1 of 68

Tnejn u Għoxrin Ħadd

taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

Sena Ċ

“Kull min jitkabbar, jiċċekken;

u min jiċċekken, jitkabbar.”

2 of 68

Glorja `l Alla fil-għoli

tas-smewwiet, u paċi fl-art

lill-bnedmin ta’ rieda tajba.

3 of 68

Infaħħruk, inberkuk, nadurawk, nagħtuk ġieh. Inroddulek ħajr għall-glorja kbira tiegħek.

4 of 68

Mulej Alla,

Sultan tas-sema,

Alla Missier li tista’ kollox. Mulej Iben waħdieni,

Ġesù Kristu,

5 of 68

Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla,

Bin il-Missier.

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ħenn għalina.

6 of 68

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna. Int li qiegħed fuq il-lemin

tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis,

7 of 68

Int waħdek Mulej,

Int waħdek il-għoli,

Ġesù Kristu,

ma’ l-Ispirtu s-Santu:

fil-glorja tal-Missier Alla. Ammen.

8 of 68

Tnejn u Għoxrin Ħadd

taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

Sena Ċ

“Kull min jitkabbar, jiċċekken;

u min jiċċekken, jitkabbar.”

9 of 68

Qari I

Iċċekken u ssib grazzja quddiem il-Mulej.

Qari mill-Ktieb

ta’ Bin Sirak Sir 3:17-20,28-29

10 of 68

Ibni, kun ġwejjed fix-xogħol

li tagħmel, u tkun maħbub iktar minn wieħed milqugħ min-nies.

11 of 68

Akbar m’int, iktar għandek iċċekken ruħek, u ssib grazzja quddiem il-Mulej.

12 of 68

Ħafna huma l-imkabbrin

u l-imsebbħin, imma l-Mulej jikxef lill-umli l-misteri tiegħu.

13 of 68

Għax kbira hi s-setgħa

tal-Mulej, imma hu msebbaħ min-nies umli.

14 of 68

M’hemmx duwa għall-bniedem kollu kburija, għax din ħaxixa ħażina b’għeruqha mxenxla fih.

15 of 68

Min għandu l-għerf jifhem

il-proverbji u l-għaref ħerqan

li jkollu min jisimgħu.

16 of 68

Il-Kelma tal-Mulej.

℟. Irroddu ħajr lil Alla.

17 of 68

Salm Responsorjali

Salm 67(68):4-5aċ,6-7ab,10-11

℟. O Alla,

int ħejjejt dar għall-fqajjar.

18 of 68

Il-ġusti jithennew

quddiem Alla,

jifirħu u jaqbżu bil-ferħ.

19 of 68

Għannu lil Alla,

faħħru ismu.

Tgħaxxqu fil-Mulej,

aqbżu bil-ferħ quddiemu.

20 of 68

℟. O Alla,

int ħejjejt dar għall-fqajjar.

21 of 68

Missier l-iltiema

u difensur tar-romol,

hekk hu Alla fl-għamara mqaddsa tiegħu.

22 of 68

Alla jagħti d-dar lil dawk

li huma weħidhom,

u lill-ħabsin bir-riżq joħroġhom.

23 of 68

℟. O Alla,

int ħejjejt dar għall-fqajjar.

24 of 68

Xita bil-kotra inti bgħatt,

o Alla, fuq l-art,

wirt tiegħek,

u meta kienet bil-għatx

inti ħjejtha.

25 of 68

Il-poplu tiegħek

għammar fiha,

fi tjubitek, o Alla,

għall-fqajjar ħejjejtha.

26 of 68

℟. O Alla,

int ħejjejt dar għall-fqajjar.

27 of 68

Qari II �Intom ersaqtu lejn il-muntanja ta’ Sijon u lejn il-belt ta’ Alla l-ħaj.

Qari mill-Ittra

lil-Lhud Lhud 12:18-19,22-24a

28 of 68

Ħuti, intom ma rsaqtux lejn

in-nar materjali u jħeġġeġ

tas-Sinaj; lejn dak is-swied

u d-dlam u r-riefnu;

29 of 68

lejn dak id-daqq ta’ tromba

u ħoss ta’ kliem li dawk li kienu jisimgħuh talbu

bil-ħerqa biex ma jkellimhomx aktar.

30 of 68

Imma intom ersaqtu lejn

il-muntanja ta’ Sijon u lejn

il-belt ta’ Alla l-ħaj,

li hi Ġerusalemm tas-sema;

31 of 68

ersaqtu lejn eluf ta’ anġli f’ġemgħa ferrieħa;

lejn il-ġemgħa tal-ulied ewlenin li isimhom

hu miktub fis-sema;

32 of 68

lejn Alla l-imħallef ta’ kulħadd; lejn l-erwieħ ta’ nies tajba

u perfetti; lejn Ġesù

l-medjatur ta’ patt ġdid.

