1 of 38

Qari mill-Ktieb

ta’ Koħèlet

Koħ 11, 9 – 12, 8

2 of 38

Thenna, o żagħżugħ,

fir-rebbiegħa ta’ ħajtek,

u ħa tkun ferħana qalbek f’jiem żgħożitek.

3 of 38

Imxi wara t-taħbit ta’ qalbek, u wara l-għaxqa ta’ għajnejk.

Iżda kun af li ta’ dan kollu jitolbok kont Alla fil-ħaqq tiegħu.

4 of 38

Ħarrab ukoll minn moħħok it-tħassib, u żomm il-ħsara

’l bogħod minn ġismek; għax it-tfulija u

ż-żgħożija buffura riħ.

5 of 38

Ftakar f’min ħalqek f’jiem żgħożitek qabel ma jaslu

jiem in-niket, u joqorbu

s-snin li tgħid għalihom:

“Xejn ma jogħġbuni”;

6 of 38

qabel ma jiddallmu x-xemx

u d-dawl, u l-qamar u

l-kwiekeb, u s-sħab jerġa’ jidher wara x-xita;

7 of 38

meta dawk li jgħassu d-dar jibdew jitriegħdu, meta

l-qalbenin jitgħawġu, u jieqfu dawk li jitħnu, għax jonqsu fl-għadd,

8 of 38

u jiddallmu dawk li jħarsu

’l barra mit-tieqa; meta

l-bibien jingħalqu fuq

it-triq, u l-ħoss tal-mitħna jonqos,

9 of 38

u l-għana tal-għasfur jintefa, u kull għana jieqaf; meta kull telgħa tbażża’, u t-triq issir tkexkix,

10 of 38

meta s-siġra tal-lewż tarmi

ż-żahar, u l-ġrad jitqal

fil-mixi; u l-kappara titlef gostha, għax il-bniedem

imur id-dar tiegħu ta’ dejjem,

11 of 38

u l-bekkejja jiġġerrew

mat-toroq; qabel ma l-ħajta tal-fidda tinqata’, u

l-musbieħ tad-deheb jitfarrak;

12 of 38

qabel ma l-ġarra fuq l-għajn tinkiser, u

t-tarjola fuq il-bir tinqasam;

13 of 38

u t-trab jerġa’ jmur fl-art mnejn ġie, u n-nifs tal-ħajja

jitlaq lejn Alla, minn fejn ġie.

14 of 38

O frugħa tal-frugħat, jgħid Koħèlet, kollox frugħa.

15 of 38

Il-Kelma tal-Mulej.

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

16 of 38

R:/ Mulej, int kont għalina kenn minn nisel għal nisel

Salm Responsorjali

17 of 38

Int traġġa’ l-bnedmin lejn it-trab,

u tgħidilhom: “Erġgħu lura, intom bnedmin!”

18 of 38

Elf sena huma għalik bħal jum tal-bieraħ li għadda,

jew bħal sahra tal-lejl.

19 of 38

R:/ Mulej, int kont għalina kenn minn nisel għal nisel

20 of 38

Int taħsadhom, u jsiru bħal ħolma.

Huma bħall-ħaxix li jinbet filgħodu;

21 of 38

filgħodu jwarrad u jħaddar,

filgħaxija jidbiel u jinxef.

22 of 38

R:/ Mulej, int kont għalina kenn minn nisel għal nisel

23 of 38

Għalhekk għallimna ngħoddu jiem ħajjitna,

sabiex aħna nimxu

bil-għaqal.

24 of 38

Dur lejna, Mulej! Kemm se ddum?

Ħenn għall-qaddejja tiegħek.

25 of 38

R:/ Mulej, int kont għalina kenn minn nisel għal nisel

26 of 38

Imliena kmieni bit-tieba tiegħek,

biex nifirħu u nithennew ħajjitna kollha.

27 of 38

Ħa tkun fuqna l-grazzja ta’ Alla Sidna!

Wettqilna inti x-xogħol ta’ jdejna,

wettaq, iva, xogħol idejna.

28 of 38

R:/ Mulej, int kont għalina kenn minn nisel għal nisel

29 of 38

Hallelujah, Hallelujah

30 of 38

Is-Salvatur tagħna Kristu Ġesù qered il-mewt,

u dawwal il-ħajja permezz tal-Evanġelju.

31 of 38

Hallelujah, Hallelujah

32 of 38

Qari mill-Evanġelju ta’

San Luqa

Lq 9, 43b-45

R:/ Glorja lilek Mulej

33 of 38

F’dak iż-żmien, waqt li kulħadd kien imnixxef

bil-għaġeb quddiem il-kobor liema bħalu ta’ Alla, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu:

34 of 38

“Iftħu widnejkom sewwa għal dawn il-kelmiet:

Bin il-bniedem għandu jkun mogħti f’idejn

il-bnedmin”.

35 of 38

Iżda huma ma fehmuhx dan il-kliem, u baqa’ mistur għalihom hekk li ma qabdu xejn minnu,

36 of 38

u beżgħu jistaqsuh dwar dak li kien qal.

37 of 38

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

38 of 38