Glorja `l Alla fil-għoli
tas-smewwiet, u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.
Infaħħruk,
inberkuk,
nadurawk,
nagħtuk ġieh.
Inroddulek ħajr
għall-glorja kbira tiegħek. Mulej Alla, Sultan
tas-sema,
Alla Missier li tista’ kollox.
Mulej Iben waħdieni, Ġesù Kristu,
Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla, Bin il-Missier.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ħenn għalina.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna.
Int li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis, Int waħdek Mulej,
Int waħdek il-għoli,
Ġesu’ Kristu, ma’ l-Ispirtu
s-Santu:
fil-glorja tal-Missier Alla.
Ammen.
Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu
lill-Korintin
2 Kor 9: 6-10
Ħuti: Jien dan ingħid: min jiżra’ ftit, jaħsad ftit; u min jiżra’ ħafna, jaħsad ħafna.
Kull wieħed għandu jagħti skont ma jidhirlu hu minn rajh, mhux fuq il-qalb jew bilfors; għax Alla jħobb li min jagħti bil-ferħ.
Alla mbagħad għandu l-ħila jfawwarkom b’kull xorta ta’barka, hekk li dejjem u f’kollox ikollkom kulma hu biżżejjed għalikom,
u jibqgħalkom ukoll għal kull opra tajba. Bħalma hu miktub, ‘Huwa qassam bil-kotra u ta lill-foqra il-ġustizzja tiegħu tibqa’ għal dejjem.’
Dak li lil min jiżra’ jagħtih
iż-żerriegħa u l-ħobż
għall-ikel,
jagħti u jkattar
iż-żerriegħa lilkom ukoll, u jżid il-frott tal-ġustizzja tagħkom.
Il-Kelma tal-Mulej.
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
R:/ Hieni l-bniedem li jħenn u jislef!
Salm Responsorjali
Hieni l-bniedem li jibża’ mill-Mulej,�li jitgħaxxaq sħiħ
bil-kmandamenti tiegħu!
Kbir fuq l-art ikun in-nisel tiegħu;�in-nisel tat-tajbin ikun imbierek.
R:/ Hieni l-bniedem li jħenn u jislef!
Hieni l-bniedem li jħenn u jislef,�li jmexxi ħwejġu
bir-reqqa.�
Għax il-ġust qatt ma jintemm,�it-tifkira tiegħu tibqa’ għal dejjem.�
R:/ Hieni l-bniedem li jħenn u jislef!
Xejn ma jibża’ minn aħbar ħażina,�qalbu qawwija bit-tama fil-Mulej.�
Qalbu sħiħa, ma jibżax,�sa ma jara mxejjen
il-għadu tiegħu.
R:/ Hieni l-bniedem li jħenn u jislef!
Iqassam u jagħti lill-foqra;�il-ġustizzja tiegħu tibqa’ għal dejjem,�is-saħħa tiegħu tikber
fil-ġieħ. �
R:/ Hieni l-bniedem li jħenn u jislef!
Hallelujah, Hallelujah
Min jimxi warajja ma jimxix fid-dlam, imma jkollu d-dawl tal-ħajja, jgħid il-Mulej.
Hallelujah, Hallelujah
Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann
Ġw 12: 24-26
R:/ Glorja lilek Mulej
F’dak iż-żmien: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu:
“Fis-sewwa, fis-sewwa ngħidilkom, jekk il-ħabba tal-qamħ ma taqax fl-art u tmut, hi tibqa’ weħidha;
imma jekk tmut, tagħmel ħafna frott. Min iħobb ’il ħajtu jitlifha;
imma min jobgħod ’il ħajtu f’did-dinja iżommha sħiħa għall-ħajja ta’ dejjem.
Jekk xi ħadd irid jaqdini, dan għandu jimxi warajja, u fejn inkun jien, hemm ikun il-qaddej tiegħi.
Min jaqdi lili, lilu Missieri jweġġaħ.”
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Tifħir lilek Kristu