Il-Ġimgħa
tar-Raba’ Ġimgħa
tal-Għid
Qari mill-Ktieb
tal-Atti tal-Appostli
Atti 13, 26-33
F’dak iż-żmien, huwa u jitkellem fis-sinagoga ta’ Antjokja ta’ Pisidja, Pawlu qal:
“Ħuti, ulied Abraham, u
intom mill-ġnus li tibżgħu minn Alla, lilna bagħatha Alla l-aħbar ta’ din
is-salvazzjoni.
In-nies ta’ Ġerusalemm u l-kapijiet tagħhom ma għarfux lil Ġesù,
u anqas ma fehmu kliem il-profeti li jinqraw kull nhar ta’ Sibt;
madankollu temmewhom huma stess billi kkundannawh għall-mewt.
Għalkemm ma sabux fuqiex setgħu jagħtuh
il-mewt, talbu lil Pilatu
biex ineħħilu ħajtu.
U meta temmew dak kollu li kien miktub fuqu, niżżluh mis-salib u qegħduh f’qabar.
Imma Alla qajmu
mill-imwiet. Għal ħafna jiem baqa’ jidher lil dawk li kienu jitilgħu miegħu mill-Galilija lejn Ġerusalemm,
u li issa huma xhieda tiegħu quddiem il-poplu.
U għalhekk aħna qegħdin hawn, biex nagħtukom
l-aħbar, li l-wegħda,
li Alla kien għamel lil missirijietna, temmha għalina, li aħna wliedhom, billi qajjem lil Ġesù
mill-imwiet,
kif hemm miktub fit-tieni salm:
‘Ibni int, jien illum nissiltek’.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
R:/ Ibni int, jien illum nissiltek
Salm Responsorjali
“Jien għamiltu s-sultan tiegħi,
fuq Sijon, l-għolja mqaddsa tiegħi”.
Irrid inxandar id-digriet
tal-Mulej; hu qalli:
“Ibni int, jien illum nissiltek.”...
R:/ Ibni int, jien illum nissiltek
...Itlobni, u l-ġnus nagħtik b’wirtek, u truf l-art
bi priża tiegħek. ...
...B’virġa tal-ħadid int tkissirhom,
bħal ġarra tal-fuħħar frak tagħmilhom”.
R:/ Ibni int, jien illum nissiltek
U issa, slaten, ifhmu sewwa;
twiddbu, intom li taħkmu
l-art.
Aqdu lill-Mulej bil-biża’,
u bir-rogħda riġlejh busu.
R:/ Ibni int, jien illum nissiltek
Hallelujah, Hallelujah
Jiena hu t-Triq, il-Verità u l-Ħajja, jgħid il-Mulej.
Ħadd ma jmur għand
il-Missier jekk mhux permezz tiegħi.
Hallelujah, Hallelujah
Qari mill-Evanġelju skont
San Ġwann
Ġw 14, 1-6
R:/ Glorja lilek Mulej
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu:
“Tħallux qalbkom titħawwad! Emmnu f’Alla, u emmnu fija wkoll.
Fid-dar ta’ Missieri hemm ħafna postijiet.
Li ma kienx hekk, kont ngħidilkom:
‘Sejjer inħejjilkom fejn toqogħdu’?
U meta mmur u nħejjilkom post, nerġa’ niġi biex neħodkom miegħi biex, fejn inkun jien, tkunu intom ukoll.
U t-triq għall-post fejn sejjer tafuha”.
Tumas qallu:
“Mulej, aħna ma nafux fejn inti sejjer.
Kif nistgħu nafu t-triq?”.
Wieġbu Ġesù:
“Jiena hu t-Triq, il-Verità u l-Ħajja. Ħadd ma jmur għand il-Missier jekk mhux permezz tiegħi”.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Tifħir lilek Kristu
Il-Ġimgħa
tar-Raba’ Ġimgħa
tal-Għid