Glorja `l Alla fil-għoli
tas-smewwiet, u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.
Infaħħruk,
inberkuk,
nadurawk,
nagħtuk ġieh.
Inroddulek ħajr
għall-glorja kbira tiegħek. Mulej Alla, Sultan
tas-sema,
Alla Missier li tista’ kollox.
Mulej Iben waħdieni, Ġesù Kristu,
Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla, Bin il-Missier.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ħenn għalina.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna.
Int li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis, Int waħdek Mulej,
Int waħdek il-għoli,
Ġesu’ Kristu, ma’ l-Ispirtu
s-Santu:
fil-glorja tal-Missier Alla.
Ammen.
Qari mill-Ktieb
tal-Profeta Ħosegħa
Ħos 2: 16b.17b.21-22
Dan jgħid il-Mulej: Arawni, jiena lill-għarusa tiegħi neħodha fid-deżert, lil qalbha nkellem.
Hemmhekk hi twieġeb bħal fi żmien żgħożitha, bħal fi żmien ħruġha minn ġo art
l-Eġittu.
U għal dejjem ngħarrsek miegħi, ngħarrsek miegħi fis-sewwa, fil-ħaqq u
t-tjieba u l-ħniena,
b’rabta fidila jiena ngħarrsek miegħi, u tagħraf lill-Mulej.
Il-Kelma tal-Mulej.
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
R:/ Oħorġu ilqgħu lil Kristu l-Mulej!
Salm Responsorjali
Isma’, binti, ħares u agħti widen,�insa ’l ġensek u ’l dar missierek.
Jitgħaxxaq is-sultan bi ġmielek;�u int, għax hu sidek, agħtih qima.
R:/ Oħorġu ilqgħu lil Kristu l-Mulej!
Kollha ġmiel bint
is-sultan bil-ġawhar,�minsuġ bid-deheb ilbiesha.�
Għand is-sultan jeħduha bix-xbejbiet warajha,�it-tfajliet li jingħatawlha bi sħaba.
R:/ Oħorġu ilqgħu lil Kristu l-Mulej!
Jittieħdu b’għajjat ta’ ferħ u hena,�jidħlu fil-palazz tas-sultan.
Flok missirijietek jilħqu wliedek,�inti tqegħidhom kapijiet fuq l-art kollha.
R:/ Oħorġu ilqgħu lil Kristu l-Mulej!
Hallelujah, Hallelujah
Din hi xebba bil-għaqal, li l-Mulej sabha tishar; meta ġie l-Mulej, daħlet miegħu għall-festa tat-tieġ.
Hallelujah, Hallelujah
Qari mill-Evanġelju skont
San Mattew
Mt 25: 1-13
R:/ Glorja lilek Mulej
F’dak iż-żmien: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu din
il-parabbola:
“Is-Saltna tas-Smewwiet issir tixbah lil għaxar xebbiet li ħarġu
bl-imsiebaħ tagħhom biex jilqgħu l-għarus.
Ħamsa minnhom kienu boloh u ħamsa għaqlin, għax il-boloh ħadu
l-imsiebaħ u ma ħadux żejt magħhom,
waqt li l-għaqlin ħadu mhux biss l-imsiebaħ, iżda wkoll iż-żejt fil-kwies.
Il-għarus iddawwar ma ġie, u għalhekk ilkoll ħadhom in-ngħas u raqdu.
Imbagħad f’nofs ta’ lejl instema’ min jgħajjat,
‘Ara l-għarus! Oħorġu ilqgħuh!’
Dawk ix-xebbiet qamu lkoll u ħejjew l-imsiebaħ tagħhom.
Iżda l-boloh qalu
lill-għaqlin,
‘Agħtuna ftit żejt minn tagħkom, għax l-imsiebaħ tagħna jintfew.’
Qabżu l-għaqlin u qalu, ‘Għandu mnejn ma jibqax biżżejjed, la għalina u lanqas għalikom!
L-aħjar morru għand
tal-ħanut u ixtru għalikom.’
Xħin dawk marru biex jixtru jiġi l-għarus, u dawk li kienu lesti daħlu miegħu fis-sala, u l-bieb ingħalaq.
Sa fl-aħħar waslu wkoll
ix-xebbiet l-oħra, u bdew
jgħidu,
‘Mulej, Mulej, iftħilna!’ Iżda hu weġibhom u qal,
‘Tassew, ngħidilkom, lilkom ma nafkomx.’ Ishru, mela għaliex la tafu l-jum u lanqas is-siegħa.”
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Tifħir lilek Kristu