1 of 37

Qari mill-Ewwel Ktieb

tas-Slaten

1 Slat 8, 1-7.9-13

2 of 37

F’dak iż-żmien, Salamun laqqa’ flimkien f’Ġerusalemm ix-xjuħ ta’ Iżrael, u l-kapijiet

tat-tribujiet kollha,

3 of 37

u l-prinċpijiet tal-familji ta’ wlied Iżrael, biex l-arka

tal-patt tal-Mulej itellgħuha mill-belt ta’ David, jiġifieri minn Sijon.

4 of 37

Inġabru għalhekk madwar is-sultan Salamun l-irġiel kollha ta’ Iżrael: kien

ix-xahar ta’ Etanim, is-seba’ xahar tas-sena,

5 of 37

u kien żmien il-festa.

U ġew ix-xjuħ kollha ta’ Iżrael, u l-qassisin refgħu

l-arka. U ġarrew l-arka

tal-Mulej,

6 of 37

u t-tinda tal-laqgħa flimkien ma’ kull ħaġa mqaddsa

fit-tinda, ġarrewhom

il-qassisin u l-leviti.

7 of 37

Is-sultan Salamun u

l-ġemgħa kollha ta’ Iżrael miġbura madwaru, qagħdu quddiem l-arka joffru sagrifiċċji ta’ nagħaġ u baqar,

8 of 37

li ma kontx issib tarf tgħoddhom. Imbagħad

il-qassisin wasslu l-arka

tal-patt tal-Mulej f’postha ġos-santwarju tat-tempju,

9 of 37

jiġifieri fil-post il-qaddis; u qegħduha taħt ġwenħajn

il-kerubini:

10 of 37

għax il-kerubini kellhom ġwenħajhom miftuħin fuq fejn tqiegħdet l-arka,

11 of 37

hekk li l-kerubini kienu jgħattu huma stess wiċċ

l-arka u l-lasti tagħha.

12 of 37

Xejn ma kien hemm

ġol-arka ħlief iż-żewġ twavel tal-ġebel imqegħdin hemm minn Mosè meta kien Ħoreb:

13 of 37

dawn kienu t-twavel tal-patt li bih il-Mulej intrabat ma’ wlied Iżrael huma u ħerġin minn art l-Eġittu.

14 of 37

Xħin il-qassisin ħarġu

mis-santwarju ta’ barra,

is-sħaba mliet it-tempju

tal-Mulej,

15 of 37

u minħabba fiha l-qassisin ma setgħux ikomplu

s-servizz tagħhom, għax

il-glorja tal-Mulej kienet imliet it-tempju tal-Mulej.

16 of 37

Imbagħad Salamun qal:

17 of 37

“Qiegħed il-Mulej ix-xemx fis-smewwiet; imma hu ried jgħammar fid-dlam.

18 of 37

Għalhekk jien bnejtlek dar fejn tgħammar,

post fejn toqgħod għal dejjem”.

19 of 37

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

20 of 37

R:/ Qum u ejja, Mulej,

lejn il-mistrieħ tiegħek

Salm Responsorjali

21 of 37

Araw, smajna bl-arka f’Efrata,

sibnieha fir-raba’ ta’ Ġagħar.

22 of 37

Ħa nidħlu fl-għamara tiegħu,

ninxteħtu quddiem

il-mirfes ta’ riġlejh!

23 of 37

R:/ Qum u ejja, Mulej,

lejn il-mistrieħ tiegħek

24 of 37

Qum u ejja, Mulej, lejn

il-mistrieħ tiegħek,

int u l-arka tal-qawwa tiegħek.

25 of 37

Jilbsu l-ġustizzja l-qassisin tiegħek,

jgħajtu bil-ferħ il-ħbieb tiegħek.

26 of 37

Minħabba f’David,

il-qaddej tiegħek,

twarrabx wiċċ is-sultan,

il-midluk tiegħek.

27 of 37

R:/ Qum u ejja, Mulej,

lejn il-mistrieħ tiegħek

28 of 37

Hallelujah, Hallelujah

29 of 37

Ġesù xandar l-Evanġelju tas-Saltna

u fejjaq kull xorta ta’ mard u dgħufija fost il-poplu.

30 of 37

Hallelujah, Hallelujah

31 of 37

Qari mill-Evanġelju skont

San Mark

Mk 6, 53-56

R:/ Glorja lilek Mulej

32 of 37

F’dak iż-żmien, Ġesù u

d-dixxipli, wara li qasmu għan-naħa l-oħra, waslu

l-art f’Ġennesaret u rabtu d-dgħajsa max-xatt.

33 of 37

Niżlu mid-dgħajsa, u n-nies minnufih għarfuh u marru jiġru ma’ dawk l-inħawi kollha.

34 of 37

U bdew iġorru l-morda fuq l-imtieraħ kull fejn kienu jisimgħu li qiegħed. Kull fejn kien jidħol, fi rħula, bliet, jew kampanja,

35 of 37

kienu jqiegħdu l-morda

fil-pjazez u jitolbuh iħallihom imissu mqar tarf il-mantar; u dawk kollha li kienu jmissuh kienu jfiqu.

36 of 37

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

37 of 37