It-Twelid ta’ San Ġwann Battista
Eliżabetta tagħtik iben, u inti ssemmih Ġwanni.
Glorja `l Alla fil-għoli
tas-smewwiet, u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.
Infaħħruk,
inberkuk,
nadurawk,
nagħtuk ġieh.
Inroddulek ħajr għall-glorja kbira tiegħek. Mulej Alla, Sultan tas-sema,
Alla Missier li tista’ kollox.
Mulej Iben waħdieni, Ġesù Kristu,
Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla, Bin il-Missier.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ħenn għalina.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna.
Int li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis, Int waħdek Mulej,
Int waħdek il-għoli,
Ġesu’ Kristu, ma’ l-Ispirtu
s-Santu:
fil-glorja tal-Missier Alla.
Ammen.
It-Twelid ta’ San Ġwann Battista
Eliżabetta tagħtik iben, u inti ssemmih Ġwanni.
Qari mill-Ktieb�tal-Profeta Ġeremija
Ġer 1: 4-12)
Fi żmien Ġosija, il‐Mulej kellimni u qalli:
“Qabel ma sawwartek
fil-ġuf, għaraftek; qabel ma ħriġt minn ħdan ommok, ikkonsagrajtek.
Jien qegħidtek profeta fuq il‐ġnus.”
Jien weġibt:
“Ah, Sidi Mulej,
ma nafx nitkellem, għadni żgħir.”
U l‐Mulej weġibni:
“Tgħidx, ‘Għadni żgħir’.
Inti tmur kull fejn nibagħtek, u tgħid kull ma nordnalek.
La tibżax minnhom,
għax jien miegħek biex neħilsek.”
oraklu tal-Mulej. –
U l-Mulej ħareġ idu u messli fommi, u qalli l-Mulej:
“Ara, qegħedtlek kliemi fuq fommok.
Ara, jiena llum qegħedtek
fuq il-ġnus u s-saltniet,
biex taqla’ u ġġarraf,
biex teqred u tħott, biex tibni u tħawwel.”
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
R:/ Minn ħdan ommi inti ħadtni!
Salm Responsorjali
Fik, Mulej, nistkenn;
ma jkolli qatt għax ninfixel.
Għall-ġustizzja tiegħek salvani u ħarisni;
agħtini widen u fittex eħlisni.
R:/ Minn ħdan ommi
inti ħadtni!
Kun sur ta’ kenn għalija;
int wegħedt li tiġi dejjem issalvani,
għax blata u fortizza int għalija.
Alla tiegħi, ħarisni minn id il-ħażin.
R:/ Minn ħdan ommi
inti ħadtni!
Għax inti, Sidi, it-tama tiegħi;
Mulej, inti l-fiduċja tiegħi sa minn żgħożiti.
Fuqek serraħt sa minn twelidi,
sa minn ġuf ommi inti ħadtni.
R:/ Minn ħdan ommi
inti ħadtni!
Fommi jxandar il-ġustizzja tiegħek,
il-jum kollu l-għemejjel
tal-għajnuna tiegħek.
O Alla, sa minn żgħożiti int għallimtni;
u jien s’issa għadni nxandar għeġubijietek.
R:/ Minn ħdan ommi
inti ħadtni!
Qari mill-Ewwel Ktieb �ta’ San Pietru �Appostlu �(1 Piet 1: 8-12)�
Għeżież, għalkemm lil
Ġesù Kristu għadkom ma rajtuhx, intom tħobbuh;
fih, għad li issa m’intomx tarawh, intom temmnu;
fih intom tifirħu b’ferħ glorjuż, li ma jistax jitfisser,
waqt li tiksbu l-għan tal-fidi tagħkom,
li hu s-salvazzjoni tagħkom.
Il-profeti, li ħabbru l-grazzja li kellha tingħata lilkom,
stħarrġu u tkixxfu fuq din
is-salvazzjoni;
huma kienu jitkixxfu l-mod u f’liema żmien kien qiegħed jaħseb l-Ispirtu ta’ Kristu, li kien fihom,
meta kien jixhdilhom minn qabel it-tbatijiet ta’ Kristu u l-glorji tiegħu li kellhom jiġu warajhom.
