1 of 26

Qari mill-Ittra ta’

San Pawl Appostlu

lill-Filippin

Fil 2, 1-4

2 of 26

Ħuti, jekk hemm fikom xi faraġ fi Kristu; jekk hemm xi kelma ta’ ħlewwa

fl-imħabba; jekk hemm xi xirka fl-Ispirtu;

3 of 26

jekk hemm xi ħniena u mogħdrija; kunu fehma waħda u imlewni bil-ferħ! Ħa jkollkom l-istess imħabba, u ruħ waħda u ħsieb wieħed.

4 of 26

Tagħmlu xejn b’pika ta’ partit, anqas għall-ftaħir fieragħ; imma kunu umli u kull wieħed minnkom iqis lill-ieħor aħjar minnu.

5 of 26

Ħadd minnkom ma għandu jfittex li jaqbillu, imma li jaqbel lil ħaddieħor.

6 of 26

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

7 of 26

R./ Mulej, ħarisli ruħi fis-sliem

Salm Responsorjali

8 of 26

Mulej, ma tkabbritx qalbi,

anqas ma ntrefgħu

għajnejja;

9 of 26

jien ma ġrejtx wara

ħwejjeġ kbar,

jew wara ħwejjeġ

ogħla minni.

10 of 26

R./ Mulej, ħarisli ruħi fis-sliem

11 of 26

Imma żammejt ruħi

fis-skiet u l-mistrieħ,

bħal tarbija f’ħoġor ommha;

12 of 26

bħal tarbija miftuma, hekk hi ruħi ġewwa fija.

13 of 26

R./ Mulej,

ħarisli ruħi fis-sliem

14 of 26

Ittama, Iżrael, fil-Mulej,

minn issa u għal dejjem!

15 of 26

R./ Mulej, ħarisli ruħi fis-sliem

16 of 26

Hallelujah, Hallelujah

17 of 26

Jekk iżżommu fil-kelma tiegħi, tkunu tassew dixxipli tiegħi,

jgħid il-Mulej,

u tagħrfu l-verità.

18 of 26

Hallelujah, Hallelujah

19 of 26

Qari mill-Evanġelju skont

San Luqa

Lq 14, 12-14

R:/ Glorja lilek Mulej

20 of 26

F’dak iż-żmien,

Ġesù qal lil-kap tal-fariżej

li kien stiednu:

21 of 26

“Meta tagħti ikla jew

pranzu, tistedinx lil

ħbiebek jew lil ħutek

jew lil qrabatek,

u anqas ġirien għonja,

22 of 26

għax għandhom mnejn imbagħad jistiednu lilek huma, u hekk iroddulek

il-pjaċir li tkun għamiltilhom.

23 of 26

Għall-kuntrarju, meta tagħmel ikla, stieden

il-foqra, il-magħtubin,

iz-zopop u l-għomja,

u hieni int,

24 of 26

għax dawn ma għandhomx minn fejn iroddulek pjaċir bi pjaċir, imma jroddhulek Alla meta l-ġusti jqumu

għall-ħajja!”

25 of 26

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

26 of 26