1 of 29

Il-Ġimgħa

tat-Tieni Ġimgħa

tal-Avvent

2 of 29

Qari mill-Ktieb tal-

Profeta Iżaija

Iż 48, 17-19

3 of 29

Dan jgħid il-Mulej,

il-feddej tiegħek, il-Qaddis ta’ Iżrael:

4 of 29

“Jien hu l-Mulej, Alla tiegħek jien ngħallmek

għall-ġid tiegħek, u nqabbdek it-triq fejn għandek timxi.

5 of 29

Li kieku tajt widen

għall-kmandamenti tiegħi, kien ikun bħal xmara sliemek, u sedqek bħal mewġ tal-baħar;

6 of 29

in-nisel tiegħek bħar-ramel,

l-għelejjel ta’ ġewwenik bħat-trab, u ismek la jitħassar u la jinqered minn quddiemi.”

7 of 29

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

8 of 29

R:/ Min jimxi warajk, Mulej, ikollu d-dawl

tal-ħajja

Salm Responorjali

9 of 29

Hieni l-bniedem li ma jimxix fuq il-pariri tal-ħżiena, li ma jiqafx fi triq il-ħatjin, li ma joqgħodx fil-laqgħat taż-żeblieħa;

10 of 29

imma fil-liġi tal-Mulej

hi l-għaxqa tiegħu,

lejl u nhar jaħseb

fil-liġi tiegħu.

11 of 29

R:/ Min jimxi warajk, Mulej, ikollu d-dawl

tal-ħajja

12 of 29

Hu bħal siġra mħawla ħdejn nixxigħat tal-ilma

li tagħmel il-frott

fi żmienha,

13 of 29

u l-weraq tagħha ma

jidbielx;

hu jirnexxi f’kulma jagħmel.

14 of 29

R:/ Min jimxi warajk, Mulej, ikollu d-dawl

tal-ħajja

15 of 29

Mhux hekk il-ħżiena,

mhux hekk;

iżda huma bħal tibna

li jtajjarha r-riħ.

16 of 29

Għax triq it-tajbin

il-Mulej jafha;

imma triq il-ħżiena

tintemm fix-xejn.

17 of 29

R:/ Min jimxi warajk, Mulej, ikollu d-dawl

tal-ħajja

18 of 29

Hallelujah, Hallelujah

19 of 29

Il-Mulej ġej,

ejjew nilqugħ:

hu l-prinċep tas-sliem.

20 of 29

Hallelujah, Hallelujah

21 of 29

Qari mill-Evanġelju skont

San Mattew

Mt 11, 16-19

R:/ Glorja lilek Mulej

22 of 29

F’dak iż-żmien, Ġesù

qal lill-folla:

23 of 29

“Imma ma’ min se nxebbhu dan in-nisel? Inxebbhu lil qabda tfal bilqiegħda

fil-pjazez jgħajtu lil sħabhom u jgħidu:

24 of 29

‘Daqqejnielkom il-flawt,

u ma żfintux,

għannejnielkom in-niket, u ma bkejtux!’

25 of 29

Għax tassew, ġie Ġwanni,

la jiekol u lanqas jixrob,

u qegħdin jgħidu:

‘Għandu fih xitan.’

26 of 29

Ġie Bin il-Bniedem, jiekol u jixrob, u qegħdin jgħidu:

‘Araw, xi bniedem wikkiel u sakranazz, ħabib

tal-pubblikani u l-midinbin.’

27 of 29

Imma l-għerf ta’ Alla tawh raġun l-opri tiegħu stess.”

28 of 29

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

29 of 29

Il-Ġimgħa

tat-Tieni Ġimgħa

tal-Avvent