1 of 42

11 ta’ Lulju

Festa ta’

San Benedittu

abbati u patrun tal-Ewropa

2 of 42

Glorja `l Alla fil-għoli

tas-smewwiet, u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.

3 of 42

Infaħħruk,

inberkuk,

nadurawk,

nagħtuk ġieh.

4 of 42

Inroddulek ħajr

għall-glorja kbira tiegħek. Mulej Alla, Sultan

tas-sema,

Alla Missier li tista’ kollox.

5 of 42

Mulej Iben waħdieni, Ġesù Kristu,

Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla, Bin il-Missier.

6 of 42

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ħenn għalina.

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna.

7 of 42

Int li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis, Int waħdek Mulej,

Int waħdek il-għoli,

8 of 42

Ġesu’ Kristu, ma’ l-Ispirtu

s-Santu:

fil-glorja tal-Missier Alla.

Ammen.

9 of 42

11 ta’ Lulju

Festa ta’

San Benedittu

abbati u patrun tal-Ewropa

10 of 42

Qari mill-Ktieb

tal-Proverbi

Prov 2, 1-9

11 of 42

Ibni, jekk tilqa’ kliemi,

jekk taħżen għandek

il-preċetti tiegħi,

12 of 42

biex widnejk jagħtu widen

għall-għerf u tiftaħ qalbek

għall-għaqal, iva,

13 of 42

jekk issejjaħ lid-dehen u tgħajjat lill-għaqal, jekk tfittxu daqs li kieku fidda u tistħarreġ għalih daqs li kieku teżori,

14 of 42

imbagħad tifhem xinhu

l-biża’ tal-Mulej u tikseb

il-għarfa ta’ Alla.

15 of 42

Għax hu l-Mulej li jagħti

l-għerf, u l-għarfa u l-għaqal minn fommu joħorġu;

16 of 42

hu jerfa’ għajnuna għan-nies sewwa, hu tarka ta’ dawk li jimxu sħaħ,

17 of 42

iħares il-mogħdijiet tal-ħaqq u jgħasses tajjeb fuq it-triq ta’ ħbiebu.

18 of 42

Imbagħad tifhem xinhu

s-sewwa u l-ħaqq u d-dritt u kull triq tajba.

19 of 42

Il-Kelma tal-Mulej.

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

20 of 42

Salm Responsorjali

R:/ Kull ħin imbierek

il-Mulej

21 of 42

Kull ħin inbierek il-Mulej,

tifħiru dejjem f’fommi.

Bil-Mulej tiftaħar ruħi,

jisimgħu l-fqajrin u jifirħu!

22 of 42

R:/ Kull ħin imbierek

il-Mulej

23 of 42

Kabbru l-Mulej miegħi,

u ngħollu ismu flimkien. Ħarsu lejh u tiddi

bil-ferħ,

u wiċċkom ma jistħix.

24 of 42

R:/ Kull ħin imbierek

il-Mulej

25 of 42

Ippruvaw u taraw kemm hu tajjeb il-Mulej;

hieni l-bniedem li jistkenn fih.

26 of 42

Ejjew, uliedi, isimgħuni:

jiena l-biża’ tal-Mulej ngħallimkom.

27 of 42

R:/ Kull ħin imbierek

il-Mulej

28 of 42

Ħares ilsienek mill-ħażen,

u ‘l xofftejk minn kliem

il-qerq.

29 of 42

Tbiegħed mill-ħażen u agħmel it-tajjeb, fittex

is-sliem u imxi warajh.

30 of 42

R:/ Kull ħin imbierek

il-Mulej

31 of 42

Hallelujah, Hallelujah

32 of 42

Henjin il-fqar fl-ispirtu, għax tagħhom hija s-Saltna

tas-Smewwiet.

33 of 42

Hallelujah, Hallelujah

34 of 42

Qari mill-Evanġelju skont

San Mattew

Mt 19, 27-29

R:/ Glorja lilek Mulej

35 of 42

F’dak iż-żmien: Pietru qal lil Ġesù:

“Aħna ħallejna kollox u ġejna warajk; issa x’sa nieħdu?”

36 of 42

Ġesu qalilhom:

37 of 42

“Tassew, ngħidilkom, intom li ġejtu warajja,

fid-dinja l-ġdida meta Bin il-bniedem joqgħod fuq

it-tron glorjuż tiegħu,

38 of 42

intom ukoll toqogħdu fuq tnax-il tron u tagħmlu ħaqq mit-tnax-il tribù ta’ Iżrael.

39 of 42

U kull min iħalli ‘l daru jew ‘il ħutu jew ‘il missieru jew ‘l ommu jew ‘l uliedu jew ir-raba’ tiegħu minħabba f’ismi,

40 of 42

jerġa jirċievi kollox għal mitt darba iktar, u jieħu b’sehmu l-ħajja ta’ dejjem.

41 of 42

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

42 of 42

11 ta’ Lulju

Festa ta’

San Benedittu

abbati u patrun tal-Ewropa