1 of 11

GĦID IL-ĦAMSIN

Solennità –

SEKWENZA

Miġja tal-Ispirtu s-Santu

2 of 11

Spirtu s-Santu, ejja fina,

raġġ ta’ dawl qaddis agħtina,

xerrdu f’ruħna

mis-smewwiet.

3 of 11

O Missier il-foqra tiegħek,

inti ġġib id-doni miegħek,

tagħni b’dawlek qalb

l-ulied.

4 of 11

Inti l-aqwa faraġ tagħna,

fik kull hena xħin tkun magħna,

tħossok fewġa ħelwa r-ruħ.

5 of 11

Fl-għaja, lejn is-serħ twassalna;

jekk imħeġġa wisq, trażżanna; mill-għajnejn tixxotta d-dmugħ.

6 of 11

O dawl hieni ta’ qdusija,

nitolbuk li bik mimlija

tkun il-qalb ta’ kull fidil.

7 of 11

Mingħajr dawlek li jmexxina

ebda ħajr ma jkun hemm fina,

ebda safa fl-għemil.

8 of 11

Naddaf kull fejn hemm

it-tbajja’,

fejn hemm nixfa reġġa’

l-ħajja,

lill-miġruħ agħtih fejqan.

9 of 11

Rattab fina l-ebusija,

agħti lill-berdin bżulija,

għin fit-triq lil min beżgħan.

10 of 11

Agħti s-seba’ doni tiegħek

lil min jimxi fidil miegħek

u li fik jistrieħ kull ħin.

11 of 11

Agħti ’l kull virtù sabiħa

ħlas ta’ salvazzjoni sħiħa,

agħti l-ġenna lit-tajbin.

Ammen. Hallelujah.