1 of 34

Festa ta’

SAN TUMAS

Appostlu

Mulej Tiegħi u Alla Tiegħi

2 of 34

Glorja `l Alla fil-għoli

tas-smewwiet, u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.

3 of 34

Infaħħruk,

inberkuk,

nadurawk,

nagħtuk ġieh.

4 of 34

Inroddulek ħajr

għall-glorja kbira tiegħek. Mulej Alla, Sultan

tas-sema,

Alla Missier li tista’ kollox.

5 of 34

Mulej Iben waħdieni, Ġesù Kristu,

Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla, Bin il-Missier.

6 of 34

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ħenn għalina.

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna.

7 of 34

Int li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis, Int waħdek Mulej,

Int waħdek il-għoli,

8 of 34

Ġesu’ Kristu, ma’ l-Ispirtu

s-Santu:

fil-glorja tal-Missier Alla.

Ammen.

9 of 34

Festa ta’

SAN TUMAS

Appostlu

Mulej Tiegħi u Alla Tiegħi

10 of 34

Qari mill-Ittra ta’

San Pawl Appostlu

lill-Efesin

Ef 2: 19-22

11 of 34

Ħuti: Ma għandkomx aktar barranin u għorba, imma intom ċittadini flimkien mal-qaddisin u nies tad-dar ta’ Alla,

12 of 34

mibnija lkoll fuq is-sisien

tal-appostli u tal-profeti, fejn Kristu Ġesù hu l-ġebla

tax-xewka.

13 of 34

Fih il-bini kollu, marbut sewwa, jitla’ f’tempju qaddis

il-Mulej; fih, intom ukoll,

fl-Ispirtu, tinbnew flimkien f’dar fejn jgħammar Alla.

14 of 34

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

15 of 34

Salm Responsorjali

R:/ Morru fid-dinja kollha, xandru l-Bxara t-tajba!

16 of 34

Faħħru l-Mulej, ġnus kollha, sebbħuh,

popli kollha.

17 of 34

R:/ Morru fid-dinja kollha, xandru l-Bxara t-tajba!

18 of 34

Għaliex qawwija hi

l-grazzja tiegħu għalina,

il-fedeltà tal-Mulej tibqa’ għal dejjem.

19 of 34

R:/ Morru fid-dinja kollha, xandru l-Bxara t-tajba!

20 of 34

Hallelujah, Hallelujah

21 of 34

Emmint, Tumas, għax rajtni, jgħid il-Mulej;

henjin dawk li ma rawx u emmnu.

22 of 34

Hallelujah, Hallelujah

23 of 34

Qari mill-Evanġelju skont

San Ġwann

Ġw 20:24-29

R:/ Glorja lilek Mulej

24 of 34

Wieħed mit-Tnax, Tumas, imlaqqam it-Tewmi, ma kienx magħhom meta ġie Ġesù. Għalhekk id-dixxipli l-oħra qalulu:

25 of 34

“Rajna l-Mulej”.

Iżda hu qalilhom:

26 of 34

“Jekk ma narax f’idejh

il-marka tal-imsiemer, jekk ma nqegħidx sebgħi fuq il-marka tal-imsiemer u idi fuq ġenbu, jiena ma nemminx”.

27 of 34

Tmint ijiem wara, id-dixxipli reġgħu kienu ġewwa u Tumas kien magħhom.

28 of 34

Il-bibien kienu magħluqa, imma Ġesù daħal, qagħad f’nofshom, u qalilhom:

29 of 34

“Il-paċi magħkom”!

Imbagħad qal lil Tumas:

30 of 34

“Newwel sebgħek ’l hawn u ara jdejja, u ġib idek u qegħidha fuq ġenbi:

qis li ma tonqosx fik il-fidi, iżda emmen”.

31 of 34

Wieġbu Tumas u qallu:

“Mulej tiegħi u Alla tiegħi”!

32 of 34

Qallu Ġesù:

“Emmint għax rajtni! Henjin dawk li ma rawx u emmnu”.

33 of 34

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

34 of 34

Festa ta’

SAN TUMAS

Appostlu

Mulej Tiegħi u Alla Tiegħi