Ishru
Glorja `l Alla fil-għoli
tas-smewwiet, u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.
Infaħħruk,
inberkuk,
nadurawk,
nagħtuk ġieh.
Inroddulek ħajr
għall-glorja kbira tiegħek. Mulej Alla, Sultan
tas-sema,
Alla Missier li tista’ kollox.
Mulej Iben waħdieni, Ġesù Kristu,
Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla, Bin il-Missier.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ħenn għalina.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna.
Int li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis, Int waħdek Mulej,
Int waħdek il-għoli,
Ġesu’ Kristu, ma’ l-Ispirtu
s-Santu:
fil-glorja tal-Missier Alla.
Ammen.
Ishru
Qari mill-Ktieb
tal-Għerf
Għerf 6, 12-16
L-għerf jiddi, bla qatt ma jnemnem, malajr jagħrfuh dawk li jħobbuh, u jsibuh dawk li jfittxuh.
Hu jħabrek biex jidher lil
dawk li jixtiquh.
Min ibakkar ifittxu, ma jitħabatx, għax ħdejn biebu bilqiegħda jsibu.
L-aqwa tal-għaqal hu li taħseb fl-għerf, u min jishar għalih malajr jeħles
mill-inkwiet.
L-għerf idur u jfittex lil dawk li jixirqulu, kollu ħlewwa jidhrilhom fit-triq,
u jiltaqa’ magħhom f’kull ħsieb tagħhom.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
R:/ Mulej, Alla tiegħi, ruħi bil-għatx għalik
Salm Responsorjali
Alla, Alla tiegħi int; lilek ħerqan infittex.
Ruħi bil-għatx għalik,
għalik imxennaq jiena,
bħal art niexfa, maħruqa, bla ilma.
R:/ Mulej, Alla tiegħi, ruħi bil-għatx għalik
Għalhekk ġejt narak
fit-tempju mqaddes tiegħek,
biex nitgħaxxaq bis-setgħa u l-glorja tiegħek.
Għax it-tjieba tiegħek aħjar mill-ħajja,
xufftejja jxandru t-tifħir tiegħek.
R:/ Mulej, Alla tiegħi, ruħi bil-għatx għalik
Għalhekk inbierkek tul ħajti kollha;
ngħolli idejja u nsejjaħ ismek.
Bħal b’ikel mill-aħjar li jsemmen nimtela,
u jgħannilek fommi b’xufftejn ferrieħa.
R:/ Mulej, Alla tiegħi, ruħi bil-għatx għalik
Meta, mimdud fuq friexi, fik niftakar,
u naħseb fuqek fis-sahriet tal-lejl.
Għax inti kont għajnuna għalija,
għad-dell ta’ ġwenħajk ngħanni bil-ferħ.
R:/ Mulej, Alla tiegħi, ruħi bil-għatx għalik
Qari mill-Ewwel Ittra ta’
San Pawl Appostlu
lit-Tessalonkin
1 Tes 4, 13-18
Ma rridux li ma tkunux tafu, ħuti, fuq il-mejtin biex ma ssewdux qalbkom bħall-oħrajn li ma għandhomx tama.
Jekk aħna nemmnu li Ġesù miet u qam mill-imwiet, hekk ukoll Alla jiġbor miegħu lil dawk li raqdu f’Ġesù.
Dan ngħidulkom fuq
il-kelma tal-Mulej, jiġifieri li aħna li nkunu għadna hawn ħajjin għall-miġja
tal-Mulej,
ma mmorrux qabel dawk li jkunu raqdu.
Għaliex il-Mulej innifsu
mal-kmand, mal-leħen ta’ l-arkanġlu u t-tromba ta’ Alla, jinżel mis-sema,
u dawk li jkunu mietu fi Kristu jqumu l-ewwel.
Imbagħad aħna li nkunu ħajjin, li nkunu għadna hawn, ninħatfu magħhom fis-sħab biex niltaqgħu mal-Mulej fl-ajru.
Hekk inkunu dejjem
mal-Mulej.
Agħmlu l-qalb lil xulxin b’dan il-kliem.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
Hallelujah, Hallelujah
Ishru, mela, u kunu lesti,
għax qatt ma tistgħu tobsru s-siegħa li fiha jiġi
Bin il-bniedem.
Hallelujah, Hallelujah
Qari mill-Evanġelju skont
San Mattew
Mt 25, 1-13
R:/ Glorja lilek Mulej
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu din
il-parabbola:
“Is-Saltna tas-Smewwiet ixebbhuha ma’ għaxar xebbiet li ħarġu
bl-imsiebaħ tagħhom biex jilqgħu l-għarus.
Ħamsa minnhom kienu boloh u ħamsa għaqlin, għax il-boloh ħadu
l-imsiebaħ imma ma ħadux żejt magħhom,
waqt li l-għaqlin ħadu mhux biss l-imsiebaħ iżda wkoll iż-żejt fil-kwies.
L-għarus iddawwar ma ġie,
u għalhekk ilkoll ħadhom in-ngħas u raqdu.
Imbagħad f’nofs ta’ lejl instama’ min jgħajjat:
‘Ara l-għarus! Oħorġu ilqgħuh!’.
Dawk ix-xebbiet qamu lkoll u ħejjew l-imsiebaħ tagħhom.
Iżda l-boloh qalu
lill-għaqlin:
‘Agħtuna ftit żejt minn tagħkom, għax l-imsiebaħ tagħna jintfew’.
Qabżu l-għaqlin u qalu: ‘Għandu mnejn
ma jibqax biżżejjed, la għalina u lanqas għalikom!
L-aħjar morru għand
tal-ħanut u ixtru għalikom’.
Xħin dawk marru biex jixtru jiġi l-għarus;
dawk li kienu lesti daħlu miegħu għall-festa tat-tieġ, u l-bieb ingħalaq. Saflaħħar waslu wkoll
ix-xebbiet l-oħra,
u bdew jgħidu:
‘Sinjur, Sinjur, iftħilna!’. Iżda hu weġibhom u qal: ‘Tassew, ngħidilkom, lilkom ma nafkomx’.
Ishru, mela, għaliex la tafu l-jum u lanqas
is-siegħa”.
Ishru, mela, għaliex la
tafu l-jum u lanqas
is-siegħa”.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Tifħir lilek Kristu
Ishru
Jiena nemmen f’Alla wieħed, il-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u
l-art, dak kollu li jidher u dak li ma jidhirx.
U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,
imnissel mill-Missier
qabel kull żmien.
Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier u bih sar kollox.
Niżel mis-smewwiet għalina
l-bnedmin u għall-fidwa
tagħna.
U ħa l-ġisem
bis-setgħa tal-Ispirtu
s-Santu minn Marija Verġni u sar bniedem.
Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh, u fit-tielet jum qam minn bejn l-imwiet, skont
il-Kotba mqaddsa,
u tela’ s-sema, u qieghed fuq
il-lemin tal-Missier.
U għandu jerġa jiġi
bil-glorja biex jagħmel ħaqq
mill-ħajjin u mill-mejtin, u s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem.
U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej
mill-Missier u mill-Iben:
li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u
mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.
U fi Knisja waħda, qaddisa, kattolika, appostolika.
Nistqarr magħmudija waħda
għall-maħfra tad-dnubiet.
U nistenna l-qawma
mill-imwiet, u l-ħajja
taż-żmien li ġej.
Ammen.