1 of 17

Qari tal-Evanġelju

Qam mill-Imwiet, u sejjer il-Galilija qabilkom.

2 of 17

Qari mill-Evanġelju skont

San Mattew

Mt 28, 1-10

3 of 17

Meta għadda s-Sibt,

maż-żerniq ta’ l-ewwel jum tal-ġimgħa, Marija ta’ Magdala u Marija l-oħra marru jaraw il-qabar.

4 of 17

U ara inħasset theżhiża kbira għax niżel anġlu

tal-Mulej mis-sema, u resaq igerbeb il-ġebla u qagħad bilqiegħda fuqha.

5 of 17

Id-dehra tiegħu kienet bħal berqa; ilbiesu abjad

bħas-silġ. Bil-biża’ tiegħu

l-għassiesa qabdithom rogħda u saru qishom mejtin.

6 of 17

Iżda l-anġlu qabad u qal

lin-nisa:

7 of 17

“Tibżgħu xejn intom għax jiena naf li qegħdin tfittxu

lil Ġesù li kien imsallab.

8 of 17

M’huwiex hawn, għaliex qam, kif kien qal. Ejjew araw il-post fejn kien qiegħed.

9 of 17

U morru malajr għidu

lid-dixxipli tiegħu: Qam mill-imwiet.

10 of 17

U araw, huwa sejjer

il-Galilija qabilkom: tarawh hemmhekk.

Araw, għedthulkom”.

11 of 17

Dawk telqu malajr minn ħdejn il-qabar, kollhom biża’ u ferħ kbir, u marru jiġru jagħtu l-aħbar

lid-dixxiplu tiegħu.

12 of 17

U ara, iltaqa’ magħhom Ġesù u qalilhom:

13 of 17

“Is-sliem għalikom”.

14 of 17

Huma resqu lejh, qabdulu

riġlejh u nxteħtu quddiemu. Imbagħad Ġesù qalilhom:

15 of 17

“Tibżgħu xejn; morru wasslu l-aħbar lil ħuti biex jitilqu lejn il-Galilija; lili jarawni hemmhekk”.

16 of 17

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

17 of 17

Qari tal-Evanġelju

Qam mill-Imwiet, u sejjer il-Galilija qabilkom.