1 of 62

Il-Ħamis

tal-Ottava tal-Għid

2 of 62

Glorja `l Alla fil-għoli

tas-smewwiet, u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.

3 of 62

Infaħħruk,

inberkuk,

nadurawk,

nagħtuk ġieh.

4 of 62

Inroddulek ħajr

għall-glorja kbira tiegħek. Mulej Alla, Sultan

tas-sema,

Alla Missier li tista’ kollox.

5 of 62

Mulej Iben waħdieni, Ġesù Kristu,

Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla, Bin il-Missier.

6 of 62

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ħenn għalina.

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna.

7 of 62

Int li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis, Int waħdek Mulej,

Int waħdek il-għoli,

8 of 62

Ġesu’ Kristu, ma’ l-Ispirtu

s-Santu:

fil-glorja tal-Missier Alla.

Ammen.

9 of 62

Il-Ħamis

tal-Ottava tal-Għid

10 of 62

Qari mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli�Atti 3, 11-26

11 of 62

F’dak iż-żmien, waqt li

r-raġel il-magħtub kien imqabbad ma’ Pietru u Ġwanni, in-nies, mistagħġba għall-aħħar,

12 of 62

ġrew ilkoll flimkien lejhom ħdejn il-portiku li jgħidulu ta’ Salamun. Pietru, kif rahom qalilhom:

13 of 62

“Nies ta’ Iżrael, x’intom

tistagħġbu b’dan? Jew x’intom tħarsu lejna,

14 of 62

qisna konna aħna li b’ħilitna jew bit-tieba tagħna għamilna lil dan

ir-raġel jimxi?

15 of 62

Alla ta’ Abraham, Alla ta’ Iżakk, u Alla ta’ Ġakobb, Alla ta’ missirijietna gglorifika lill-qaddej tiegħu, Ġesù,

16 of 62

li intom ittradejtuh u ċħadtuh quddiem Pilatu, għalkemm dan kien qatagħha li jitilqu.

17 of 62

Intom ċħadtu l-Qaddis u

l-Ġust, tlabtu l-ħelsien ta’ wieħed qattiel u qtiltu

lill-Awtur tal-ħajja.

18 of 62

Imma Alla qajmu

mill-imwiet, u ta’ dan aħna xhieda. Kien bl-isem ta’ Ġesù, u permezz tal-fidi f’dan l-isem, li dan ir-raġel,

19 of 62

li intom tafuh u qegħdin tarawh, ħa saħħtu; hija

l-fidi fih li tatu saħħtu għal kollox quddiemkom ilkoll.

20 of 62

Issa, ħuti, jiena naf li kemm intom u kemm il-kapijiet tagħkom, għamiltu dan għaliex ma kontux tafu.

21 of 62

Imma b’hekk Alla temm dak li hu kien ħabbar sa minn qabel b’fomm

il-profeti, jiġifieri, li

l-Messija tiegħu kellu jbati.

22 of 62

Indmu, mela, u erġgħu lura minn dnubietkom biex jinħafrulkom. Hekk jiġu żminijiet ta’ mistrieħ mingħand il-Mulej,

23 of 62

u hu jibagħtilkom

il-Messija li għażlilkom, li hu Ġesù, li għalissa għandu jibqa’ fis-sema sa ma jseħħ

it-tiġdid kollu li fl-imgħoddi

24 of 62

semma Alla b’fomm

il-profeti qaddisa tiegħu. Mosè wkoll qal:

25 of 62

‘Il-Mulej Alla tagħna jqajmilkom profeta bħali minn fost ħutkom; lilu isimgħu f’kulma jgħidilkom.

26 of 62

U jiġri li kull min ma jismax minn dan il-profeta jinqered minn qalb

il-poplu’.

27 of 62

U l-profeti kollha, ibda minn Samwel u dawk li ġew warajh, ilkoll tkellmu u ħabbru dawn il-jiem.

28 of 62

Intom ulied il-profeti u werrieta tal-Patt li Alla

għamel ma’ missirijietkom meta qal lil Abraham:

29 of 62

“F’nislek jitbierku l-ġnus kollha tal-art”.

