1 of 34

Qari mill-Ktieb

tal-Profeta Ġeremija

Ġer 3, 14-17

2 of 34

Erġgħu lura, ulied ribelli, oraklu tal-Mulej, għax jiena Sidkom. U neħodkom, wieħed minn belt u tnejn minn kull familja,

3 of 34

u ndaħħalkom f’Sijon.

U nagħtikom rgħajja għal qalbi, li jirgħu bl-għerf u

l-għaqal.

4 of 34

Meta intom toktru u tnisslu fuq l-art f’dawk il-jiem, oraklu tal-Mulej, ħadd ma jitkellem aktar fuq l-arka tal-patt tal-Mulej,

5 of 34

ma jaħsibx aktar fuqha,

u ma jiftakarx fiha,

ma jibkuhiex, u ma jagħmlux oħra.

6 of 34

F’dak iż-żmien isejħu

’l Ġerusalemm:

‘It-tron tal-Mulej’, u jinġabru fiha l-ġnus kollha għal isem il-Mulej,

7 of 34

u ma jimxux aktar

mal-ebusija ta’ qalbhom

il-ħażina.

8 of 34

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

9 of 34

R:/ Il-Mulej iħarisna kif ragħaj iħares

il-merħla tiegħu

Salm Responsorjali

10 of 34

Isimgħu, ġnus, kelmet

il-Mulej,

xandruha ’l bogħod

fil-gżejjer; u għidu:

11 of 34

“Dak li xerred lil Iżrael jiġbru,

u jħarsu kif ragħaj iħares

il-merħla tiegħu.”

12 of 34

R:/ Il-Mulej iħarisna kif ragħaj iħares

il-merħla tiegħu

13 of 34

Għax il-Mulej feda lil Ġakobb,

ħelsu minn id wieħed aqwa minnu.

14 of 34

Għad jiġu u jgħannu fuq

l-għolja ta’ Sijon,

u wiċċhom jiddi miħabba

t-tieba tal-Mulej.

15 of 34

R:/ Il-Mulej iħarisna kif ragħaj iħares

il-merħla tiegħu

16 of 34

Imbagħad jifirhu

x-xbejbiet biż-żfin,

jifirħu ż-żgħżagħ u

x-xjuħ.

17 of 34

“Jiena nbiddel il-vistu tagħhom f’hena, infarraġhom u nferraħhom wara l-hemm tagħhom.”

18 of 34

R:/ Il-Mulej iħarisna kif ragħaj iħares

il-merħla tiegħu

19 of 34

Hallelujah, Hallelujah

20 of 34

Henjin dawk li jisimgħu

l-kelma ta’ Alla b’qalb

tajba u sin ċiera,

jgħożżuha u jagħmlu

l-frott billi jżommu sħiħ.

21 of 34

Hallelujah, Hallelujah

22 of 34

Qari mill-Evanġelju skont

San Mattew

Mt 13, 18-23

R:/ Glorja lilek Mulej

23 of 34

F’dak iż-żmien, Ġesù qal

lid-dixxipli tiegħu:

24 of 34

“Mela isimgħuha intom

il-parabbola ta’ dak li ħareġ jiżra’.

25 of 34

Kull min jisma’ l-kelma

tas-Saltna u ma jifhimhiex,

jersaq il-Ħażin u jisraqlu

dak li jkun inżera’ f’qalbu:

26 of 34

dan huwa dak li nżera’

mal-mogħdija. Dak li nżera’ f’art kollha blat huwa dak li jisma’ l-Kelma u jilqagħha minnufih bil-ferħ,

27 of 34

imma għeruq ma jkollux fih innifsu, u għalhekk ftit idum;

28 of 34

imbagħad jiġi fuqu

l-għawġ, jew isib min iħabbtu minħabba l-Kelma, u malajr jitfixkel.

29 of 34

Dak li nżera’ qalb ix-xewk huwa dak li jisma’ l-Kelma iżda l-inkwiet żejjed

għall-ħwejjeġ tad-dinja u

30 of 34

l-ġibda għall-ġid tal-art

joħonqulu l-Kelma, li għalhekk ma tagħmilx

frott.

31 of 34

Dak imbagħad li nżera’ f’art tajba huwa dak li jisma’ l-Kelma u jifhimha;

32 of 34

u tassew hu jagħmel il-frott, dan jagħmel mija, dak sittin, u l-ieħor tletin.”

33 of 34

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

34 of 34