33 of 68

Il-Kelma tal-Mulej.

℟. Irroddu ħajr lil Alla.

34 of 68

Hallelujah,Hallelujah

35 of 68

Mt 11:29ab

Ħudu fuqkom il-madmad tiegħi, jgħid il-Mulej,

u tgħallmu minni, għaliex jiena ta’ qalb ħelwa u umli.

36 of 68

Hallelujah,Hallelujah

37 of 68

Evanġelju

Kull min jitkabbar, jiċċekken; u min jiċċekken, jitkabbar.

    • Qari mill-Evanġelju

skont San Luqa Lq 14:1,7-14

38 of 68

Darba, kien is-Sibt,

Ġesù daħal għand wieħed

mill-kapijiet tal-Fariżej

biex jiekol għandu, u huma qagħdu għajnejhom fih.

39 of 68

Billi ra b’għajnejh kif

il-mistednin bdew jagħżlu

l-postijiet ta’ quddiem

fil-mejda,

40 of 68

qalilhom din il-parabbola: “Meta wieħed jistiednek

għal xi festa ta’ tieġ,

41 of 68

tmurx toqgħod fil-post ta’ quddiem, li ma jkunx hemm

xi mistieden aqwa minnek,

42 of 68

u dak li jkun stieden lilek

u lilu jiġi fuqek jgħidlek:

43 of 68

‘Agħti l-post lil dan’, u int imbagħad, b’regħxa ta’ mistħija fuqek, ikollok tieħu l-post

tal-aħħar.

44 of 68

Għall-kuntrarju, meta tkun mistieden, mur inxteħet

fil-post tal-aħħar,

45 of 68

biex meta jiġi dak

li stiednek jgħidlek:

‘Ħabib, itla’ f’post aktar ’il fuq’.

46 of 68

U dan ikun ta’ ġieħ għalik quddiem dawk kollha li jkunu fil-mejda miegħek.

47 of 68

Għax kull min

jitkabbar, jiċċekken;

u min jiċċekken, jitkabbar”.

48 of 68

Imbagħad qal ukoll lil dak

li kien stiednu:

49 of 68

“Meta tagħti ikla jew pranzu, tistedinx lil ħbiebek jew lil ħutek jew lil qrabatek, u anqas ġirien għonja,

50 of 68

għax għandhom mnejn imbagħad jistiednu lilek huma, u hekk iroddulek

il-pjaċir li tkun għamiltilhom.

51 of 68

Għall-kuntrarju,

meta tagħmel ikla,

stieden il-foqra, il-magħtubin, iz-zopop u l-għomja,

52 of 68

u hieni int, għax dawn ma għandhomx minn fejn iroddulek pjaċir bi pjaċir,

53 of 68

imma jroddhulek Alla

meta l-ġusti jqumu

għall-ħajja”.

54 of 68

Il-Kelma tal-Mulej.

℟. It-tifħir lilek Kristu.

55 of 68

Tnejn u Għoxrin Ħadd

taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

Sena Ċ

“Kull min jitkabbar, jiċċekken;

u min jiċċekken, jitkabbar.”

56 of 68

Jiena nemmen f’Alla wieħed,

il-Missier li jista’ kollox,

li ħalaq is-sema u

l-art, dak kollu li jidher

u dak li ma jidhirx.

57 of 68

U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,

imnissel mill-Missier

qabel kull żmien.

58 of 68

Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier

u bih sar kollox.

59 of 68

Niżel mis-smewwiet għalina

l-bnedmin u għall-fidwa

tagħna.

60 of 68

U ħa l-ġisem

bis-setgħa tal-Ispirtu

s-Santu minn Marija Verġni

u sar bniedem.

61 of 68

Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh,

u fit-tielet jum qam

minn bejn l-imwiet,

62 of 68

skont il-Kotba mqaddsa,

u tela’ s-sema, u qieghed fuq

il-lemin tal-Missier.

63 of 68

U għandu jerġa jiġi

bil-glorja biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin,

u s-saltna tiegħu

ma jkollhiex tmiem.

64 of 68

U fl-Ispirtu s-Santu,

Mulej li jagħti l-ħajja

li ġej mill-Missier u mill-Iben:

65 of 68

li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u

mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.

66 of 68

U fi Knisja waħda,

qaddisa, kattolika,appostolika.

Nistqarr magħmudija waħda

għall-maħfra tad-dnubiet.

67 of 68

U nistenna l-qawma

mill-imwiet, u l-ħajja

taż-żmien li ġej.

Ammen.

68 of 68

Tnejn u Għoxrin Ħadd

taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

Sena Ċ

“Kull min jitkabbar, jiċċekken;

u min jiċċekken, jitkabbar.”