1 of 60

Qari mill-Ktieb

tal-Profeta Ġeremija.

Ġer 28, 1-17

2 of 60

F'dik is-sena, fil-bidu

tas-saltna ta' Sedekija, sultan ta' Ġuda, fil-ħames xahar tar-raba‘ sena, Ħananija bin Għażżur,

3 of 60

profeta minn Gibgħon, ġie

fit-tempju tal-Mulej, u taħt għajnejn il-qassisin u

l-poplu kollu qalli:

4 of 60

“Hekk jgħid il-Mulej

tal-eżerċti, Alla ta' Iżrael:

Jien kissirt il-madmad

tas-sultan ta‘ Babilonja.

5 of 60

Sa sentejn oħra, inġib lura f'dan il-post it-tagħmir

kollu tat-tempju tal-Mulej li Nabukodonosor,

is-sultan ta' Babilonja,

6 of 60

ħa minn dan il-post u ġarru

l-Babilonja. U rraġġa' lura wkoll lejn dan il-post lil Ġekonija bin Ġeħojakim,

is-sultan ta' Ġuda,

7 of 60

u wkoll l-itturufnati kollha ta' Ġuda li marru f'Babilonja, oraklu

tal-Mulej, għax se nkisser il-madmad ta’ Babilonja.”

8 of 60

Imbagħad il-profeta Ġeremija wieġeb lil Ħananija l-profeta taħt għajnejn il-qassisin u taħt għajnejn il-poplu kollu,

9 of 60

li kienu qegħdin fit-tempju tal-Mulej;

u l-profeta Ġeremija qallu:

10 of 60

“Sewwa! Jalla l-Mulej jagħmel hekk! Jalla l-Mulej jagħmel li jseħħ dak li għadek kemm ħabbart,

11 of 60

u jġib lura f'dan il-post

it-tagħmir tat-tempju

tal-Mulej u l-itturufnati kollha minn Babilonja.

12 of 60

Madankollu nitolbok tisma' dan li se ngħidlek f'widnejk u f'widnejn

il-poplu kollu.

13 of 60

Il-profeti li ġew qabli u qablek, sa minn żmien ilu, ħabbru gwerra, ġuħ u pesta għal ħafna pajjiżi u saltniet kbar.

14 of 60

Imma l-profeta li jħabbar is-sliem ma jingħarafx li hu profeta mibgħut tassew

mill-Mulej,

15 of 60

jekk mhux meta sseħħ

il-ħaġa li l-profeta jkun ħabbar.”

16 of 60

Imbagħad il-profeta Ħananija qabad il-madmad minn fuq għonq il-profeta Ġeremija u kissru, u qal Ħannanija quddiem il-poplu kollu:

17 of 60

“Hekk jgħid il-Mulej:

18 of 60

Sa sentejn oħra, hekk se nkisser minn fuq għonq

il-ġnus kollha l-madmad ta' Nabukodonosor, is-sultan tal-Babilonja.”

19 of 60

Wara li Ħananija, il-profeta, kien kisser il-madmad minn fuq għonq il-profeta Ġeremija, il-Mulej kellem lil Ġeremija u qallu:

20 of 60

“Mur kellem lil Ħananija

u għidlu: Hekk jgħid

il-Mulej:

21 of 60

Int kissirt madmad

tal-ħatab, iżda minfloku għad jkollok madmad

tal-ħadid. Għax hekk jgħid il-Mulej tal-eżerċti,

22 of 60

Alla ta' Iżrael: Madmad tal-ħadid inqiegħed fuq għonq dawn il-ġnus kollha, ħalli jaqgħu lsiera ta’ Nabukodonosor,

23 of 60

is-sultan ta‘ Babilonja, u jaqduh; għax jien tajtu saħansitra l-bhejjem

tax-xagħri.”

24 of 60

Il-profeta Ġeremija qal lil

Ħananija l-profeta:

25 of 60

“Ħananija, ismagħni, nitolbok: ma kienx

il-Mulej li bagħtek, imma int ġagħalt lil dan il-poplu jittama f'gidba.