30 of 62

Kien għalikom l-ewwel li Alla qajjem il-Qaddej tiegħu u bagħtu jberikkom, billi kull wieħed minnkom jerġa’ lura minn ħżunitu”.

31 of 62

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

32 of 62

R:/ Mulej, Sid tagħna, kemm hu kbir ismek fl-art kollha!

Salm Responsorjali

33 of 62

Mulej, Sid tagħna,

kemm hu kbir ismek fl-art kollha!

34 of 62

X’inhu l-bniedem biex tiftakar fih,

bin il-bniedem, biex taħseb fih?

35 of 62

R:/ Mulej, Sid tagħna, kemm hu kbir ismek fl-art kollha!

36 of 62

Ftit inqas mill-allat għamiltu,

bis-sebħ u l-ġmiel żejjintu,

qegħedtu fuq l-għemejjel kollha ta’ jdejk!

37 of 62

Kollox taħt riġlejh qegħedtlu.

38 of 62

R:/ Mulej, Sid tagħna, kemm hu kbir ismek fl-art kollha!

39 of 62

In-nagħaġ u l-baqar kollha,

sa l-bhejjem tax-xagħri;

40 of 62

l-għasafar tal-ajru u l-ħut tal-baħar,

dak kollu li jterraq

fil-baħar.

41 of 62

R:/ Mulej, Sid tagħna, kemm hu kbir ismek fl-art kollha!

42 of 62

Hallelujah, Hallelujah

43 of 62

Dan hu l-jum li għamel

il-Mulej;

ħa nifirħu u nithennew fih!

44 of 62

Hallelujah, Hallelujah

45 of 62

Qari mill-Evanġelju skont

San Luqa

Lq 24, 35-48

R:/ Glorja lilek Mulej

46 of 62

F’dak iż-żmien, id-dixxipli ta’ Għemmaws kienu qegħdin itarrfu x’kien ġralhom fit-triq, u kif kienu għarfu lil Ġesù

fil-qsim tal-ħobż.

47 of 62

Kif kienu għadhom jitkellmu, Ġesù nnifsu waqaf f’nofshom u qalilhom:

48 of 62

“Is-sliem għalikom!”.

49 of 62

Huma twerwru bil-biża’ għax ħasbu li qegħdin jaraw xi fantażma. Iżda hu qalilhom:

50 of 62

“Għaliex tħawwadtu? Għaliex dan it-tħassib kollu f’qalbkom? Araw idejja u riġlejja.

51 of 62

Jiena hu! Missuni, u ifhmuha li l-ispirtu ma għandux laħam u għadam bħalma qegħdin taraw li għandi jien”.

52 of 62

Huwa u jgħidilhom dan, uriehom idejh u riġlejh.

Iżda billi huma, fil-ferħ tagħhom,

53 of 62

kienu għadhom ma jridux jemmnu u baqgħu mistagħġba, qalilhom:

54 of 62

“Għandkom xi ħaġa

tal-ikel hawn?”.

55 of 62

Huma ressqulu quddiemu biċċa ħuta mixwija, u hu ħadha u kielha quddiemhom. Imbagħad qalilhom:

56 of 62

“Meta kont għadni magħkom għedtilkom

dawn il-kelmiet:

57 of 62

Jeħtieġ li jseħħ kulma nkiteb fuqi fil-Liġi ta’ Mosè, fil-Profeti u fis-Salmi”.

58 of 62

Imbagħad fetħilhom moħħhom biex jifhmu

l-Iskrittura. U qalilhom:

59 of 62

“Hekk kien miktub: li

l-Messija jbati u fit-tielet jum iqum mill-imwiet,

60 of 62

u li l-indiema għall-maħfra

tad-dnubiet tixxandar f’ismu lill-ġnus kollha, ibda minn Ġerusalemm. Intom xhud ta’ dan”.

61 of 62

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

62 of 62

Il-Ħamis

tal-Ottava tal-Għid