It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu
Quddiesa tal-Vġili
Glorja `l Alla fil-għoli
tas-smewwiet, u paċi fl-art
lill-bnedmin ta’ rieda tajba.
Infaħħruk, inberkuk, nadurawk, nagħtuk ġieh. Inroddulek ħajr għall-glorja kbira tiegħek.
Mulej Alla,
Sultan tas-sema,
Alla Missier li tista’ kollox. Mulej Iben waħdieni,
Ġesù Kristu,
Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla,
Bin il-Missier.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ħenn għalina.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna. Int li qiegħed fuq il-lemin
tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis,
Int waħdek Mulej,
Int waħdek il-għoli,
Ġesù Kristu,
ma’ l-Ispirtu s-Santu:
fil-glorja tal-Missier Alla. Ammen.
It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu
Quddiesa tal-Vġili
��
Qari I
Il-Mulej tgħaxxaq bik.
Qari mill-Ktieb
tal- Profeta Isaija Is 62, 1-5
Minħabba f’Sijon ma nehdiex, minħabba f’Ġerusalemm ma niskotx, sa ma tfeġġ bħal dija
l-ġustizzja tagħha, tħeġġeġ bħal torċa s-salvazzjoni tagħha.
Il-ġustizzja tiegħek għad jarawha l-ġnus, u
s-sebħ tiegħek jarawh
is-slaten kollha.
B’isem ġdid għad isejħulek, isem li għad jagħżlu fomm
il-Mulej.
Għad tkun kuruna ta’ ġmiel
f’id il-Mulej, u dijadema
ta’ sultan f’id Alla tiegħek.
Ma jgħidulekx aktar
l-Abbandunata,
lanqas lil artek l-Imħarbta.
Lilek għad isejħulek
Għaxqti fiha, u lil artek għad jgħidulha Għarusa; għax
l-għaxqa tal-Mulej fik, u artek għad titgħarras.
Bħalma għarus jitgħarras xebba, hekk jitgħarrsek
il-Bennej tiegħek;
u bħalma
l-għarus jitgħaxxaq b’għarustu, hekk jitgħaxxaq bik Alla tiegħek.
Il-Kelma tal-Mulej
℟ Irroddu ħajr lill Alla
Salm Responsorjali
Salm 88 (89), 4-5.16-17.27.29
℟ It-tjieba tal-Mulej irrid dejjem ngħanni
Int għedt Mulej:
“Għamilt patt
mal-magħżul tiegħi,
ħlift lil David, il-qaddej tiegħi:
Jien nagħmel li nislek jibqa’ għal dejjem,
li f’kull żmien jibqa’ sħiħ
it-tron tiegħek”.
℟ It-tjieba tal-Mulej irrid dejjem ngħanni
Hieni l-poplu li jaf jgħajjat
bil-ferħ,
li jimxi, Mulej, fid-dawl
ta’ wiċċek.
B’ismek jithennew il-jum kollu,
u bil-ġustizzja tiegħek jifirħu.
℟ It-tjieba tal-Mulej irrid dejjem ngħanni
“Hu jsejjaħli:
‘Int missieri u Alla tiegħi, fortizza u salvazzjoni tiegħi!’
It-tjieba tiegħi nżommha fuqu għal dejjem,
u l-patt tiegħi miegħu jibqa’ sħiħ”.
℟ It-tjieba tal-Mulej irrid dejjem ngħanni
Qari II
Pawlu jixhed għal Kristu, Bin David.
Qari mill-Ktieb
tal-Atti tal-Appostli Atti 13, 16-17. 22-25
Meta ġie f’Antijokja ta’ Pisidja, Pawlu qam
fis-sinagoga, għamel sinjal b’idu u beda jitkellem:
“Nies ta’ Iżrael, u intom
il-ġnus li tibżgħu minn Alla, isimgħuni. Alla ta’ dan il-poplu ta’ Iżrael għażel lil missirijietna.
Meta l-poplu kien jgħix
f’art barranija, fl-Eġittu, Alla għamlu poplu kbir u ħarġu minn hemm
bil-qawwa ta’ driegħu.
Meta mbagħad neħħa lil
Sawl, qiegħed bħala sultan tagħhom lil David,
li għalih ta din ix-xhieda:
‘Sibt lil David, bin Ġesse, raġel skont qalbi, li jagħmel dak kollu li rrid jien’ ”.
Min-nisel ta’ David, Alla,
skont il-wegħda tiegħu, ġieb għal Iżrael salvatur, li hu Ġesù.
Qabel il-miġja tiegħu, Ġwanni ħareġ ixandar magħmudija ta’ ndiema lill-poplu kollu ta’ Iżrael.
U meta kien wasal fi tmiem il-ħidma tiegħu, Ġwanni qal:
“Jien m’iniex dak li intom
taħsbu li jien. Imma, araw,
warajja ġej wieħed li jien
anqas jistħoqqli nħoll
il-qorq ta’ riġlejh”.
Il-Kelma tal-Mulej
℟ Irroddu ħajr lill Alla
Hallelujah
Hallelujah
Għada jinqered
il-ħażen tal-art,
u jsaltan fuqna
s-Salvatur tad-dinja.
