

“Il-volpijiet għandhom

l-għerien tagħhom, u

l-għasafar tas-sema l-bejtiet; iżda Bin il-bniedem ma għandux fejn imidd rasu”.

34 of 38

Ieħor, wieħed mid-dixxipli, qallu:

“Mulej, ħallini l-ewwel immur nidfen lil missieri”.

35 of 38

Ġesù wieġbu:

36 of 38

“Imxi warajja, u ħalli

l-mejtin jidfnu l-mejtin tagħhom”.

37 of 38

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

38 of 38