1 of 29

Verġni Mqaddsa Marija

tad-Duluri

2 of 29

Qari mill-Ittra

lil-Lhud

Lhud 5:7-9

3 of 29

Meta kien jgħix fuq din

l-art, Kristu offra talb u suppliki b'leħen għoli u bid-dmugħ lil dak li seta' jsalvah mill-mewt.

4 of 29

U kien mismugħ minħabba

fil-qima tiegħu lejn Alla. Għad li kien Iben, tgħallem minn dak li bata xi tfisser

l-ubbidjenza.

5 of 29

U, billi laħaq il-perfezzjoni, sar awtur tas-salvazzjoni ta' dejjem għal kull min jisma' minnu.

6 of 29

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

7 of 29

Salm Responsorjali

R:/ Fit-tjieba tiegħek, Mulej, salvani.

8 of 29

Fik, Mulej, jien nistkenn;

ma jkolli qatt għax nirgħex.

Fil-ġustizzja tiegħek salvani,

9 of 29

agħtini widen u fittex eħlisni.

Kun blata tal-kenn għalija,

fortizza qawwija ta' salvazzjoni.

10 of 29

R:/ Fit-tjieba tiegħek, Mulej, salvani.

11 of 29

Inti l-blata u l-fortizza tiegħi;

f'ġieħ ismek mexxini u wassalni.

12 of 29

Oħroġni mix-xibka li ħbew għalija,

għax inti l-qawwa tiegħi.

13 of 29

F'idejk jien nerħi ruħi;

int teħlisni, Mulej, Alla tas-sewwa. 

14 of 29

R:/ Fit-tjieba tiegħek, Mulej, salvani.

15 of 29

Imma jien fik nittama,

Mulej; jien ngħidlek: "Alla tiegħi int!"

16 of 29

F'idejk hi xortija,

eħlisni minn id

l-għedewwa,

minn id dawk li jeħduha kontrija.

17 of 29

R:/ Fit-tjieba tiegħek, Mulej, salvani.

18 of 29

Kemm hu kbir il-ġid tiegħek, Mulej,

li inti rfajt għal min jibża' minnek,

19 of 29

li int ħejjejt għal min jafda fik,

quddiem il-bnedmin kollha! 

20 of 29

R:/ Fit-tjieba tiegħek, Mulej, salvani.

21 of 29

Hallelujah, Hallelujah

22 of 29

Il-Verġni mqaddsa Marija

Sultana tas-sema u Sidt

id-dinja,

kienet wieqfa imbikkija ħdejn s-salib ta’ Sidna Ġesù.

23 of 29

Hallelujah, Hallelujah

24 of 29

Qari mill-Evanġelju skont

San Luqa

Lq 2, 33-35

R:/ Glorja lilek Mulej

25 of 29

Missieru u ommu baqgħu mistagħġba b’dak li kien qiegħed jingħad fuqu. Xmun berikhom, u qal lil ommu Marija:

26 of 29

“Ara, dan se jġib

il-waqgħa u l-qawmien ta’ ħafna f’Iżrael; se jkun sinjal li jmeruh, u inti wkoll, sejf jinfidlek ruħek!

27 of 29

- biex jinkixfu l-ħsibijiet moħbija fil-qlub ta’ ħafna.”

28 of 29

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ It-Tifħir lilek Kristu

29 of 29

Verġni Mqaddsa Marija

tad-Duluri