1 of 79

Quddiesa Libera� tat-Tielet ġimgħa tar-Randan

2 of 79

Qari mill-Ktieb �tal-Eżodu Eżodu 17, 1-7

3 of 79

F’dak iż-żmien, il-ġemgħa kollha ta’ wlied Iżrael telqu fid-deżert ta’Sin, jimxu u jieqfu skont ma jgħidilhom �il-Mulej; u waqfu f’Rafidim.

4 of 79

Hemmhekk ma kienx

hemm ilma x’jixorbu.

Il-poplu ħadha kontra Mosè u qalulu:

5 of 79

“Agħtina ilma x’nixorbu!”

Mosè weġibhom:

“Għaliex teħduha miegħi u ġġarrbu lill-Mulej?”

6 of 79

Hemmhekk il-poplu qabdu �l-għatx, u gemgem kontra Mosè u qal:

7 of 79

“Għalfejn tellajtna hawn �mill-Eġittu biex toqtol lilna, ’l uliedna u

’l-bhejjem tagħna

bil-għatx?”

8 of 79

Mosè għajjat quddiem

il-Mulej u qal:

9 of 79

“X’se nagħmel lil dan

il-poplu? Ftit ieħor u jħaġġruni!”

Il-Mulej qal lil Mosè:

10 of 79

“Għaddi minn quddiem

il-poplu, u ħu miegħek

xi wħud mix-xjuħ ta’ Iżrael;

11 of 79

ħu f’idejk il-ħatar li bih kont drabt ix-xmara

tan-Nil, u mur.

12 of 79

Arani, jien noqgħod hemm

quddiemek, fuq il-blat f’Ħoreb; u int aħbat il-blat u toħroġ minnu l-ilma, u jixrob il-poplu.”

13 of 79

U Mosè għamel hekk quddiem ix-xjuħ ta’ Iżrael. �U l-post semmewh:

14 of 79

Massa u Meriba, għax

hemm tlewmu wlied Iżrael u ġarrbu lill-Mulej meta qalu:

“Il-Mulej fostna jew le?”

15 of 79

Il-Kelma tal-MulejR/. Irroddu ħajr lil Alla

16 of 79

R:/ Isimgħu leħen �il-Mulej:

la twebbsux qalbkom

Salm Responsorjali

17 of 79

Ejjew, ħa nfaħħru �bl-hena l-Mulej,

ħa ngħajtu bil-ferħ

lill-blata tas-salvazzjoni tagħna!

18 of 79

Nersqu quddiemu �b’għana ta’ radd il-ħajr,

ngħannulu b’għajjat ta’ ferħ.

19 of 79

R:/ Isimgħu leħen �il-Mulej:

la twebbsux qalbkom

20 of 79

Ejjew inqimuh u ninxteħtu quddiemu,

għarkupptejna quddiem

il-Mulej li ħalaqna!

21 of 79

Għaliex hu Alla tagħna,

u aħna l-poplu tal-mergħa tiegħu

u n-nagħaġ tiegħu.

22 of 79

R:/ Isimgħu leħen �il-Mulej:

la twebbsux qalbkom

23 of 79

Mhux li kontu llum �tisimgħu leħnu!

“La twebbsux qalbkom �bħal f’Meriba,

24 of 79

bħal dakinhar f’Massa, �fid-deżert,

meta ġarrbuni u ttantawni missirijietkom, għalkemm raw dak li jien għamilt.”

25 of 79

R:/ Isimgħu leħen �il-Mulej:

la twebbsux qalbkom

26 of 79

Glorja u tifħir

lilek, Kristu!

27 of 79

Mulej, int tassew

is-salvatur tad-dinja;

agħtini l-ilma, biex ma jaqbadnix l-għatx.

28 of 79

Glorja u tifħir

lilek, Kristu!

29 of 79

Qari mill-Evanġelju skont

San Ġwann

Ġw 4, 5-42

R:/ Glorja lilek Mulej

30 of 79

F’dak iż-żmien, Ġesù ġie f’belt tas-Samarija, jisimha Sikar, qrib il-biċċa art li Ġakobb kien ta lil ibnu Ġużeppi,

31 of 79

fejn kien hemm ukoll il-bir ta’ Ġakobb. Kien

għall-ħabta tas-sitt siegħa, u Ġesù, għajjien kif kien mill-mixi,

32 of 79

qagħad bilqiegħda ħdejn

il-bir. U ġiet mara

mis-Samarija timla l-ilma.:

33 of 79

“Agħtini nixrob”.

Qalilha Ġesù

34 of 79

Id-dixxipli tiegħu kienu marru l-belt jixtru x’jieklu.

Il-mara mis-Samarija qaltlu:

35 of 79

“Kif! Inti Lhudi u titlob lili, Samaritana, biex nagħtik tixrob?”.

36 of 79

Qaltlu hekk għax il-Lhud ma jitħalltux

mas-Samaritani. Ġesù weġibha:

37 of 79

“Kieku kont taf id-don ta’ Alla u min hu dak li qiegħed jgħidlek:

38 of 79

‘Agħtini nixrob,’

kieku int kont titolbu, u hu kien jagħtik ilma ħaj”.

39 of 79

Qaltlu l-mara:

“Sinjur, mnejn se ġġib

l-ilma ħaj jekk anqas biex timla ma għandek u l-bir huwa fond?