26 of 60

Għalhekk dan jgħid

il-Mulej: Ara, se nqaċċtek minn fuq wiċċ l-art,

27 of 60

u inti tmut dis-sena stess għax bit-taħbir tiegħek ridt ixxewwex kontra l-Mulej.”

28 of 60

Ħananija l-profeta miet

fis-seba' xahar ta' dik

is-sena stess.

29 of 60

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

30 of 60

Salm Responsorjali

R:/ Għallimni, Mulej

il-kmandamenti tiegħek

31 of 60

Biegħed minni triq

il-gideb;

agħtini fi tjubitek il-liġi tiegħek.

32 of 60

Tneħħili qatt minn fommi kliem is-sewwa,

għax jien fid-digrieti

tiegħek nittama.

33 of 60

R:/ Għallimni, Mulej

il-kmandamenti tiegħek

34 of 60

Ħa jduru lejja dawk

li jibżgħu minnek,

dawk li jagħrfu

l-preċetti tiegħek.

35 of 60

Tkun qalbi bla ħtija

fil-kmandamenti tiegħek,

biex ma jkollix għax nistħi.

36 of 60

R:/ Għallimni, Mulej

il-kmandamenti tiegħek

37 of 60

Jgħassuli l-ħżiena biex jeqirduni;

imma jien ħsiebi

fil-preċetti tiegħek.

38 of 60

Mid-digrieti tiegħek

qatt ma nitbiegħed,

għax int kont li

għallimthomli.

39 of 60

R:/ Għallimni, Mulej

il-kmandamenti tiegħek

40 of 60

Hallelujah, Hallelujah

41 of 60

Rabbi, int l-Iben ta’ Alla,

inti s-sultan ta’ Iżrael!

42 of 60

Hallelujah, Hallelujah

43 of 60

Qari mill-Evanġelju skont

San Mattew

Mt 14, 22-36

Glorja lilek Mulej

44 of 60

Wara li l-folla kielet, Ġesù minnufih ġiegħel lid-dixxipli jitilgħu fuq id-dgħajsa u jmorru qablu x-xatt l-ieħor, sakemm jibgħat lin-nies.

45 of 60

Wara li bagħat lin-nies, tela' waħdu fuq l-għoljiet biex jitlob.

Xħin sar filgħaxija kien għadu hemm fuq, waħdu.

46 of 60

Id-dgħajsa kienet diġà f'nofs il -baħar titħabat

mal-mewġ, għax kellhom ir-riħ kontra tagħhom.

47 of 60

Fir-raba' sahra tal-lejl mar

lejn in-naħa tagħhom miexi fuq il-baħar. Huma rawh miexi fuq il-baħar u twerwru.

48 of 60

“Dan xi fantażma!”

qalu; u qabdu jgħajjtu

bil-biża'. Iżda hu minnufih kellimhom u qalilhom:

49 of 60

“Agħmlu l-qalb, jiena hu, tibżgħu xejn!”

50 of 60

Wieġeb Pietru u qallu:

“Mulej, jekk huwa int, ordnali niġi ħdejk fuq

l -ilma.”

“Ejja!”

51 of 60

qallu Ġesù. Pietru niżel

mid-dgħajsa, u qabad jimxi fuq l-ilma u jersaq lejn Ġesù.

52 of 60

Iżda meta ra li r-riħ kien qawwi, baża', ħabat jegħreq, u beda jgħajjat u jgħid:

53 of 60

“Salvani, Mulej!”

Malajr Ġesù medd idu u qabdu, u qallu:

54 of 60

“Bniedem ta' fidi żgħira, għaliex iddubitajt?”

55 of 60

Meta mbagħad it-tnejn telgħu fid-dgħajsa, ir-riħ waqaf. Dawk li kienu

fid-dgħajsa nxteħtu jqimuh u qalulu:

56 of 60

“Tassew, int Bin Alla!”

Qasmu għan-naħa l-oħra u

marru fl-art ta' Ġennesaret.

57 of 60

In-nies ta' hemm għarfuh, u xerrdu l-aħbar ma' dawk

l-inħawi kollha.

58 of 60

Bdew iressqulu quddiemu l-morda kollha u jitolbuh iħallihom imissulu mqar tarf il-libsa; u dawk kollha li messewh fiequ.

59 of 60

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

60 of 60