1 of 41

It-Tlieta

tat-Tielet Ġimgħa

tal-Avvent

2 of 41

Qari mill-Ktieb tal-

Profeta Sofonija

Sof 3, 1-2.9-13

3 of 41

Dan jgħid il-Mulej:

4 of 41

“Ħażin għaliha għar-ras iebsa tagħha, għat-tinġis tagħha, il-belt li taħqar!

Għas-sejħa ma tatx widen,

5 of 41

lanqas ma qagħdet

għat-twiddib li kellha; hi ma riditx tittama

fil-Mulej, lanqas ma resqet lejn Alla tagħha.”

6 of 41

“Għax jiena mbagħad

lill-popli nerġa’ nagħtihom diskors bla qerq, biex isem

il-Mulej ilkoll isejħu, jaqduh qalb waħda.

7 of 41

Mix-xtajta l-oħra

tax-xmajjar f’Kus sat-truf tat-Tramuntana, jadurani

l-poplu mxerred tiegħi u jġib l-offerta tal-qmuħ tiegħu.

8 of 41

Int ma tibqax imħawda dakinhar għall-għemil kollu tiegħek li bih qomt kontrija,

9 of 41

għax jiena mbagħad inneħħi minn ġo nofsok lil dawk fost niesek li jsibu

l-hena tagħhom

fil-kburija;

10 of 41

u int ma żżidx titkabbar fuq l-għolja mqaddsa tiegħi.

U nħalli f’nofsok poplu umli u mċekken.”

11 of 41

U f’isem il-Mulej ifittxu

l-kenn dawk li jifdal

minn Iżrael.

Ma jagħmlux ħażen, ma jgħidux kliem b’ieħor,

12 of 41

u lsien qarrieq ma jibqax iżjed f’fommhom, hekk

li joqogħdu jirgħu u jistrieħu bla ma jbeżżagħhom ħadd.

13 of 41

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

14 of 41

R./ Dan il-fqajjar sejjaħ

u l-Mulej semgħu

Salm Responsorjali

15 of 41

Kull ħin inbierek il-Mulej; tifħiru dejjem fuq fommi. Bil-Mulej tiftaħar ruħi; jisimgħu l-fqajrin u jifirħu.

16 of 41

R./ Dan il-fqajjar sejjaħ

u l-Mulej semgħu

17 of 41

Ħarsu lejh u jiddi

bil-ferħ wiċċkom,

u ma jkollkomx għax

tistħu.

18 of 41

Dan il-fqajjar sejjaħ u

l-Mulej semgħu,

u mid-dwejjaq tiegħu

kollha ħelsu.

19 of 41

R./ Dan il-fqajjar sejjaħ

u l-Mulej semgħu

20 of 41

Il-ħarsa tal-Mulej

fuq il-ħżiena,

biex jeqred minn fuq

l-art tifkirithom.

21 of 41

Jgħajtu l-ġusti

għall-għajnuna,

u l-Mulej jismagħhom;

mid-dwejjaq kollha

tagħhom jeħlishom.

22 of 41

R./ Dan il-fqajjar sejjaħ

u l-Mulej semgħu

23 of 41

Qrib il-Mulej lejn dawk b’qalbhom maqsuma,

jgħin lil dawk b’ruħhom mifnija.

24 of 41

Jifdi l-Mulej il-ħajja

tal-qaddejja tiegħu;

kull min jistkenn fih ma jkollux xi jpatti.

25 of 41

R./ Dan il-fqajjar sejjaħ

u l-Mulej semgħu

26 of 41

Hallelujah, Hallelujah

27 of 41

Ejja, Mulej la tiddawwarx: aħfer id-dnub tal-poplu tiegħek.

28 of 41

Hallelujah, Hallelujah

29 of 41

Qari mill-Evanġelju skont

San Mattew

Mt 21,28-32

R:/ Glorja lilek Mulej

30 of 41

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-qassisin il-kbar u

lix-xjuħ tal-poplu:

31 of 41

“Intom x’jidhrilkom?

Kien hemm raġel li kellu żewġ ulied. Resaq fuq

il-kbir u qallu:

32 of 41

‘Ibni, illum mur aħdem

l-għalqa tad-dwieli.’

U dak qallu:

‘Ma rridx.’

33 of 41

Iżda mbagħad biddel

il-fehma u mar. Resaq fuq l-ieħor u qallu l-istess. ‘Arani sejjer, sidi,’

qallu dan, u ma mar xejn.

34 of 41

Min minnhom it-tnejn għamel kif ried

il-missier?”

“L-ewwel wieħed,”

weġbuh.

35 of 41

U qalilhom Ġesù:

36 of 41

“Tassew, ngħidilkom,

li l-pubblikani u n-nisa

tat-triq deħlin qabilkom fis-Saltna ta’ Alla.

37 of 41

Għax Ġwanni ġie għandkom miexi fit-triq tal-ġustizzja, u intom ma emmintuhx

38 of 41

iżda l-pubblikani u n-nisa tat-triq emmnuh; u għalkemm intom rajtu dan kollu,

39 of 41

bqajtu sal-aħħar ma biddiltux il-fehma tagħkom, u ma emmintuhx.”

40 of 41

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

41 of 41

It-Tlieta

tat-Tielet Ġimgħa

tal-Avvent