40 of 79

Jaqaw int aqwa minn missierna Ġakobb li tana dan il-bir, li minnu xorob hu u wliedu u l-imrieħel tiegħu?”.

41 of 79

Weġibha Ġesù:

42 of 79

“Kull min jixrob minn dan l-ilma jerġa’ jagħtih

l-għatx; imma min jixrob mill-ilma li nagħtih jien qatt iżjed ma jkun bil-għatx.

43 of 79

L-ilma li nagħtih jien isir fih għajn tal-ilma li jwassal sal-ħajja ta’ dejjem”.

44 of 79

Qaltlu l-mara:

“Agħtini dan l-ilma, Sinjur, biex ma jaqbadnix l-għatx, u anqas ma noqgħod ġejja u sejra hawn nimla l-ilma”.

45 of 79

Qalilha Ġesù:

“Mur sejjaħ lil żewġek u erġa’ ejja hawn”.

46 of 79

Weġbitu l-mara:

“Ma għandix żewġi”.

47 of 79

Qalilha Ġesù:

48 of 79

“Sewwa għedt:

‘Ma għandix żewġi’.

Inti żżewwiġt ħames darbiet,

49 of 79

u r-raġel li għandek miegħek bħalissa m’huwiex żewġek. Sewwa weġibt!”.

50 of 79

Qaltlu l-mara:

“Int profeta, Sinjur, milli qiegħda nara. Missirijietna kienu jaduraw lil Alla fuq din il-muntanja;

51 of 79

imma intom tgħidu li

l-post fejn wieħed għandu jadura lil Alla jinsab f’Ġerusalemm”.

52 of 79

Qalilha Ġesù:

53 of 79

“Emminni, mara, jiġi żmien meta mhux fuq din il-muntanja taduraw

lill-Missier, anqas f’Ġerusalemm.

54 of 79

Intom taduraw lil dak li ma tafux; aħna naduraw lil dak li nafu, għax

is-salvazzjoni ġejja

mil-Lhud.

55 of 79

Imma tiġi siegħa, anzi issa hi, meta dawk li tassew jaduraw jibdew jaduraw lill-Missier

fl-ispirtu u l-verita’

56 of 79

Għax il-Missier ukoll, nies bħal dawn ifittex li jadurawh.

57 of 79

Alla huwa spirtu, u dawk li jadurawh għandhom jadurawh fl-ispirtu u

l-verità.

58 of 79

Qaltlu l-mara:

“Jiena naf li ġej il-Messija – dak li jgħidulu Kristu.

Meta jiġi hu, kollox iħabbrilna”.

59 of 79

Qalilha Ġesù:

“Jiena hu, li qiegħed nitkellem miegħek”.

60 of 79

Fil-ħin ġew id-dixxipli tiegħu, u stagħġbu jarawh jitkellem ma’ mara; iżda ħadd minnhom ma staqsieh: ‘Xi trid?’ jew:

61 of 79

‘Għax qiegħed titkellem magħha?’.

Il-mara ħalliet il-ġarra hemmhekk, reġgħet daħlet il-belt u qalet lin-nies:

62 of 79

“Ejjew araw bniedem li qalli kull ma għamilt. Tgħid, dan il-Messija?”.

U n-nies ħarġu mill-belt u ġew ħdejh.

63 of 79

Sadattant id-dixxipli bdew jitolbuh u jgħidulu:

“Rabbi, kul!”.

Iżda hu qalilhom:

64 of 79

“Jien għandi ikel x’niekol li intom ma tafux bih”.

65 of 79

Id-dixxipli għalhekk bdew jistaqsu lil xulxin:

“Jaqaw ġie xi ħadd u ġieblu x’jiekol?”.

Qalilhom Ġesù:

66 of 79

“L-ikel tiegħi hu li nagħmel ir-rieda ta’ min bagħatni u li nwassal

fit-tmiem l-opra tiegħu.

67 of 79

Intom ma tgħidux li baqa’ erba’ xhur oħra

għall-ħsad? Imma araw x’ngħidilkom jien:

68 of 79

erfgħu għajnejkom u ħarsu ftit kif l-għelieqi bjadu għall-ħsad!

69 of 79

Ġa l-ħassad qiegħed jieħu ħlasu u jiġbor il-frott għall-ħajja ta’ dejjem, biex min jiżra’ jifraħ hu wkoll bħal min jaħsad.

70 of 79

F’dan taraw kemm sewwa jingħad li wieħed jiżra’ u l-ieħor jaħsad.

71 of 79

Jiena bgħattkom taħsdu dak li ma tħabattux għalih intom;

72 of 79

kienu oħrajn li tħabtu, u intom dħaltu flokhom biex tgawdu l-frott

tat-taħbit tagħhom”.

73 of 79

Kien hemm ħafna Samaritani minn dik il-belt li emmnu f’Ġesù fuq

ix-xhieda li tathom dik

il-mara meta qaltilhom:

74 of 79

“Qalli kull ma għamilt”, tant, li meta s-Samaritani ġew ħdejh, bdew jitolbuh biex jibqa’ magħhom, u hu qagħad hemm jumejn.

75 of 79

Imbagħad ħafna oħrajn emmnu minħabba kliemu, u lill-mara qalulha:

76 of 79

‘Issa mhux għax għedtilna int qegħdin nemmnu, imma għax aħna wkoll smajnieh,

77 of 79

u sirna nafu li dan tassew hu s-salvatur tad-dinja’.

78 of 79

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

79 of 79