1 of 70

L-Erbgħa

tal-Ottava tal-Għid

2 of 70

Glorja `l Alla fil-għoli

tas-smewwiet, u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.

3 of 70

Infaħħruk,

inberkuk,

nadurawk,

nagħtuk ġieh.

4 of 70

Inroddulek ħajr

għall-glorja kbira tiegħek. Mulej Alla, Sultan

tas-sema,

Alla Missier li tista’ kollox.

5 of 70

Mulej Iben waħdieni, Ġesù Kristu,

Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla, Bin il-Missier.

6 of 70

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ħenn għalina.

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna.

7 of 70

Int li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis, Int waħdek Mulej,

Int waħdek il-għoli,

8 of 70

Ġesu’ Kristu, ma’ l-Ispirtu

s-Santu:

fil-glorja tal-Missier Alla.

Ammen.

9 of 70

L-Erbgħa

tal-Ottava tal-Għid

10 of 70

Qari mill-Ktieb �tal-Atti tal-Appostli�Atti 3, 1-10

11 of 70

F’dak iż-żmien, Pietru u Ġwanni kienu telgħin lejn it-tempju għat-talb tat-tlieta ta’ wara nofsinhar.

12 of 70

Xi wħud kienu qegħdin iġorru raġel magħtub minn twelidu, li kienu jqegħduh kuljum ħdejn il-bieb

tat-tempju,

13 of 70

li jgħidulu s-Sabiħ, biex jitlob il-karità lil dawk li jkunu deħlin fit-tempju.

14 of 70

Xħin ra lil Pietru u ’l Ġwanni deħlin fit-tempju talabhom il-karità. Pietru, flimkien ma’ Ġwanni, tefa’ għajnejh fuqu u qallu:

15 of 70

“Ħares lejna”.

16 of 70

Dak baqa’ jħares lejhom, jistenna li se jaqla’ xi ħaġa mingħandhom. Imma Pietru qallu:

17 of 70

“Fidda u deheb ma għandix; imma dak li għandi se nagħtihulek: fl-isem ta’ Ġesù Kristu ta’ Nazaret, imxi!”.

18 of 70

U qabdu minn idu l-leminija u qajmu. Minnufih riġlejh u

l-għekiesi tiegħu ħadu saħħithom; u malajr qabeż fuq riġlejh u beda jimxi.

19 of 70

U daħal magħhom

fit-tempju, jimxi u jaqbeż bil-ferħ u jfaħħar lil Alla.

Il-poplu kollu rah miexi u jfaħħar lil Alla;

20 of 70

għarfu li hu kien l-istess wieħed li soltu kien jitlob

il-karità ħdejn il-Bieb

is-Sabiħ tat-tempju.

21 of 70

U baqgħu mistagħġba u miblugħa b’dak li ġralu.

22 of 70

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

23 of 70

R:/ Tifraħ il-qalb ta’ dawk li jfittxu l-Mulej

Salm Responsorjali

24 of 70

Faħħru l-Mulej u xandru ismu,

għarrfu lill-ġnus

bl-għemejjel tiegħu.

25 of 70

Għannulu u doqqulu,

xandru l-għeġubijiet tiegħu kollha.

26 of 70

R:/ Tifraħ il-qalb ta’ dawk li jfittxu l-Mulej

27 of 70

Ftaħru bl-isem qaddis tiegħu;

tifraħ il-qalb ta’ dawk li jfittxu l-Mulej.

28 of 70

Ħabirku biex tagħrfu

l-Mulej u l-qawwa tiegħu,

fittxu ’l wiċċu l-ħin kollu.

29 of 70

R:/ Tifraħ il-qalb ta’ dawk li jfittxu l-Mulej

30 of 70

Nisel Abraham, il-qaddej tiegħu,

ulied Ġakobb, il-maħtur tiegħu,

Jaħweh hu Alla tagħna!

31 of 70

Mal-art kollha l-ġudizzji tiegħu!

32 of 70

R:/ Tifraħ il-qalb ta’ dawk li jfittxu l-Mulej

33 of 70

Jiftakar għal dejjem fil-patt tiegħu,

fil-kelma li ta għal elf nisel,

34 of 70

fil-patt li għamel ma’ Abraham,

fil-wegħda li ħalef lil Iżakk

35 of 70

R:/ Tifraħ il-qalb ta’ dawk li jfittxu l-Mulej

36 of 70

Hallelujah, Hallelujah

37 of 70

Dan hu l-jum li għamel

il-Mulej;

ħa nifirħu u nithennew fih!

