Solennità ta’ San Pietru u San Pawl, Appostli
Sena Ċ
“Inti Pietru: jiena nagħtik l-imfietaħ tas-Saltna tas-smewwiet.“
Glorja `l Alla fil-għoli
tas-smewwiet, u paċi fl-art
lill-bnedmin ta’ rieda tajba.
Infaħħruk, inberkuk, nadurawk, nagħtuk ġieh. Inroddulek ħajr għall-glorja kbira tiegħek.
Mulej Alla,
Sultan tas-sema,
Alla Missier li tista’ kollox. Mulej Iben waħdieni,
Ġesù Kristu,
Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla,
Bin il-Missier.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ħenn għalina.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna. Int li qiegħed fuq il-lemin
tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis,
Int waħdek Mulej,
Int waħdek il-għoli,
Ġesù Kristu,
ma’ l-Ispirtu s-Santu:
fil-glorja tal-Missier Alla. Ammen.
Solennità ta’ San Pietru u San Pawl, Appostli
Sena Ċ
“Inti Pietru: jiena nagħtik l-imfietaħ tas-Saltna tas-smewwiet.“
Qari I
Issa naf tassew li l-Mulej jeħlisni minn id Erodi.
Qari mill-Ktieb
tal-Atti tal-Appostli Atti 12:1-11
Għall-ħabta ta’ dak iż-żmien, is-sultan Erodi qatagħha li jaħbat għal xi wħud minn ħdan il-Knisja.
Qatel ’il Ġakbu,
ħu Ġwanni, bis-sejf.
Imbagħad, billi ra li din
il-ħaġa għoġbot lil-Lhud, qatagħha li jaqbad ’il
Pietru wkoll.
Dan kien f’jiem l-Ażżmi.
Meta arrestah u tefgħu l-ħabs, qiegħed għassa miegħu erba’ għaqdiet ta’ suldati ta’ erbgħa kull waħda,
bil-ħsieb li, wara l-Għid, iressqu quddiem il-poplu.
Pietru, mela, kien arrestat
fil-ħabs, bil-għassa miegħu.
Fl-istess ħin, il-Knisja kienet qiegħda titlob ’l Alla għalih
bil-ħeġġa.
Fil-lejl stess ta’ qabel ma
Erodi kellu joħroġ ’il Pietru, dan kien rieqed bejn żewġ suldati,
marbut b’żewġ ktajjen,
waqt li xi għassiesa kienu għassa mal-bieb tal-ħabs.
F’daqqa waħda ġie hemm
anġlu tal-Mulej, u dawl idda mal-kamra.
L-anġlu ta lil Pietru daqqa
fuq ġenbu, qajmu u qallu:
“Qum malajr.”
Il-ktajjen waqgħu minn
ma’ idejh.
Imbagħad l-anġlu qallu: “Dawwar il-mantar miegħek
u imxi warajja.”
Pietru ħareġ u mexa warajh, bla ma ntebah li dak li kien qiegħed jiġri permezz
tal-anġlu kien tassew;
ħaseb li kienet xi ħolma.
Għaddew l-ewwel għassa,
u t-tieni waħda wkoll, u waslu ħdejn il-bieb tal-ħadid li kien jagħti għall-belt;
u dan infetah waħdu.
Ħarġu, u mxew tul it-triq.
F’daqqa waħda l-anġlu
telaq minn ħdejh.
Imbagħad Pietru ġie f’tiegħu,
u qal:
“Issa qiegħed ninduna, tabilħaqq,
li l-Mulej bagħat l-anġlu tiegħu u ħelisni minn id Erodi u minn dak kollu li l-Lhud kienu qegħdin jistennew li jsir.”
Il-Kelma tal-Mulej.
℟. Irroddu ħajr lil Alla.
Salm Responsorjali
Salm 33, 2-9
℟. Dawk li jibżgħu mill-Mulej, l-anġlu tiegħu jeħlishom!
Kull ħin inbierek ’il-Mulej,
tifħiru dejjem f’fommi.
Bil-Mulej tiftaħar ruħi,
jisimgħu l-fqajrin u jifirħu!
