Is-Seba’ Ħadd
Sena Ċ
Ħennu,
bħalma hu ħanin Missierkom.
Glorja `l Alla fil-għoli
tas-smewwiet, u paċi fl-art
lill-bnedmin ta’ rieda tajba.
Infaħħruk, inberkuk, nadurawk, nagħtuk ġieh. Inroddulek ħajr għall-glorja kbira tiegħek.
Mulej Alla,
Sultan tas-sema,
Alla Missier li tista’ kollox. Mulej Iben waħdieni,
Ġesù Kristu,
Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla,
Bin il-Missier.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ħenn għalina.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna. Int li qiegħed fuq il-lemin
tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis,
Int waħdek Mulej,
Int waħdek il-għoli,
Ġesù Kristu,
ma’ l-Ispirtu s-Santu:
fil-glorja tal-Missier Alla. Ammen.
Is-Seba’ Ħadd
Sena Ċ
Ħennu,
bħalma hu ħanin Missierkom.
Qari I
Il-Mulej telqek f’idejja llum,
imma jien ma ridtx immidd idejja fuq il-midluk tal-Mulej.
Qari mill-Ewwel Ktieb
ta’ Samwel 1 Sam 26, 2.7-9.12-13.22-23
F’dak iż-żmien, Sawl qam u niżel lejn id-deżert ta’ Żif,
u miegħu ħa tlitt elef raġel magħżula minn Iżrael, ifittex lil David fid-deżert ta’ Żif.
U ġie David u Abisaj ħdejn
l-eżerċtu billejl, u Sawl kien mimdud u rieqed f’nofs
il-kamp,
u l-lanza tiegħu kienet imwaħħla fl-art in-naħa ta’ rasu; u Abner u n-nies tiegħu mimdudin madwaru.
U Abisaj qal lil David:
“Illum il-Mulej reħa l-għadu tiegħu f’idejk, ħa nsammru mal-art b’daqqa waħda
bil-lanza tiegħu stess,
bla ma nagħtih oħra”.
Imma David wieġeb lil Abisaj: “La toqtlux! Għax min qatt medd idu fuq il-midluk
tal-Mulej, u ħelisha?”.
David ħa l-lanza u l-ġarra
tal-ilma minn ħdejn ras Sawl
u telqu, bla ma ħadd rahom
jew intebaħ,
u bla ma ħadd stenbaħ, għax kollha kienu reqdin, u ngħas tqil waqa’ fuqhom mingħand
il-Mulej.
David imbagħad qasam
għan-naħa l-oħra u qagħad
fuq il-quċċata tal-għolja
fil-bogħod, b’wisa’ kbir bejniethom.
U David għajjat: “Hawn hi
l-lanza tas-sultan, ħa jiġi
’l hawn wieħed mill-qaddejja
u jeħodha!
Il-Mulej irodd lil kull wieħed skont il-ġustizzja tiegħu u
l-lealtà tiegħu.
Il-Mulej telqek f’idejja llum, imma jien ma ridtx immidd idejja fuq il-midluk tal-Mulej”.
Il-Kelma tal-Mulej
℟ Irroddu ħajr lill Alla
Salm Responsorjali
Salm 102 (103), 1-2.3-4.8 u 10.12-13
℟ Ħanin u twajjeb il-Mulej
Bierek, ruħ tiegħi, il-Mulej!
B’qalbi kollha nbierek l-isem qaddis tiegħu.
Bierek, ruħ tiegħi, il-Mulej,
u la tinsiex il-ġid kollu li għamel miegħek.
℟ Ħanin u twajjeb il-Mulej
Hu li jaħfer dnubietek kollha;
ifejjaq il-mard tiegħek kollu;
jifdi lil ħajtek mill-qabar;
iħaddnek bit-tjieba u l-ħniena.
℟ Ħanin u twajjeb il-Mulej
Ħanin u twajjeb il-Mulej,
idum ma jagħdab u kollu mogħdrija.
Ma mexiex magħna skont ma ħaqqhom ħtijietna;
ma ħallasniex skont ma ħaqqha ħżunitna.
℟ Ħanin u twajjeb il-Mulej
Daqs kemm hu mbiegħed
il-Lvant mill-Punent,
hekk hu jbiegħed minna ħtijietna.
Bħalma jħenn il-missier
għal uliedu,
hekk iħenn il-Mulej għal
min għandu l-biża’ tiegħu.
℟ Ħanin u twajjeb il-Mulej
Qari II
Għad nilbsu x-xbieha tal-bniedem tas-sema.
Qari mill-Ewwel Ittra
ta’ San Pawl Appostlu
lill-Korintin 1 Kor 15, 45-49
Ħuti, l-ewwel bniedem, Adam, sar ruħ ħajja, l-aħħar wieħed sar spirtu li jagħti l-ħajja.