Hallelujah
Hallelujah
Evanġelju
Ktieb in-nisel ta’ Ġesù Kristu, bin David.
✠ Bidu tal-Evanġelju skont
San Mattew Mt 1, 1-25
Ktieb in-nisel ta’ Ġesù Kristu, bin David, bin Abraham.
Abraham nissel lil Iżakk, Iżakk nissel lil Ġakobb,
Ġakobb nissel lil Ġuda u lil ħutu,
Ġuda nissel lil Fares u lil Żaraħ minn Tamar,
Fares nissel lil Ħesron,
Ħesron nissel lil Aram, Aram nissel lil Għamminadab, Għamminadab nissel lil Naħson,
Naħson nissel lil Salmon,
Salmon nissel lil
Bogħaż minn Raħab,
Bogħaż nissel lil Għobed
minn Rut,
Għobed nissel lil Ġesse,
Ġesse nissel lil David,
is-sultan.
David nissel lil Salamun
mill-mara ta’ Urija,
Salamun nissel lil Robogħam,
Robogħam nissel lil Abija, Abija nissel lil Asa,
Asa nissel lil Ġosafat,
Ġosafat nissel lil Ġoram,
Ġoram nissel lil Għużżija,
Għużżija nissel lil Ġotam,
Ġotam nissel lil Aħaż,
Aħaż nissel lil Ħeżekija, Ħeżekija nissel lil
Manassi,
Manassi nissel lil Amon,
Amon nissel lil Ġosija, Ġosija nissel lil Ġekonija u lil ħutu;
kien żmien l-eżilju f’Babilonja.
Wara l-eżilju f’Babilonja, Ġekonija nissel lil Salatjel, Salatjel nissel lil Żorobabel, Żorobabel nissel lil Abiħud, Abiħud nissel lil Eljakim,
Eljakim nissel lil Ażor,
Ażor nissel lil Sadok,
Sadok nissel lil Akim,
Akim nissel lil Eliħud,
Eliħud nissel lil Elgħażar,
Elgħażar nissel lil Mattan, Mattan nissel lil Ġakobb,
Ġakobb nissel lil Ġużeppi,
ir-raġel ta’ Marija, li minnha twieled Ġesù li jsejħulu
l-Messija.
Mela n-nisel kollu kien,
minn Abraham sa David,
erbatax-il nisel, minn David sal-eżilju ta’ Babilonja,
erbatax-il nisel;
u mill-eżilju ta’ Babilonja
sal-Messija, erbatax-il nisel.
It-tnissil ta’ Ġesù l-Messija sar hekk:
ommu Marija, wara li tgħarrset ma’ Ġużeppi, qabel ma marru joqogħdu flimkien, saret omm
bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu.
Żewġha Ġużeppi, li kien raġel ġust u ma riedx ixandarha quddiem kulħadd, għamel
il-ħsieb li
jibgħatha bil-moħbi tan-nies.
Meta kien għadu qiegħed
jaħsibha, deherlu anġlu
tal-Mulej fil-ħolm u qallu:
“Ġużeppi, bin David, xejn la tibża’ tieħu għandek lil martek Marija, għax dak li tnissel fiha ġej mill-Ispirtu s-Santu.
Hi se jkollha iben,
u inti ssemmih Ġesù,
għax hu jsalva l-poplu tiegħu minn dnubiethom”.
Dan kollu ġara biex iseħħ
dak li kien qal il-Mulej
permezz tal-profeta, meta qal:
‘Ara, ix-xebba tnissel u
jkollha iben, u jsemmuh Għimmanu-El’,
li bi lsienna jfisser
‘Alla magħna’.
Ġużeppi, meta qam,
Għamel kif ordnalu l-anġlu
tal-Mulej, u ħa lil martu għandu.
Imma baqa’ ma għarafhiex sa ma kellha iben, u semmieh Ġesù.
Il-Kelma tal-Mulej
℟ Tifħir lilek Kristu
It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu
Quddiesa tal-Vġili Sena Ċ
Jiena nemmen f’Alla wieħed,
il-Missier li jista’ kollox,
li ħalaq is-sema u
l-art, dak kollu li jidher
u dak li ma jidhirx.
U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,
imnissel mill-Missier
qabel kull żmien.
Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier
u bih sar kollox.
Niżel mis-smewwiet għalina
l-bnedmin u għall-fidwa
tagħna. U ħa l-ġisem
bis-setgħa tal-Ispirtu
s-Santu minn Marija Verġni
u sar bniedem. Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh,
u fit-tielet jum qam
minn bejn l-imwiet, skont
il-Kotba mqaddsa,
u tela’ s-sema, u qieghed fuq
il-lemin tal-Missier.
U għandu jerġa jiġi
bil-glorja biex jagħmel ħaqq
mill-ħajjin u mill-mejtin, u
s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem. U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej mill-Missier u mill-Iben:
li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u
mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.
U fi Knisja waħda,
qaddisa, kattolika,appostolika.
Nistqarr magħmudija waħda
għall-maħfra tad-dnubiet.
U nistenna l-qawma
mill-imwiet, u l-ħajja
taż-żmien li ġej.
Ammen.
It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu
Quddiesa tal-Vġili Sena Ċ
AWGURI