1 of 33

Qari mill-Ktieb tal-

Profeta Għamos

Għam 9, 11-15

2 of 33

Dan jgħid il-Mulej:

3 of 33

“Dakinhar intalla’

mill-ġdid l-għarix ta’ David, li sar ħerba waħda, u rraqqa’ t-tiċrit tiegħu;

4 of 33

nerġa ntellagħlu dak li ġġarraf minnu, u nibnih kif kien fl-imgħoddi,

5 of 33

biex huma jirtu l-fdal ta’ Edom, u l-ġnus kollha msemmija għalija.

6 of 33

Oraklu tal-Mulej li għad jagħmel dan.

7 of 33

Araw, għad jiġi żmien

-oraklu tal-Mulej- meta min jaħrat jilħaq fuq min jaħsad,

8 of 33

min jagħsar l-għeneb jilħaq fuq min jiżra’; u

l-inbid ġdid iqattar

mill-muntanji, l-għoljiet kollha jkunu jnixxu minnu.

9 of 33

Irreġġa’ l-poplu tiegħi Iżrael għal li kien; jibnu

l-ibliet meqruda u jgħammru fihom;

10 of 33

iħawlu d-dwieli u jixorbu

l-inbid tagħhom; u jxettlu ġonna u jieklu mill-frott tagħhom.

11 of 33

U nħawwilhom f’arthom, u qatt iżjed ma jinqalgħu

mill-art li tajthom”.

12 of 33

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

13 of 33

R:/ Il-Mulej is-sliem ixandar, għall-poplu tiegħu

Salm Responsorjali

14 of 33

Ħa nisma’ xi jgħid Alla;

il-Mulej is-sliem ixandar,

għall-poplu u l-ħbieb tiegħu,

u għal dawk li jafdaw fih.

15 of 33

R:/ Il-Mulej is-sliem ixandar, għall-poplu tiegħu

16 of 33

It-tieba u l-fedeltà jiltaqgħu,

il-ġustizzja u s-sliem jitbewsu.

17 of 33

Il-fedeltà mill-art tinbet,

u l-ġustizzja mis-sema tixref.

18 of 33

R:/ Il-Mulej is-sliem ixandar, għall-poplu tiegħu

19 of 33

Il-Mulej ukoll jagħti l-ġid tiegħu,

u artna tagħti l-frott tagħha.

Il-ġustizzja quddiemu timxi,

u s-sliem fuq il-passi tiegħu.

20 of 33

R:/ Il-Mulej is-sliem ixandar, għall-poplu tiegħu

21 of 33

Hallelujah, Hallelujah

22 of 33

In-nagħaġ tiegħi jisimgħu leħni, jgħid il-Mulej

u jiena nagħrafhom, u huma jimxu warajja.

23 of 33

Hallelujah, Hallelujah

24 of 33

Qari mill-Evanġelju skont

San Mattew

Mt 9, 14-17

R:/ Glorja lilek Mulej

25 of 33

F’dak iż-żmien resqu lejn Ġesù d-dixxipli ta’ Ġwanni u qalulu:

26 of 33

“Għaliex aħna u l-Fariżej insumu, u d-dixxipli

tiegħek ma jsumux?”.

Qalilhom Ġesù:

27 of 33

“Huwa l-mistednin

tal-għarus se jsewdu qalbhom sakemm l-għarus ikun għadu magħhom?

28 of 33

Imma jasal il-jum meta

l-għarus jeħduhulhom minn magħhom, u mbagħad isumu.

29 of 33

Ħadd ma jraqqa’ libsa qadima b’biċċa drapp ġdida, għax inkella

r-roqgħa ssellet il-libsa,

u t-tiċrita tikber.

30 of 33

Anqas ma jqiegħdu

l-inbid il-ġdid f’damiġġani qodma tal-ġild, għax inkella d-damiġġani jinfaqgħu, l-inbid jixtered,

31 of 33

u d-damiġġani jintilfu.

Iżda nbid ġdid jitfgħuh f’damiġġani ġodda, u hekk iżommu t-tnejn”.

32 of 33

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

33 of 33