Bidu tat-Tieni Ittra ta’ �San Pawl Appostlu �lil Timotju�2 Tim 1, 1-3.6-12�
Pawlu, bir-rieda ta’ Alla appostlu ta Kristu Ġesù, skont il-wegħda tal-ħajja li hi fi Kristu Ġesù, lil Timotju, ibni l-għażiż:
grazzja, ħniena u sliem mingħand Alla l-Missier u mingħand Kristu Ġesù Sidna.
Irrodd ħajr lil Alla, li lilu
nqim b’kuxjenza safja bħal missirijieti, hekk kif niftakar fik bla heda fit-talb tiegħi lejl u nhar.
Minħabba f’hekk infakkrek biex tqajjem fik id-don ta’ Alla, li jinsab fik bit-tqegħid ta’ idejja;
għax Alla ma taniex spirtu ta’ biża’, imma Spirtu
ta’ qawwa, ta’ mħabba
u ta’ rażan.
Mela tistħi xejn minħabba fix-xhieda għal Sidna, anqas minħabba fija, priġunier tiegħu, imma aqsam miegħi t-tbatija għall-Evanġelju.
Afda fil-qawwa ta’ Alla,
li salvana u sejħilna b’sejħa qaddisa, mhux għax qies
l-għemejjel tagħna,
imma skont il-pjan tiegħu stess u skont il-grazzja tiegħu.
Din il-grazzja tahielna qabel iż-żmien qabel
tal-eterinta’ fi Kristu Ġesù,
imma dehret issa permezz tad-dehra tas-Salvatur tagħna Kristu Ġesù li qered il-mewt,
u dawwal il-ħajja bla tmiem permezz tal-Evanġelju,
li għalih jien kont magħmul predikatur, appostlu u mgħallem.
Din hi l-kawża li għaliha
qiegħed inbati. Imma b’daqshekk ma nistħix,
għax jien naf f’min emmint,
u naf sewwa li hu jista’ jħares it-teżor li kien fdat f’idejja, sa ma jasal dak
il-Jum.
Il-Kelma tal-Mulej�R/. Irroddu ħajr lil Alla
R:/ Lejk, Mulej, nerfa’ għajnejja
Salm Responsorjali
Lejk nerfa’ għajnejja,
int li tgħammar
fis-smewwiet
Ara, bħal għajnejn
il-qaddejja lejn id sidhom;
hekk għajnejna lejn
il-Mulej.
R:/ Lejk, Mulej, nerfa’ għajnejja
Bħal għajnejn il-qaddejja
lejn id sidtha;
hekk għajnejna lejn
il-Mulej, Alla tagħna,
sa ma jkollu ħniena minna.
R:/ Lejk, Mulej, nerfa’ għajnejja
Hallelujah, Hallelujah
Jien hu l-qawmien u
l-ħajja, jgħid il-Mulej;
Kull min jemmen fija,
dan ma jmut qatt.
Qari mill-Evanġelju skont
San Mark
Mk 12, 18-27
R:/ Glorja lilek Mulej
F’dak iż-żmien, resqu lejn Ġesù xi Sadduċej, li jgħidu li ma hemmx qawmien
mill-imwiet, u għamlulu din il-mistoqsija:
“Mgħallem, Mosé ħallielna miktub li, jekk wieħed imutlu ħuh u dan iħalli warajh lil martu bla tfal, dak ikollu jiżżewweġ
l-armla hu biex inissel ulied għal ħuh. Mela jkun hemm sebat aħwa,
u l-kbir iżżewweġ u miet bla ma ħalla tfal. It-tieni
wiehed iżżewweġ l-armla, miet u anqas hu ma ħalla wlied; hekk ukoll it-tielet, u ħadd minnhom is-sebgħa ma ħalla wlied.
Fl-aħħar mietet il-mara wkoll. Issa fil-qawmien
tal-imwiet, meta jqumu lkoll, mart min minnhom tkun?
Għax is-sebgħa jkunu żżewġuha.”
Qalilhom Ġesù:
“U mhux għalhekk
tisbaljaw intom, għax la
tafu l-Iskrittura u lanqas
il-qawwa ta’ Alla!
Għax il-bnedmin, meta jqumu mill-imwiet, la jiżżewġu u lanqas iżewġu, imma jkunu bħall-anġli
fis-smewwiet.
Għal dak imbagħad li hu qawmien mill-imwiet,
fil-ktieb ta’ Mosé, fejn jissemma l-għollieq,
ma qrajtux kif Alla qallu: ‘Jiena Alla ta’ Abraham, Alla ta’Iżakk, u Alla ta’ Ġakobb’?
Alla mhux tal-mejtin,
iżda tal-ħajjin! Sejrin żball għall-aħħar.”
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Tifħir lilek Kristu