1 of 51

Qari mill-Ewwel Ittra ta’

San Pietru

Appostlu

1 Piet 1, 18-25

2 of 51

Għeżież, kunu afu li intom kontu mifdija mill-ħajja tagħkom fiergħa li ħadtu mingħand missirijietkom, mhux b’xi ħaġa li tintemm,

3 of 51

bħalma hi f-fidda jew

id-deheb, imma bid-demm

għażiż ta’ Kristu, li kien bħal ħaruf bla għajb u bla tebgħa.

4 of 51

Hu kien ippredestinat sa minn qabel ma saret

id-dinja, imma deher

fl-aħħar taż-żminijiet minħabba fikom.

5 of 51

Bih intom temmnu f’Alla, li qajmu mill-imwiet u tah

il-glorja; hekk il-fidi tagħkom hi wkoll tama f’Alla.

6 of 51

Intom naddaftu rwieħkom billi qgħadtu għall-kelma

tal-verità biex ikollkom

l-imħabba sinċiera tal-aħwa;

7 of 51

ħobbu ’l xulxin b’qalbkom kollha u bil-qawwa kollha.

Ma twelidtux mill-ġdid minn nisel li jitħassar,

8 of 51

imma minn nisel li ma jitħassarx, bis-saħħa

tal-kelma ta’ Alla li tgħix u tibqa’ għal dejjem.

9 of 51

Għax kull bniedem hu bħal ħaxix, u l-glorja tiegħu kollha bħal ward ir-raba’;

10 of 51

il-ħaxix jinxef u l-ward jaqa’, imma l-kelma tal-Mulej tibqa’ għal dejjem.

11 of 51

Din hi l-kelma tal-Evanġelju

li kien imxandar lilkom.

12 of 51

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

13 of 51

R./ Sebbaħ, Ġerusalemm,

il-Mulej

Salm Responsorjali

14 of 51

Sebbaħ, Ġerusalemm,

il-Mulej;

faħħar ’l Alla tiegħek, Sijon!

15 of 51

Hu jsaħħaħ l-istaneg

ta’ bwiebek,

u jbierek ġewwa fik ’l uliedek.

16 of 51

R./ Sebbaħ, Ġerusalemm,

il-Mulej

17 of 51

Hu jqiegħed fis-sliem

it-trufijiet ta’ artek,

u lilek bl-aħjar qamħ ixebbgħek.

18 of 51

Hu jibgħat fuq l-art

il-kmand tiegħu;

bil-ħeffa tiġri l-kelma tiegħu.

19 of 51

R./ Sebbaħ, Ġerusalemm,

il-Mulej

20 of 51

Hu jxandar kelmtu

lil Ġakobb,

il-liġijiet u d-digrieti tiegħu

lil Iżrael.

21 of 51

Ma għamel hekk ma’ ebda poplu;

lil ħadd ma għarraf

id-digrieti tiegħu.

22 of 51

R./ Sebbaħ, Ġerusalemm,

il-Mulej

23 of 51

Hallelujah, Hallelujah

24 of 51

Bin il-bniedem ġie biex jaqdi u biex jagħti ħajtu b’fidwa għall-kotra.

25 of 51

Hallelujah, Hallelujah

26 of 51

Qari mill-Evanġelju skont

San Mark

Mk 10, 32-45

R:/ Glorja lilek Mulej

27 of 51

F’dak iż-żmien, id-dixxipli kienu mexjin fit-triq, telgħin lejn Ġerusalemm, u Ġesù kien miexi quddiemhom;

28 of 51

u huma kienu mgħaġġbin, u l-oħrajn li kienu mexjin warajhom kienu mbeżżgħin.

29 of 51

Raġa sejjaħ it-Tnax ħdejh,

u beda jgħidilhom x’kien

se jgħaddi minn għalih:

30 of 51

“Ara, issa aħna telgħin Ġerusalemm, u Bin

il-bniedem se jingħata f’idejn il-qassisin il-kbar u l-kittieba,

31 of 51

li jaqtgħuhielu għall-mewt u jerħuh f’idejn il-pagani; dawn imbagħad jiddieħku bih, jobżqulu fuqu,

32 of 51

jagħtuh is-swat u joqtluh, u wara tlitt ijiem iqum

mill-mewt.”

Ġakbu u Ġwanni, ulied Żebedew, resqu lejh u qalulu:

33 of 51

jagħtuh is-swat u joqtluh, u wara tlitt ijiem iqum

mill-mewt.”

34 of 51

Ġakbu u Ġwanni, ulied Żebedew, resqu lejh u qalulu:

35 of 51

“Mgħallem, dak li se nitolbuk irriduk tagħtihulna.”

36 of 51

Xi triduni nagħmlilkom?”

staqsiehom. U huma weġbuh:

37 of 51

“Ħallina noqogħdu wieħed fuq il-lemin tiegħek

u l-ieħor fuq ix-xellug

fil-glorja tiegħek.”

Imma Ġesù qalilhom:

38 of 51

“Ma tafux x’intom titolbu. Għandkom ħila tixorbu

l-kalci li se nixrob jien,

39 of 51

u titgħammdu

bil-magħmudija li biha se

nitgħammed jien?”

40 of 51

“Għandna,”

qalulu.

Imbagħad qalilhom Ġesù:

41 of 51

“Il-kalċi li se nixrob jien

tixorbuh, iva, u titgħammdu wkoll bil-magħmudija li biha se nitgħammed jien;

42 of 51

imma li wieħed joqgħod fuqil-lemin jew fuq

ix-xellug tiegħi,

43 of 51

din mhijiex ħaġa tiegħi li nagħtiha jien, imma hi għal dawk li għalihom kienet imħejjija.”

44 of 51

L-għaxra l-oħra, meta semgħu dan, saħnu għal Ġakbu u għal Ġwanni. Imma Ġesù sejħilhom u qalilhom:

45 of 51

“Tafu intom, dawk in-nies,

li l-bnedmin jgħodduhom bħala kapijiet tal-pagani, jaħkmu fuqhom,

46 of 51

u l-kbarat tagħhom iħaddmu s-setgħa tagħhom fuqhom.

47 of 51

Fostkom ma għandux ikun hekk, imma min irid ikun kbir fostkom, għandu jkun qaddej tagħkom, u min irid ikun l-ewwel fostkom,

48 of 51

għandu joqgħod ilsir ta’ kulħadd.

Għax hekk ukoll Bin

il-bniedem,

49 of 51

hu ma ġiex biex ikun moqdi, imma biex jaqdi u biex jagħti ħajtu b’fidwa

għall-kotra.”

50 of 51

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

51 of 51