1 of 50

It-Tnejn

tar-Raba’ Ġimgħa

tal-Għid

Sena A

2 of 50

Qari mill-Ktieb�tal-Atti tal-Appostli�Atti 11, 1-18

3 of 50

F’dak iż-żmien, l-appostli u l-aħwa li kienu fil-Lhudija semgħu li l-pagani wkoll kienu laqgħu l-kelma ta’ Alla.

4 of 50

Għalhekk, meta Pietru tala’ Ġerusalemm, dawk li riedu jżommu ċ-ċirkonċiżjoni bdew jeħduha miegħu u jgħidulu:

5 of 50

“Inti dħalt għand nies li ma għandhomx

iċ-ċirkonċiżjoni u kilt magħhom”.

6 of 50

Imbagħad Pietru qabad

ifissrilhom kollox ħaġa b’ħaġa u qalilhom:

7 of 50

“Jiena kont qiegħed nitlob fil-belt ta’ Ġaffa, xħin kelli dehra f’estasi;

8 of 50

rajt xi ħaġa nieżla

mis-sema, qisha liżar kbir miżmum mill-erbat itruf, u wasal sa ħdejja.

9 of 50

Bqajt inħares lejh sewwa, u rajt bhejjem tal-art b’erba’ saqajn, bhejjem selvaġġi, bhejjem li jitkaxkru,

10 of 50

u għasafar tal-ajru. U smajt leħen jgħidli:

‘Qum, Pietru, oqtol u kul’.

Imma jiena għedt:

11 of 50

‘Ma jkun qatt, Mulej! Għax qatt ma daħal ġo ħalqi ikel profan jew imniġġes!’

12 of 50

Għal darba oħra l-leħen

mis-sema qalli:

‘Dak li Alla saffa, int ma għandekx issejjaħlu mniġġes’.

13 of 50

Dan ġara għal tliet darbiet.

Imbagħad kollox ittieħed mill-ġdid lejn is-sema.

Sewwasew dak il-ħin,

fid-dar fejn konna,

14 of 50

waslu tlitt irġiel, mibgħuta għandi minn Ċesarija.

L-Ispirtu qalli biex immur magħhom bla ma noqgħod nitħasseb.

15 of 50

Miegħi ġew ukoll dawn

is-sitt aħwa, u dħalna

fid-dar ta’ dak ir-raġel.

16 of 50

Hu għarrafna kif kien ra

l-anġlu f’daru, wieqaf quddiemu, u qallu:

17 of 50

‘Ibgħat lil xi ħadd iġib minn Ġaffa lil Xmun, li jgħidulu Pietru; u hu jgħidlek kliem li bih issalva, int u l-familja tiegħek kollha’.

18 of 50

Kif bdejt nitkellem,

l-Ispirtu s-Santu niżel fuqhom, bħalma kien niżel fuqna fil-bidu.

19 of 50

Ftakart imbagħad

fil-kelma tal-Mulej, meta qal:

20 of 50

‘Ġwanni għammed

bl-ilma, iżda intom titgħammdu bl-Ispirtu

s-Santu’.

21 of 50

Mela jekk Alla tahom

l-istess don kif tah lilna meta emminna fil-Mulej Ġesù Kristu, jien x’jien biex stajt inżomm lil Alla?”.

22 of 50

Meta semgħu dan il-kliem siktu, u bdew jagħtu glorja lil Alla u jgħidu:

23 of 50

“Mela Alla lill-pagani wkoll tahom l-indiema li twassal għall-ħajja!”.

24 of 50

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

25 of 50

R:/ Ruħi għatxana għal Alla, għal Alla l-ħaj

Salm Responsorjali

26 of 50

Bħalma għażżiela tixxennaq għan-nixxigħat tal-ilma,

hekk tixxennaq ruħi għalik, o Alla.

27 of 50

Ruħi għatxana għal Alla, għal Alla l-ħaj;

meta niġi u nara wiċċ Alla?

28 of 50

R:/ Ruħi għatxana għal Alla, għal Alla l-ħaj

29 of 50

Ibgħat id-dawl tiegħek u

s-sewwa tiegħek;

huma jmexxuni;

30 of 50

iwassluni sal-għolja mqaddsa tiegħek

u sal-għerejjex tiegħek.

31 of 50

R:/ Ruħi għatxana għal Alla, għal Alla l-ħaj

32 of 50

Nidħol ħdejn l-artal ta’ Alla,

ħdejn Alla, ferħ u hena tiegħi.

33 of 50

U rroddlok ħajr biċ-ċetra,

o Alla, Alla tiegħi.

34 of 50

R:/ Ruħi għatxana għal Alla, għal Alla l-ħaj

35 of 50

Hallelujah, Hallelujah

36 of 50

Jiena r-ragħaj it-tajjeb, jgħid il-Mulej;

jien nagħraf in-nagħaġ tiegħi, u n-nagħaġ tiegħi jagħrfu lili.

37 of 50

Hallelujah, Hallelujah

38 of 50

Qari mill-Evanġelju skont

San Ġwann

Ġw 10, 11-18

R:/ Glorja lilek Mulej

39 of 50

F’dak iż-żmien, Ġesù qal:

40 of 50

“Jiena r-ragħaj it-tajjeb.

Ir-ragħaj it-tajjeb jagħti ħajtu għan-nagħaġ tiegħu. Il-mikri, li mhuwiex

ir-ragħaj,

41 of 50

u li n-nagħaġ mhumiex tiegħu, jara l-lupu ġej, u jħalli n-nagħaġ u jaħrab; u l-lupu jaħtafhom u jxerridhom.

42 of 50

Mikri hu, u ma jħabbilx rasu min-nagħaġ.

Jiena r-ragħaj it-tajjeb;

43 of 50

jiena nagħraf in-nagħaġ tiegħi, u n-nagħaġ tiegħi jagħrfu lili, bħalma

l-Missier jagħraf lili u jiena nagħraf lill-Missier;

44 of 50

u għan-nagħaġ tiegħi nagħti ħajti. Għandi wkoll nagħaġ oħra, li mhumiex minn dan il-maqjel; lilhom ukoll jeħtieġ li niġbor,

45 of 50

u huma jisimgħu leħni, u jkun hemm merħla waħda, ragħaj wieħed.

46 of 50

Għalhekk iħobbni l-Missier, għax jien nagħti ħajti, biex nerġa’ neħodha. Ħadd ma jeħodhieli, iżda jien nagħtiha minn rajja.

47 of 50

Għandi setgħa li nagħtiha, u għandi s-setgħa li nerġa’ neħodha; din hi l-ordni li ħadt mingħand Missieri”.

48 of 50

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

49 of 50

It-Tnejn

tar-Raba’ Ġimgħa

tal-Għid

Sena A

50 of 50