It-Tnejn
tas-Sitt Ġimgħa tal-Għid
“L-Ispirtu tal-Verita’ jixhed għalija”
Qari mill-Ktieb�tal-Atti tal-Appostli�Atti 16, 11-15�
Tlaqna bil-baħar minn Troas u bqajna sejrin lejn Samotraċja, u l-għada wasalna Neapoli.
Minn hemm morna Filippi, li hi l-belt ewlenija
tal-provinċja tal-Maċedonja u kolonja Rumana.
Qgħadna għal ftit jiem f’din il-belt. Meta wasal is-Sibt, ħriġna barra l-bieb tal-belt, lejn xatt ix-xmara,
fejn dehrilna li kien hemm dar tat-talb. Qgħadna bilqiegħda, u bdejna nkellmu lin-nisa li kien hemm miġbura flimkien.
Waħda minnhom kien jisimha Lidja, mara minn Tijatira, neguzjanta
tal-porpra u kienet tqim lil Alla.
Hija qagħdet tismagħna, u
l-Mulej fetħilha qalbha biex tifhem dak li kien jgħid Pawlu.
Wara li tgħammdet, hi u
l-familja tagħha, talbitna u qaltilna:
“Jekk jidhrilkom li jiena nemmen fil-Mulej, ejjew oqogħdu d-dar tiegħi”.
U ġagħlitna noqogħdu għandha.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
R:/ Il-Mulej jitgħaxxaq bil-poplu tiegħu
Salm Responsorjali
Għannu lill-Mulej għanja ġdida:
fil-ġemgħa ta’ ħbiebu
t-tifħir tiegħu!
Ħa jifraħ Iżrael bil-Ħallieq tiegħu,
u jithennew ulied Sijon bis-sultan tagħhom!
R:/ Il-Mulej jitgħaxxaq bil-poplu tiegħu
Ħa jfaħħru biż-żfin l-isem tiegħu,
bid-daqq tat-tanbur u
taċ-ċetra!
Għax il-Mulej jitgħaxxaq bil-poplu tiegħu,
u jsebbaħ lill-fqajrin
bir-rebħa.
R:/ Il-Mulej jitgħaxxaq bil-poplu tiegħu
Bil-glorja jithennew ħbiebu,
u jaqbżu bil-ferħ fuq friexhom!
It-tifħir ta’ Alla jkun fuq fommhom.
Dan hu ġieħ għall-ħbieb tiegħu kollha.
R:/ Il-Mulej jitgħaxxaq bil-poplu tiegħu
Hallelujah, Hallelujah
L-Ispirtu tal-verità jixhed għalija, jgħid il-Mulej,
u intom ukoll tagħtu xhieda.
Hallelujah, Hallelujah
Qari mill-Evanġelju skont
San Ġwann
Ġw 15, 26 – 16, 4a
R:/ Glorja lilek Mulej
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu:
“Meta jiġi d-Difensur, li se nibagħtilkom mingħand
il-Missier, l-Ispirtu tal-verità, li ġej mill-Missier, huwa jixhed għalija.
U intom ukoll tixhdu, għax intom kontu miegħi
sa mill-bidu.
Dawn il-ħwejjeġ għedthomlkom biex ma titfixklux. Ikeċċukom ’il barra mis-sinagogi, mhux biss,
imma tasal is-siegħa meta min joqtolkom jaħseb li jkun qiegħed jagħti qima lil Alla.
Dan jagħmluh għax la għarfu lill-Missier u lanqas lili. Imma dan kollu għedthulkom biex,
meta tasal is-siegħa li jagħmlulkom dan, tiftakru li jiena għedthulkom”.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Tifħir lilek Kristu
It-Tnejn
tas-Sitt Ġimgħa tal-Għid
“L-Ispirtu tal-Verita’ jixhed għalija”