Henjin il-foqra fl-ispirtu
Glorja `l Alla fil-għoli
tas-smewwiet, u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.
Infaħħruk,
inberkuk,
nadurawk,
nagħtuk ġieh.
Inroddulek ħajr għall-glorja kbira tiegħek. Mulej Alla, Sultan tas-sema,
Alla Missier li tista’ kollox.
Mulej Iben waħdieni, Ġesù Kristu,
Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla, Bin il-Missier.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ħenn għalina.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna.
Int li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis, Int waħdek Mulej,
Int waħdek il-għoli,
Ġesu’ Kristu, ma’ l-Ispirtu
s-Santu:
fil-glorja tal-Missier Alla.
Ammen.
Henjin il-foqra fl-ispirtu
Qari mill-Ktieb
tal-Profeta Sofonija
Sof 2, 3; 3, 12-13
Fittxu lill-Mulej ilkoll,
intom, l-umli tal-art, li tagħmlu ordnijietu, fittxu
l-ġustizzja, fittxu l-umiltà;
biex forsi f’jum il-korla
tal-Mulej ikollkom fejn tistkennu.
“U nħalli f’nofsok poplu umli u mċekken”.
U f’isem il-Mulej ifittxu
l-kenn dawk li jifdal minn Iżrael.
Ma jagħmlux ħażen, ma jgħidux kliem b’ieħor,
u lsien qarrieq ma jibqax iżjed f’fommhom, hekk li joqogħdu jirgħu u jistrieħu
bla ma jbeżżagħhom ħadd.
Il-Kelma tal-Mulej.
R:/ Irroddu ħajr lil Alla.
Salm Responsorjali
R:/ Henjin il-foqra
fl-ispirtu
Il-Mulej jagħmel ħaqq
lill-maħqurin, u jagħti
l-ħobż lill-imġewħin.
Il-Mulej jeħles
lill-imjassrin.
R:/ Henjin il-foqra
fl-ispirtu
Il-Mulej jiftaħ għajnejn
l-għomja;
il-Mulej jerfa’
lill-milwijin;
il-Mulej iħobb lill-ġusti;
il-Mulej iħares
lill-barranin.
R:/ Henjin il-foqra
fl-ispirtu
Hu jżomm lill-iltim u
lill-armla,
imma lill-ħżiena jħarbtilhom triqathom.
Il-Mulej isaltan għal dejjem;
Alla tiegħek, Sijon, minn nisel għal nisel.
R:/ Henjin il-foqra
fl-ispirtu
Qari mill-Ewwel Ittra ta’
San Pawl Appostlu
lill-Korintin
1 Kor 1, 26-31
Ħuti, qisu s-sejħa tagħkom: għax m’humiex ħafna fostkom li huma għorrief skond il-qjies
tad-dinja;
m’humiex ħafna
s-setgħana, m’humiex ħafna n-nobbli.
Imma Alla għażel in-nies boloh għad-dinja biex iħawwad l-għorrief; għażel id-dgħajfa tad-dinja biex iħawwad il-qawwija;
għażel il-mistmerra
mid-dinja, u n-nies li ma huma xejn, biex iġib
fix-xejn lil dawk li huma xi ħaġa.
Hekk ebda bniedem ma jkun jista’ jiftaħar quddiem Alla.
Minnu li intom tinsabu fi Kristu Ġesù li sar għalina l-għerf mingħand Alla, ġustizzja, qdusija u fidwa,
biex bħalma hu miktub, min jiftaħar, ħa jiftaħar
fil-Mulej.
Il-Kelma tal-Mulej.
R:/ Irroddu ħajr lil Alla.
Hallelujah, Hallelujah
Ifirħu u thennew,
għax ħlaskom kbir
fis-smewwiet.
Hallelujah, Hallelujah
Qari mill-Evanġelju skont
San Mattew
Mt 5, 1-12a
F’dak iż-żmien, kif ra
l-folol, Ġesù tala’ fuq
il-muntanja, qagħad bilqiegħda, u resqu lejh
id-dixxipli tiegħu.
Fetaħ fommu u qabad jgħallimhom u jgħid:
“Henjin il-foqra fl-ispirtu,
għax tagħhom hija
s-Saltna tas-Smewwiet.
Henjin l-imnikkta,
għax huma jkunu mfarrġa.
Henjin ta’ qalbhom ħelwa,
għax huma jkollhom b’wirthom l-art.
Henjin dawk li huma
bil-ġuħ u bl-għatx
tal-ġustizzja,
għax huma jkunu mxebbgħin.
Henjin dawk li jħennu,
għax huma jsibu
ħniena.
Henjin dawk li huma safja f’qalbhom,
għax huma jaraw lil Alla.
Henjin dawk li jġibu
l-paċi,
għax huma jissejħu wlied Alla.
Henjin dawk li huma ppersegwitati minħabba
s-sewwa,
għax tagħhom hija
s-Saltna tas-Smewwiet.
Henjin intom, meta jgħajrukom u jippersegwitawkom u jaqilgħu kull xorta ta’ ħażen u gideb kontra...
tagħkom minħabba fija.
Ifirħu u thennew, għax ħlaskom kbir
fis-smewwiet”.
Il-Kelma tal-Mulej.
R:/ Tifħir Lilek Kristu.
Henjin il-foqra fl-ispirtu
Jiena nemmen f’Alla wieħed, il-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u
l-art, dak kollu li jidher u dak li ma jidhirx.
U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,
imnissel mill-Missier
qabel kull żmien.
Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier u bih sar kollox.
Niżel mis-smewwiet għalina
l-bnedmin u għall-fidwa
tagħna.
U ħa l-ġisem
bis-setgħa tal-Ispirtu
s-Santu minn Marija Verġni u sar bniedem.
Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh, u fit-tielet jum qam minn bejn l-imwiet, skont
il-Kotba mqaddsa,
u tela’ s-sema, u qieghed fuq
il-lemin tal-Missier.
U għandu jerġa jiġi
bil-glorja biex jagħmel ħaqq
mill-ħajjin u mill-mejtin, u s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem.
U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej
mill-Missier u mill-Iben:
li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u
mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.
U fi Knisja waħda, qaddisa, kattolika, appostolika.
Nistqarr magħmudija waħda
għall-maħfra tad-dnubiet.
U nistenna l-qawma
mill-imwiet, u l-ħajja
taż-żmien li ġej.
Ammen.