Lilhom kien mgħarraf
li mhux għalihom infushom,
imma għalikom,
kien jiswa dak li huma kienu jħabbru,
u li issa kien imxandar lilkom minn dawk li,
bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu
mibgħut mis-sema, qegħdin jagħtukom l-Evanġelju.
Dawn huma ħwejjeġ li
l-anġli stess
jixtiequ jifhmuhom sewwa.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
Hallelujah, Hallelujah
Dan ġie bħala xhieda, biex jixhed għad-dawl;
biex ilesti lill-Mulej poplu mħejji sewwa.
Hallelujah, Hallelujah
Qari mill-Evanġelju skont
San Luqa
(Lq 1: 5-17)
R:/ Glorja lilek Mulej
Fi żmien Erodi, sultan tal‐Lhudija, kien hemm qassis, jismu Żakkarija, mit‐taqsima ta’ Abija; martu, li kien jisimha Eliżabetta,
kienet minn ulied Aron.
It-tnejn kienu nies ġusti quddiem Alla
u jimxu bla nuqqas ta’ xejn skont il-preċetti u
l-kmandamenti kollha
tal-Mulej.
Ulied ma kellhomx,
għax Elizabetta ma setax ikollha, u t-tnejn kienu mdaħħlin fiż-żmien.
Mela ġara li Żakkarija kien qiegħed jaqdi dmiru ta’ qassis quddiem Alla,
għax kien imissha t-taqsima tiegħu,
u, skont id-drawwa
tal-liturġija, ntgħażel hu
bix-xorti biex jidħol ġewwa
fis-santwarju tal-Mulej ħalli jaħraq l-inċens.
Waqt ir-rit tal-inċens,
il-kotra kollha tal-poplu
kienet qiegħda titlob barra.
U deherlu anġlu tal-Mulej,
wieqaf in-naħa tal-lemin
tal-artal tal-inċens.
Żakkarija, malli rah, tħawwad u waqa’ biża’ fuqu.
Imma l-anglu qallu:
“Tibżax, Żakkarija, għax
it-talba tiegħek instemgħet: martek Elizabetta se tagħtik iben, u inti ssemmih Ġwanni.
Din tkun għalik ħaġa li tqanqlek bil-ferħ
u thennik ħafna,
u jkun hemm bosta li jifirħu bit-twelid tat-tifel.
Għax hu jkun kbir quddiem il-Mulej; ma jkun jixrob ebda inbid jew xorb qawwi,
u jimtela bi spirtu qaddis sa minn ġuf ommu.
Huwa jreġġa’ lil ħafna minn ulied Iżrael lejn
il-Mulej Alla tagħhom, u hu ġej qabel il-Mulej, mimli
bl-ispirtu u l-qawwa ta’ Elija,
biex iraġġa’ l-qlub
tal-missirijiet lejn uliedhom,
u lil dawk li ma jridux jobdu jreġġagħhom
għall-għaqal tal-ġusti,
ħalli jlesti poplu mħejji sewwa għall-Mulej.”
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Tifħir lilek Kristu
It-Twelid ta’ San Ġwann Battista
Eliżabetta tagħtik iben, u inti ssemmih Ġwanni.
Jiena nemmen f’Alla wieħed, il-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u
l-art, dak kollu li jidher u dak li ma jidhirx.
U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,
imnissel mill-Missier
qabel kull żmien.
Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier u bih sar kollox.
Niżel mis-smewwiet għalina
l-bnedmin u għall-fidwa
tagħna.
U ħa l-ġisem
bis-setgħa tal-Ispirtu
s-Santu minn Marija Verġni u sar bniedem.
Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh, u fit-tielet jum qam minn bejn l-imwiet, skont
il-Kotba mqaddsa,
u tela’ s-sema, u qieghed fuq
il-lemin tal-Missier.
U għandu jerġa jiġi
bil-glorja biex jagħmel ħaqq
mill-ħajjin u mill-mejtin, u s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem.
U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej
mill-Missier u mill-Iben:
li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u
mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.
U fi Knisja waħda, qaddisa, kattolika, appostolika.
Nistqarr magħmudija waħda
għall-maħfra tad-dnubiet.
U nistenna l-qawma
mill-imwiet, u l-ħajja
taż-żmien li ġej.
Ammen.