1 of 42

Qari mill-Ewwel Ktieb

tas-Slaten

1 Slaten 10, 1-10

2 of 42

F’dak iż-żmien, is-sultana ta’ Saba semgħet bil-fama ta’ tħabrik Salamun għal isem il-Mulej, u ġiet biex iġġarrbu b’mistoqsijiet iebsa.

3 of 42

U ġiet Ġerusalemm b’qatgħa ġmielha ta’ kbarat magħha, u b’iġmla mgħobbija b’tagħbija kbira ta’ ħwawar, u deheb u ħaġar prezzjuż,

4 of 42

u ġiet għand Salamun, u qaltlu kulma kellha maħżun f’qalbha. U Salamun weġibha għal kulma staqsietu;

5 of 42

xejn ma kienhemm li baqa’ moħbi għas-sultan, li ma kienx jista’ jwieġbu.

6 of 42

U meta s-sultana ta’ Saba rat l-għerf kollu ta’ Salamun u d-dar li kien bena, l-ikel

tal-mejda tiegħu, il-kunsill ta’ madwaru,

7 of 42

is-servizz tal-qaddejja u lbieshom, il-kuppieri tiegħu, u s-sagrifiċċji

tal-ħruq li kien joffri

fit-tempju tal-Mulej,

8 of 42

baqgħet mistagħġba; u qalet

lis-sultan:

9 of 42

“Tassew minnu dak li smajt f’arti fuqek u fuq għerfek. Ma ridtx nemmen dawn il-ħwejjeġ qabel ma ġejt u rajt b’għajnejja.

10 of 42

U ma kinux ħabbruli

n-nofs! L-għerf u l-ġid tiegħek huma aktar milli smajt.

11 of 42

Henjin in-nies tiegħek,

henjin il-qaddejja tiegħek, li qegħdin miegħek u jisimgħu dejjem l-għerf tiegħek.

12 of 42

Ikun imbierek il-Mulej, Alla tiegħek, li tgħaxxaq bik u qiegħdek fuq it-tron ta’ Iżrael,

13 of 42

għaliex il-Mulej dejjem ħabb lil Iżrael u għamlek sultan fuqhom biex tagħmel il-ħaqq u l-ġustizzja”.

14 of 42

Imbagħad tat lis-sultan mija u għoxrin talent deheb, kotra kbira ta’ ħwawar u ħaġar prezzjuż:

15 of 42

qatt ma ġiet kotra kbira ta’ ħwawar daqs dik li ġiebet is-sultana ta’ Saba lis-sultan Salamun.

16 of 42

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

17 of 42

R:/ Minn fomm il-ġust joħroġ kliem l-għerf

Salm Responsorjali

18 of 42

Erħi fil-Mulej it-triq tiegħek,

afda fih, u jagħmel hu.

19 of 42

Hu juri bħad-dawl is-sewwa tiegħek,

u d-dritt tiegħek bħal nofsinhar.

20 of 42

R:/ Minn fomm il-ġust joħroġ kliem l-għerf

21 of 42

Minn fomm il-ġust joħroġ kliem l-għerf,

u lsienu jgħid is-sewwa.

22 of 42

Il-liġi ta’ Alla tiegħu għal qalbu,

ma jitfixkilx fil-mixi tiegħu.

23 of 42

R:/ Minn fomm il-ġust joħroġ kliem l-għerf

24 of 42

Is-salvazzjoni tal-ġusti

mill-Mulej;

hu l-kenn tagħhom fi żmien l-għawġ.

25 of 42

Il-Mulej jgħinhom u jeħlishom mill-ħżiena,

isalvahom għax fih jistkennu.

26 of 42

R:/ Minn fomm il-ġust joħroġ kliem l-għerf

27 of 42

Hallelujah, Hallelujah

28 of 42

Il-kelma tiegħek hi

l-verità:

qaddisna permezz

tal-verità.

29 of 42

Hallelujah, Hallelujah

30 of 42

Qari mill-Evanġelju skont

San Mark

Mk 7, 14-23

R:/ Glorja lilek Mulej

31 of 42

F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ sejjaħ in-nies lejh u qalilhom:

32 of 42

“Isimgħuni, intom ilkoll, u ifhmuni! Ma hemm xejn minn barra li meta jidħol fi bniedem itebbgħu;

33 of 42

imma dak li joħroġ minn ġol-bniedem, dak hu li jtabba’ lill-bniedem”.

34 of 42

Meta ħalla n-nies u daħal id-dar, id-dixxipli tiegħu staqsewh fuq il-parabbola. U hu qalilhom:

35 of 42

“Intom ukoll daqshekk bla moħħ? Ma tifhmux li xejn ma jista’ jtabba’

lill-bniedem minn dak li jidħol ġo fih minn barra,

36 of 42

la darba dan mhux fil-qalb imur, iżda fl-istonku, biex imbagħad jintrema

fil-ħofra?”

37 of 42

B’hekk wera li l-ikel kollu hu safi. U qalilhom:

38 of 42

“Dak li joħroġ minn

ġol-bniedem, dak hu li jtabba’ lill-bniedem.

39 of 42

Għax hu minn ġewwa, mill-qalb tal-bniedem, li joħorġu l-ħsibijiet

il-ħżiena, żína, serq, qtil, adulterju, regħba, ħażen,

40 of 42

qerq, libertinaġġ, għejra, malafama, suppervja u bluha. Dal-ħażen kollu minn ġewwa joħroġ u jtabba’ lill-bniedem”.

41 of 42

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

42 of 42