Qari mill-Ewwel Ktieb
tas-Slaten
1 Slaten 12, 26-32; 13, 33-34
F’dak iż-żmien, Ġerobogħam, sultan ta’ Iżrael, qal bejnu u bejn ruħu:
“Issa jista’ jiġri li s-saltna terġa’ taqa’ f’idejn id-dar ta’ David.
Jekk dan il-poplu jibqa’ jmur joffri s-sagrifiċċji
fit-tempju tal-Mulej f’Ġerusalemm,
żgur li l-qalb ta’ dawn
in-nies iddur mill-ġdid lejn is-sid tagħhom Rehobogħam, sultan ta’ Ġuda;
u lili joqtluni, u jduru lejn Rehobogħam, sultan ta’ Ġuda”.
Għalhekk, wara li ħa parir,
is-sultan Ġerobogħam għamel żewġ għoġiela tad-deheb, u lill-poplu qallu:
“Ilkom tmorru biżżejjed Ġerusalemm! Iżrael, dawn huma l-allat tagħkom li tellgħukom mil-lart
tal-Eġittu”.
Huwa qiegħed wieħed
mill-għoġiela f’Betel, u
l-ieħor qiegħdu f’Dan; u din il-ħaġa waqqgħet lil Iżrael fid-dnub.
Il-poplu kien imur sa Dan biex iqim l-għoġol.
Ġerobogħam bena santwarji fuq l-għoljiet, u l-qassisin għażilhom minn fost il-poplu, li ma kinux min-nisel ta’ Levi.
U Ġerobogħam waqqaf festa biex, bħall-festa li kienet issir f’Ġuda, din ukoll issir nhar
il-ħmistax tax-xahar,
it-tmien xahar tas-sena;
u dakinhar hu tala’ quddiem
l-altar. Hekk ukoll għamel f’Betel biex joffri sagrifiċċju lill-għogiela li kien għamel;
u f’Betel ukoll għażel xi qassisin għas-santwarji li
bena fuq l-għoljiet.
Wara dan kollu Ġerobogħam ma raġax lura mit-triq il-ħażina li kien qabad;
raġa’ għamel qassisin
għas-santwarji tal-għoljiet minn fost il-poplu.
Kull min kien irid kien jagħtih is-setgħa u jsir qassis tas-santwarji.
U dan kien id-dnub tad-dar ta’ Ġerobogħam, li wassalha għat-tiġrif u l-qerda tagħha minn fuq wiċċ l-art.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
R:/ Ftakar fija, Mulej, fi mħabbtek għall-poplu tiegħek
Salm Responsorjali
Aħna dnibna, bħal missirijietna,
waqajna fil-ħtija, għamilna l-ħażen.
Missirijietna fl-Eġittu ma għarfux l-għeġubijiet tiegħek,
ma ftakrux fit-tieba kbira tiegħek.
R:/ Ftakar fija, Mulej, fi mħabbtek għall-poplu tiegħek
Għamlu għoġol ħdejn
il-Ħoreb,
qiemu xbieha tal-metall imdewweb.
Bidlu ’l Alla, il-glorja tagħhom,
ma’ xbieha ta’ gendus jiekol il-ħaxix.
R:/ Ftakar fija, Mulej, fi mħabbtek għall-poplu tiegħek
U nsew ’l Alla, li salvahom,
li għamel ħwejjeġ kbar
fl-Eġittu,
għeġubijiet fl-art ta’ Ħam,
ħwejjeġ tal-biża’ fil-Baħar tal-Qasab.
R:/ Ftakar fija, Mulej, fi mħabbtek għall-poplu tiegħek
Hallelujah, Hallelujah
Il-bniedem mhux bil-ħobż biss jgħix,
iżda b’kull kelma li toħroġ minn fomm Alla.
Hallelujah, Hallelujah
Qari mill-Evanġelju skont �San Mark
Mk 8, 1-10
R:/ Glorja lilek Mulej
F’dawk il-jiem, peress li reġgħet inġabret kotra kbira u ma kellhomx x’jieklu, Ġesù sejjaħ id-dixxipli tiegħu u qalilhom:
“Nitħassarhom lil dawn
in-nies, għax ġa ilhom miegħi tlitt ijiem, u ma għandhom xejn x’jieklu.
Jekk inħallihom imorru sajmin lejn djarhom, żgur iħosshom ħażin fit-triq, għax xi wħud minnhom ġew mill-bogħod”.
Id-dixxipli tiegħu weġbuh:
“F’deżert bħal dan minn fejn jista’ wieħed ixabba’ lil dawn in-nies kollha
bil-ħobż?”.
Hu staqsiehom:
“Xi kemm għandkom ħobż?”.
Qalulu:
“Sebgħa”.
Imbagħad qal lin-nies kollha jinxteħtu bilqiegħda fl-art, ħa s-seba’ ħobżiet, radd il-ħajr,
qasamhom u tahom
lid-dixxipli tiegħu biex inewluhom lin-nies, u huma newluhomlhom.
U kellhom ukoll xi ftit ħut żgħir; berikhom, u ried li jitnewlu dawn ukoll.
U kielu u xebgħu; u ġabru
l-bċejjeċ li kien fadal: sebat iqfief! U kien hemm madwar l-erbat elef ruħ! Imbagħad bagħathom.
U minnufih tala’ fuq dgħajsa flimkien
mad-dixxipli tiegħu u mar lejn l-inħawi ta’ Dalmanuta.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Tifħir lilek Kristu