Missier, agħti glorja u sebbaħ lil ibnek
Glorja `l Alla fil-għoli
tas-smewwiet, u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.
Infaħħruk,
inberkuk,
nadurawk,
nagħtuk ġieh.
Inroddulek ħajr
għall-glorja kbira tiegħek. Mulej Alla, Sultan
tas-sema,
Alla Missier li tista’ kollox.
Mulej Iben waħdieni, Ġesù Kristu,
Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla, Bin il-Missier.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ħenn għalina.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna.
Int li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis, Int waħdek Mulej,
Int waħdek il-għoli,
Ġesu’ Kristu, ma’ l-Ispirtu
s-Santu:
fil-glorja tal-Missier Alla.
Ammen.
Missier, agħti glorja u sebbaħ lil ibnek
Qari mill-Ktieb�tal-Atti tal-Appostli�Atti 8, 5-8.14-17�
Wara li Ġesù kien meħud fis-sema, l-appostli reġgħu lura lejn Ġerusalemm
mill-għolja msejħa
taż-Żebbuġ,
li hi ’l bogħod mill-belt daqs il-mixja tas-Sibt. Xħin daħlu l-belt, telgħu fil-kamra ta’ fuq tad-dar fejn kienu joqogħdu.
Huma kienu: Pietru u Ġwanni, Ġakbu u Indrì, Filippu u Tumas, Bartilmew u Mattew,
Ġakbu bin Alfew, u Xmun jgħidulu l-Imħeġġeġ, u Ġuda bin Ġakbu.
U lkoll qalb waħda kienu jitolbu flimkien ma’ xi nisa u ma’ Marija, omm Ġesù, u ma’ ħutu
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
R:/ Nemmen li għad nara t-tjieba tal-Mulej f’art
il-ħajjin
Salm Responsorjali
Il-Mulej id-dawl u
s-salvazzjoni tiegħi; minn min għandi nibża’? Il-Mulej hu l-kenn tiegħi; quddiem min għandi nitwerwer?
R:/ Nemmen li għad nara t-tjieba tal-Mulej f’art
il-ħajjin
Ħaġa waħda tlabt lill-Mulej,
ħaġa waħda nfittex:
li ngħammar f’dar il-Mulej
tul il-jiem kollha ta’ ħajti;
biex nitgħaxxaq bil-ħlewwa tal-Mulej
jien u nħares lejn it-tempju tiegħu.
R:/ Nemmen li għad nara t-tjieba tal-Mulej f’art
il-ħajjin
Isma’, Mulej, leħen l-għajta tiegħi, ħenn għalija u weġibni. “Ejja,” għedt f’qalbi, “fittex ’il wiċċu”;
jien wiċċek infittex, Mulej.
R:/ Nemmen li għad nara t-tjieba tal-Mulej f’art
il-ħajjin
Qari mill-Ewwel Ittra ta’�San Pietru Appostlu�1 Piet 4, 13-16��
Għeżiez, ifirħu, għax b’hekk intom qegħdin tissieħbu
fit-tbatijiet ta’ Kristu, biex aktar tifirħu u tithennew
fid-dehra tal-glorja tiegħu.
Jekk tkunu mkasbrin minħabba l-isem ta’ Kristu, henjin intom! Fuqkom għandkom l-Ispirtu tal-glorja, li hu l-Ispirtu ta’ Alla.
Jalla ma jkun hemm ħadd minnkom li jkollu jbati għax qattiel jew ħalliel, jew jagħmel id-deni jew jindaħal fejn ma jesgħux.
Imma jekk wieħed isofri għax hu nisrani, m’għandux mniex jistħi, ħa jfaħħar lil Alla b’dan l-isem.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
Hallelujah, Hallelujah
Ma nħallikomx iltiema, jgħid il-Mulej; sejjer, u nerġa niġi għandkom, u qalbkom tifraħ.
Hallelujah, Hallelujah
Qari mill-Evanġelju skont
San Ġwann
Ġw 7,1-11
R:/ Glorja lilek Mulej
F’dak iż-zmien, Wara li qal dan, Ġesù rafa’ għajnejh lejn is-sema u qal:
“Missier, waslet is-siegħa; agħti glorja lil Ibnek biex l-Iben jagħti glorja lilek,
bħalma int tajtu s-setgħa fuq kull bniedem biex jagħti l-ħajja ta’ dejjem lil dawk kollha li inti fdajtlu.
Din hi l-ħajja ta’ dejjem, li jagħrfu lilek, Alla waħdek veru, u lil Ġesù Kristu, li inti bgħatt.
Jien igglorifikajt lilek fuq
l-art billi temmejt ix-xogħol li tajtni nagħmel. U issa, Missier, igglorifika lili għandek,
bil-glorja li kelli miegħek qabel ma kienet id-dinja.
Jiena għarraft ismek
lill-bnedmin li inti tajtni mid-dinja.
Kienu tiegħek, u inti tajthom lili, u huma ħarsu kelmtek. Issa jafu li dak kollu li tajtni ġej minnek;
għaliex il-kliem li int tajt lili jiena tajtu lilhom, u huma laqgħuh u għarfu tabilħaqq li jiena ħriġt minnek, u emmnu li inti bgħattni.
Jiena għalihom nitlob; ma nitlobx għad-dinja, imma għal dawk li inti tajtni, għaliex huma tiegħek,
u dak kollu li hu tiegħi huwa tiegħek, u dak li hu tiegħek huwa tiegħi, u jien igglorifikat permezz tagħhom.
U jien ma għadnix aktar fid-dinja, iżda huma għadhom fid-dinja, u jiena ġej għandek.
Missier qaddis, ħarishom f’ismek dawk li inti tajtni, biex ikunu ħaġa waħda bħalna.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Tifħir lilek Kristu
Missier, agħti glorja u sebbaħ lil ibnek
Jiena nemmen f’Alla wieħed, il-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u
l-art, dak kollu li jidher u dak li ma jidhirx.
U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,
imnissel mill-Missier
qabel kull żmien.
Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier u bih sar kollox.
Niżel mis-smewwiet għalina
l-bnedmin u għall-fidwa
tagħna. U ħa l-ġisem
bis-setgħa tal-Ispirtu
s-Santu minn Marija Verġni
u sar bniedem. Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh, u
fit-tielet jum qam minn bejn l-imwiet, skont
il-Kotba mqaddsa,
u tela’ s-sema, u qieghed fuq
il-lemin tal-Missier.
U għandu jerġa jiġi
bil-glorja biex jagħmel ħaqq
mill-ħajjin u mill-mejtin, u s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem. U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej mill-Missier u mill-Iben:
li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u
mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.
U fi Knisja waħda, qaddisa, kattolika, appostolika.
Nistqarr magħmudija waħda
għall-maħfra tad-dnubiet.
U nistenna l-qawma
mill-imwiet, u l-ħajja
taż-żmien li ġej. Ammen.