1 of 33

Qari mill-Ewwel Ittra ta’

San Pawl Appostlu

lill-Korintin

1, Kor 12, 12-14,27-31a

2 of 33

Ħuti, bħalma l-ġisem hu wieħed u fih ħafna membri u l-membri kollha tal-ġisem, għad li huma ħafna, jagħmlu ġisem wieħed,

3 of 33

hekk ukoll Kristu. Għax aħna wkoll, lkoll

tgħammidna fi Spirtu wieħed biex nagħmlu ġisem wieħed,

4 of 33

sew Lhud sew Griegi sew ilsiera sew ħielsa, u lkoll xrobna minn Spirtu wieħed.

5 of 33

Issa l-ġisem m'huwiex membru wieħed, imma magħmul minn ħafna membri.

6 of 33

Intom il-ġisem ta' Kristu, u kull wieħed minnkom membru tiegħu. Lil xi wħud Alla qegħedhom fil-Knisja fl-ewwel post bħala appostli,

7 of 33

it-tieni bħala profeti,

it-tielet bħala għalliema.

8 of 33

Imbagħad id-don tal-mirakli, imbagħad id-don tal-fejqan,

l-għajnuna, it-treġija, u

d-don ta' ilsna diversi.

9 of 33

Jaqaw ilkoll appostli?

Ilkoll profeti?

10 of 33

Ilkoll għalliema?

Ilkoll bid-don tal-mirakli?

Ilkoll għandhom id-don

tal-fejqan?

11 of 33

Ilkoll jitkellmu bl-ilsna?

Ilkoll ifissru?

Intom ħabirku għal doni ogħla.

12 of 33

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

13 of 33

R:/ Aħna l-poplu tiegħu u n-nagħaġ tal-mergħa tiegħu

Salm Responsorjali

14 of 33

Għajtu bil-ferħ lill-Mulej,

nies kollha tal-art,

aqdu bil-ferħ lill-Mulej,

idħlu quddiemu b'għana ferrieħi.

15 of 33

R:/ Aħna l-poplu tiegħu u n-nagħaġ tal-mergħa tiegħu

16 of 33

Kunu afu li Jaħweh hu Alla,

hu ħalaqna, u aħna tiegħu, aħna l-poplu tiegħu u

n-nagħaġ tal-mergħa tiegħu.

17 of 33

R:/ Aħna l-poplu tiegħu u n-nagħaġ tal-mergħa tiegħu

18 of 33

Idħlu b'għana ta' ħajr

mill-bibien tiegħu,

bit-tifħir fil-btieħi

tat-tempju tiegħu;

roddulu ħajr u bierku ismu!

19 of 33

R:/ Aħna l-poplu tiegħu u n-nagħaġ tal-mergħa tiegħu

20 of 33

Hallelujah, Hallelujah

21 of 33

Profeta kbir qam fostna,

u, Alla żar il-poplu

tiegħu.

22 of 33

Hallelujah, Hallelujah

23 of 33

Qari mill-Evanġelju skont

San Luqa

Lq 7, 11-17

R:/ Glorja lilek Mulej

24 of 33

F’dak iż-żmien, Ġesù, mar f'belt jisimha Najn, u marru miegħu d-dixxipli tiegħu u kotra kbira ta' nies.

25 of 33

Kif wasal qrib il-bieb

tal-belt, kienu qegħdin iġorru wieħed mejjet li ommu, mara armla, ma kellhiex ħliefu;

26 of 33

u magħha kien hemm għadd ġmielu ta' nies mill-belt.

Kif raha l-Mulej tħassarha u qalilha:

“Tibkix!,”

27 of 33

Resaq, u mess it-tebut.

Dawk li kienu qegħdin jerfgħuh waqfu. U hu qal:

28 of 33

“Żagħżugħ, qiegħed ngħidlek, qum!”

29 of 33

U l-mejjet qam bilqiegħda u

beda jitkellem. U Ġesù tah lil ommu. In-nies kollha tkexkxu bil-biża', u bdew jagħtu glorja lil Alla u jgħidu:

30 of 33

“Profeta kbir qam fostna!” u:

“Alla żar il-poplu tiegħu.”

31 of 33

U dan il-kliem li qalu xtered mal-Lhudija u dawk

l-inħawi kollha.

32 of 33

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

33 of 33