Mhux l-ispiritwali ġie l-ewwel, imma l-ewwel in-naturali
u mbagħad l-ispiritwali.
L-ewwel bniedem, mit-trab,
hu tal-art; it-tieni bniedem, mis-sema.
Bħalma hu l-bniedem tal-art, hekk ukoll huma l-bnedmin tal-art;
bħalma hu l-bniedem
tas-sema, hekk ukoll huma
l-bnedmin tas-sema.
Bħalma aħna mlibbsa x-xbieha tal-bniedem tal-art, hekk
ukoll għad nilbsu x-xbieha
tal-bniedem tas-sema.
Il-Kelma tal-Mulej
℟ Irroddu ħajr lill Alla
Hallelujah, Hallelujah
Ġw 13, 34
Nagħtikom kmandament ġdid, jgħid il-Mulej;
bħalma ħabbejtkom jien,
hekk ukoll ħobbu intom lil xulxin.
Hallelujah, Hallelujah
Evanġelju
Ħennu, bħalma hu ħanin Missierkom.
Qari mill-Evanġelju
skond San Luqa Lq 6, 27-38
F’dak iż-żmien, Ġesù qal
lid-dixxipli tiegħu:
“Imma lilkom, li qegħdin tisimgħuni, ngħidilkom:
Ħobbu l-għedewwa tagħkom, agħmlu l-ġid lil min jobgħodkom, bierku lil min jisħetkom, itolbu għal min iżeblaħkom.
Min jagħtik bil-ħarta fuq naħa waħda, dawwarlu wiċċek ħalli jagħtik fuq in-naħa l-oħra;
min jeħodlok il-mantar,
anqas il-libsa ma għandek tiċħadlu.
Agħti lil kull min jitolbok;
u min jeħodlok xi ħaġa tiegħek, titlobhilux lura.
Kif tridu li l-bnedmin jagħmlu lilkom, hekk ukoll agħmlu intom lilhom.
Jekk intom tħobbu lil min iħobbkom, xi ħlas jista’ jkollkom?
Għax il-midinbin ukoll
iħobbu lil min iħobbhom.
U jekk tagħmlu l-ġid lil min jagħmel il-ġid lilkom,
xi ħlas jista’ jkollkom?
Għax dan jagħmluh
saħansitra l-midinbin.
U jekk tisilfu xi ħaġa lil min tistennewh iroddhielkom lura, xi ħlas jista’ jkollkom?
Il-midinbin ukoll jisilfu l
ill-midinbin, bil-ħsieb li
jieħdu lura daqshekk ieħor mingħandhom.
Imma intom ħobbu
l-għedewwa tagħkom, agħmlu
l-ġid, isilfu bla ma tistennew xi ħaġa lura, u l-ħlas tagħkom ikun kbir;
u tkunu wlied Alla l-Għoli,
li hu tajjeb mal-ingrati u
l-ħżiena.
Ħennu, bħalma hu ħanin Missierkom. Tiġġudikawx,
u ma tkunux iġġudikati;
tikkundannawx,
u ma tkunux ikkundannati;
aħfru, u ssibu l-maħfra;
agħtu, u jingħatalkom.
Kejl tajjeb, marsus, mheżżeż sewwa u mburġat iqegħdulkom f’ħoġorkom;
għax bl-istess kejl li tkejlu intom jitkejjel lilkom”.
Il-Kelma tal-Mulej
℟ Tifħir lilek Kristu
Is-Seba’ Ħadd
Sena Ċ
Ħennu,
bħalma hu ħanin Missierkom.
Jiena nemmen f’Alla wieħed,
il-Missier li jista’ kollox,
li ħalaq is-sema u
l-art, dak kollu li jidher
u dak li ma jidhirx.
U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,
imnissel mill-Missier
qabel kull żmien.
Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier
u bih sar kollox.
Niżel mis-smewwiet għalina
l-bnedmin u għall-fidwa
tagħna. U ħa l-ġisem
bis-setgħa tal-Ispirtu
s-Santu minn Marija Verġni
u sar bniedem. Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh,
u fit-tielet jum qam
minn bejn l-imwiet, skont
il-Kotba mqaddsa,
u tela’ s-sema, u qieghed fuq
il-lemin tal-Missier.
U għandu jerġa jiġi
bil-glorja biex jagħmel ħaqq
mill-ħajjin u mill-mejtin, u
s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem. U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej mill-Missier u mill-Iben:
li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u
mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.
U fi Knisja waħda,
qaddisa, kattolika,appostolika.
Nistqarr magħmudija waħda
għall-maħfra tad-dnubiet.
U nistenna l-qawma
mill-imwiet, u l-ħajja
taż-żmien li ġej.
Ammen.
Is-Seba’ Ħadd
Sena Ċ
Ħennu,
bħalma hu ħanin Missierkom.