38 of 70

Hallelujah, Hallelujah

39 of 70

Qari mill-Evanġelju skont

San Luqa

Lq 24, 13-35

R:/ Glorja lilek Mulej

40 of 70

Dakinhar stess, fl-ewwel jum tal-ġimgħa, ġara li tnejn mid-dixxipli kienu sejrin lejn raħal jismu Għemmaws,

41 of 70

xi ħdax-il kilometru bogħod minn Ġerusalemm, jitħaddtu bejniethom fuq kulma kien ġara.

42 of 70

Huma u jitħaddtu u jitkixxfu bejniethom, Ġesù nnifsu resaq lejhom u baqa’ miexi magħhom.

43 of 70

Imma għajnejhom kellhom xi jżommhom u ma setgħux jagħrfuh. U hu qalilhom:

44 of 70

“X’intom tgħidu bejnietkom intom u miexja?”.

45 of 70

U huma waqfu, b’ħarsa ta’ niket fuq wiċċhom.

46 of 70

Imbagħad wieħed minnhom, jismu Kleofa, wieġeb u qallu:

47 of 70

“Inti waħdek il-barrani f’Ġerusalemm li ma tafx

x’ġara hemmhekk f’dawn il-jiem?”.

48 of 70

“X’ġara?”,

49 of 70

staqsiehom Ġesù.

Qalulu:

50 of 70

“Dak li ġara lil Ġesù ta’

Nazaret, li kien profeta setgħan fl-għemil u

fil-kliem quddiem Alla u quddiem il-poplu kollu,

51 of 70

kif il-qassisin il-kbar u

l-kapijiet tagħna tawh f’idejn il-gvernatur biex ikun ikkundannat

għall-mewt u sallbuh.

52 of 70

Aħna konna nittamaw lihu kien dak li kellu jifdi lil Iżrael; iżda issa, fuq kollox ġa għaddew tlitt ijiem minn dawn il-ġrajja!

53 of 70

Issa wkoll xi wħud min-nisa tagħna ħasduna, għax marru kmieni ħdejn

il-qabar u l-katavru tiegħu ma sabuhx;

54 of 70

ġew jgħidu wkoll li dehrulhom xi anġli li

qalulhom li hu ħaj.

55 of 70

Imbagħad marru ħdejn

il-qabar xi wħud minn tagħna u sabu kollox kif kienu qalu n-nisa, imma lilu ma rawhx”.

56 of 70

Qalilhom Ġesù:

57 of 70

“Kemm intom boloh u tqal biex temmnu kulma qalu

l-profeti!

58 of 70

U ma kellux il-Messija jbati dan kollu u hekk jidħol

fil-glorja tiegħu?”.

59 of 70

U beda minn Mosè u

l-Profeti kollha jfissrilhom

kulma kien hemm

fl-Iskrittura fuqu.

60 of 70

Meta qorbu lejn ir-raħal fejn kienu sejrin hu għamel

tabirruħu li hu kien se

jibqa’ sejjer aktar ’il bogħod.

61 of 70

Iżda huma ġegħluh jibqa’ magħhom u qalulu:

62 of 70

“Ibqa’ magħna, għax issa sar ħafna ħin u l-jum ġa

wasal biex jintemm”.

63 of 70

Imbagħad daħal biex joqgħod magħhom. U waqt li kien fuq il-mejda magħhom, qabad

il-ħobż, qal il-barka, qasmu u tahulhom.

64 of 70

Imbagħad infetħulhom għajnejhom u għarfuh, iżda hu għab minn quddiemhom. U wieħed lill-ieħor bdew jgħidu:

65 of 70

“Ma kinitx imkebbsa qalbna ġewwa fina huwa u jkellimna fit-triq u jfissrilna l-Iskrittura?”.

66 of 70

Dak il-ħin stess qamu u reġgħu lura Ġerusalemm. Hemm sabu lill-Ħdax u lil sħabhom miġbura flimkien, u dawn qalulhom:

67 of 70

“Il-Mulej qam tassew, u deher lil Xmun!”.

68 of 70

U huma wkoll tarrfulhom x’kien ġralhom fit-triq,

u kif kienu għarfuh fil-qsim tal-ħobż.

69 of 70

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

70 of 70

L-Erbgħa

tal-Ottava tal-Għid