1 of 38

Qari mill-Ktieb tal-

Profeta Isaija

Is 6,1-8

2 of 38

Fis-sena li fiha miet

is-sultan Għużżija, jien rajt lil Sidi bilqiegħda fuq tron għoli merfugħ ’il fuq;

3 of 38

djul il-libsa tiegħu kienu jimlew it-tempju. Il fuq minnu kien hemm serafini, kull wieħed b’sitt ġwienaħ:

4 of 38

bi tnejn kienu jgħattu wiċċhom, bi tnejn kienu jgħattu riġlejhom, u bi tnejn jittajru. U kienu jgħajtu u jwieġbu lil xulxin:

5 of 38

“Qaddis, qaddis, qaddis hu

l-Mulej tal-eżerċti! L-art kollha mimlija

bil-glorja tiegħu.”

6 of 38

Bl-għajjat tagħhom is-sisien tal-għetiebi theżżu, u

t-tempju mtela bid-duħħan. Imbagħad jiena għedt:

7 of 38

“Jaħasra għalija!

Mitluf jien! Bniedem b’xufftejh imniġġsa jien!

U f’nofs poplu b’xufftejh imniġġsa ngħammar;

8 of 38

madankollu rajt b’għajnejja lis-Sultan,

il-Mulej tal-eżerċti.”

9 of 38

Wieħed mis-serafini ttajjar

lejja, b’ġamra nar f’idu, li hu kien qabad bi mqass minn fuq l-altar, u messli

fommi biha u qalli:

10 of 38

“Ara, din messitlek

xufftejk: ħżunitek għebet,

u dnubek inħafer.”

Imbagħad smajt leħen Sidi jgħid:

11 of 38

“Lil min se nibgħat?

Min se jmurilna?”

U jien weġibt:

“Hawn jien: ibgħat lili!”

12 of 38

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

13 of 38

R:/ Il-Mulej isaltan;

il-kobor libes

Salm Responsorjali

14 of 38

Il-Mulej isaltan;

il-kobor libes,

libes il-Mulej u tħażżem

bil-qawwa.

15 of 38

R:/ Il-Mulej isaltan;

il-kobor libes

16 of 38

Izomm sħiħa d-dinja;

qatt ma titħarrek.

Iwaqqaf it-tron tiegħek

fis-sod minn dejjem;

minn dejjem ta’ dejjem int.

17 of 38

R:/ Il-Mulej isaltan;

il-kobor libes

18 of 38

Il-kmandamenti tiegħek

ta’ min joqgħod fuqhom; qdusija lil darek tixraq, Mulej,

sa kemm itul iż-żmien.

19 of 38

R:/ Il-Mulej isaltan;

il-kobor libes

20 of 38

Hallelujah, Hallelujah

21 of 38

Jekk tkunu mkasbrin minħabba l-isem ta’ Kristu, henjin intom! Fuqkom għandkom l-Ispirtu ta’ Alla.

22 of 38

Hallelujah, Hallelujah

23 of 38

Qari mill-Evanġelju skont

San Mattew

Mt 10, 24-33

R:/ Glorja lilek Mulej

24 of 38

F’dak iż-żmien, Ġesù qal

lill-Appostli tiegħu:

25 of 38

“Ma hemmx dixxiplu aqwa

mill-imgħallem, anqas ilsir aqwa minn sidu.

26 of 38

Biżżejjed għad-dixxiplu jekk joħroġ jixbah

lill-imgħallem tiegħu u

l-ilsir lil sidu.

27 of 38

Jekk lil sid id-dar tawh

il-laqam ta’ Begħelżebul, kemm aktar lin-nies ta’ daru! Għalhekk la tibżgħux

minnhom.

28 of 38

Għax xejn ma hu mgħotti li ma jinkixifx, u xejn ma hu moħbi li ma jsirx magħruf.

29 of 38

Dak li jien ngħidilkom

fid-dlam għiduh fid-dawl, u dak li ngħidilkom f’widnejkom xandruh minn fuq il-bjut.

30 of 38

U tibżgħux minn dawk

li joqtlu l-ġisem bla ma jistgħu joqtlu r-ruħ;

31 of 38

imma aktar ibżgħu minn dak li jista’ jeqred kemm ir-ruħ u kemm il-ġisem fl-infern. Żewġ għasafar tal-bejt mhux b’ħabba jinbiegħu?

32 of 38

U b’danakollu anqas

wieħed minnhom ma jaqa’ fl-art mingħajr

ir-rieda ta’ missierkom.

33 of 38

Intom imbagħad

sax-xagħar ta’raskom

kollu hu magħdud. Mela xejn la tibżgħu;

34 of 38

intom aqwa minn ħafna għasafar tal-bejt! Kull min jistqarr quddiem

il-bniedem li hu miegħi,

35 of 38

jien ukoll nistqarr li jiena miegħu quddiem Missieri li hu fis-smewwiet.

36 of 38

Iżda min jiċħad lili quddiemil-bniedem, jien ukoll niċħad lilu quddiem Missieri li hu

fis-smewwiet.”

37 of 38

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

38 of 38