1 of 36

Bidu tal Ittra ta’

San Pawl Appostlu

lill-Filippin

Fil 1, 1-11

2 of 36

Pawlu u Timotju, qaddejja ta’ Kristu Ġesù,

lill-qaddisin kollha fi

Kristu Ġesù,

3 of 36

flimkien mal-isqfijiet tagħhom u d-djakni li jinsabu fil-belt ta’ Filippi.

4 of 36

Il-grazzja lilkom u s-sliem mingħand Alla Missierna u mingħand il-Mulej

Ġesù Kristu!

5 of 36

Niżżi ħajr lil Alla tiegħi kull meta niftakar fikom, u nitlob dejjem ferħan fit-talb tiegħi għalikom,

6 of 36

minħabba s-sehem li intom ħadtu fix-xandir

tal-Evanġelju, mill-ewwel jiem sal-lum.

7 of 36

Jiena żgur minn dan: li dak li beda din l-opra tajba fikom, iwassalha għat-tmiem tagħha sa ma jasal il-jum ta’

Kristu Ġesù.

8 of 36

Ħaġa sewwa li jiena naħseb hekk fikom ilkoll, għaliex jiena nġibkom f’qalbi, lilkom ilkoll,

9 of 36

li qsamtu miegħi l-grazzja li għandi, kemm issa li jien marbut bil-ktajjen, u kemm meta kont niddefendi u nwettaq l-Evanġelju.

10 of 36

Iva, jixhidli Alla kemm jien miġbud lejkom bil-qalb ta’ Kristu Ġesù!

11 of 36

U jien dan nitlob: li

l-imħabba tagħkom tikber u toktor dejjem iżjed bl-għerf u b’kull dehen, biex tistgħu tagħrfu tagħżlu l-aħjar,

12 of 36

u mbagħad tkunu safja u bla ebda ħtija fil-jum ta’ Kristu,

13 of 36

mimlijin bil-frott

tal-ġustizzja li ġejja permezz ta’ Ġesù Kristu, għall-glorja u l-foħrija ta’ Alla.

14 of 36

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

15 of 36

R:/ Kbar huma

l-għemejjel tal-Mulej

Salm Responsorjali

16 of 36

Irrodd ħajr lill-Mulej b'qalbi kollha,

fil-laqgħa tat-tajbin flimkien miġbura.

17 of 36

Kbar huma l-għemejjel

tal-Mulej;

ifittxuhom dawk kollha li jitgħaxxqu bihom.

18 of 36

R:/ Kbar huma

l-għemejjel tal-Mulej

19 of 36

Kollu ġmiel u kobor għemil il-Mulej;

għal dejjem tibqa'

l-ġustizzja tiegħu.

20 of 36

Waqqaf tifkira

bl-għeġubijiet tiegħu; twajjeb u ħanin il-Mulej.

21 of 36

R:/ Kbar huma

l-għemejjel tal-Mulej

22 of 36

Hu jagħti l-għajxien lil min jibża' minnu,

jiftakar għal dejjem

fil-patt tiegħu.

23 of 36

Wera lill-poplu tiegħu

l-qawwa ta' għemilu, meta qassam lilhom art

il-ġnus.

24 of 36

R:/ Kbar huma

l-għemejjel tal-Mulej

25 of 36

Hallelujah, Hallelujah

26 of 36

In-nagħaġ tiegħi jisimgħu leħni, jgħid il-Mulej, u jiena nagħrafhom, u huma jimxu warajja.

27 of 36

Hallelujah, Hallelujah

28 of 36

Qari mill-Evanġelju skont

San Luqa

Lq 14, 1-6

R:/ Glorja lilek Mulej

29 of 36

Darba, kien is-Sibt,

u Ġesù daħal għand wieħed mill-kapijiet tal-Fariżej

biex jiekol għandu, u huma qagħdu għajnejhom fih.

30 of 36

U resaq quddiemu wieħed marid bl-ilma.

Ġesù dar fuq l-għorrief

tal-Liġi u lill-Fariżej u qalilhom:

31 of 36

“Jiswa jew le li wieħed

ifejjaq f'jum is-Sibt?”

32 of 36

Huma ma tkellmu xejn

iżda hu qabad lir-raġel,

fejqu u bagħtu.

Imbagħad qalilhom:

33 of 36

“Min minnkom se

jaqagħlu ibnu jew

barri f'ġiebja u għax ikun is-Sibt ma jmurx malajr itellgħu minn hemm?”

34 of 36

U ma kellhomx il-ħila jwiġbuh għal dan.

35 of 36

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

36 of 36