℟. Dawk li jibżgħu mill-Mulej, l-anġlu tiegħu jeħlishom!
Kabbru ’l-Mulej miegħi,
u ngħollu ismu flimkien.
Jien fittixt il-Mulej,
u weġibni,
u minn kull biża’ ħelisni.
℟. Dawk li jibżgħu mill-Mulej, l-anġlu tiegħu jeħlishom!
Ħarsu lejh u tiddu bil-ferħ,
u wiċċkom ma jistħix.
Dan il-fqajjar sejjaħ il-Mulej,
u semgħu,
u mid-dwejjaq kollha tiegħu ħelsu.
℟. Dawk li jibżgħu mill-Mulej, l-anġlu tiegħu jeħlishom!
L-anġlu tal-Mulej jgħammar madwar dawk li jibżgħu minnu, u jeħlishom.
Duqu u taraw kemm
hu tajjeb il-Mulej,
hieni l-bniedem li jistkenn fih.
℟. Dawk li jibżgħu mill-Mulej, l-anġlu tiegħu jeħlishom!
Qari II �Hemm merfugħa għalija l-kuruna tal-ġustizzja.
Qari mit-Tieni Ittra
ta’ San Pawl Appostlu
lil Timotju 2 Tim 4:6-8. 17-18
Għażiż: Jiena ngħid għalija, demmi ġa mxerred b’sagrifiċċju, u żmien it-tluq tiegħi wasal.
Tqabadt it-taqbida t-tajba, temmejt il-ġirja, ħarist il-fidi.
Mill-bqija hemm merfugħa għalija l-kuruna tal-ġustizzja, li biha f’dak il-jum iħallasni
l-Mulej,
l-Imħallef ġust, u mhux lili biss, imma wkoll lil dawk kollha li jkunu għexu
bix-xewqa tad-dehra tiegħu.
Il-Mulej waqaf miegħi u tani
l-qawwa biex, bis-saħħa tiegħi, il-kelma tixxandar sal-aħħar
u l-ġnus kollha jisimgħuha.
Hekk jien inħlist minn
ħalq l-iljun.
Il-Mulej jeħlisni minn kull deni u jħarisni sa ma nasal
fis-saltna tiegħu tas-sema.
Glorja lilu għal
dejjem ta’ dejjem.
Ammen.
Il-Kelma tal-Mulej.
℟. Irroddu ħajr lil Alla.
Hallelujah,
Hallelujah
Mt 16:18
Inti Pietru, u fuq din il-ġebla jiena nibni l-Knisja tiegħi,
u l-bibien tal-infern
ma jegħlbuhiex.
Hallelujah,
Hallelujah
Evanġelju
Inti Pietru: jiena nagħtik l-imfietaħ tas-Saltna tas-smewwiet.
skont San Mattew Mt 16:13-19
F’dak iż-żmien:
Meta wasal fl-inħawi ta’ Ċesarija ta’ Filippu,
Ġesù staqsa lid-dixxipli
tiegħu u qalilhom:
“In-nies min jgħidu li hu
Bin il-bniedem?”
U huma weġbuh:
“Xi wħud Ġwanni l-Battista, oħrajn Elija, u oħrajn Ġeremija jew wieħed mill-profeti.”
“Imma intom,”
qalilhom,
“intom min tgħidu li jien?”
U qabeż Xmun Pietru u qallu: “Inti l-Messija,
l-Iben ta’ Alla ħaj.”
U wieġbu Ġesù u qallu: “Imbierek int, Xmun,
bin Ġona,
għax mhux il-laħam u d-demm urewk min jien, imma Missieri li hu fis-smewwiet.
U min-naħa tiegħi ngħidlek: Inti Pietru, u fuq din il-ġebla jiena nibni l-Knisja tiegħi,
u l-bibien tal-infern ma jegħlbuhiex.
Lilek nagħtik l-imfietah
tas-Saltna tas-Smewwiet,
u kulma torbot fuq l-art ikun marbut fis-smewwiet, u kulma tħoll fuq l-art ikun maħlul
fis-smewwiet.
Il-Kelma tal-Mulej.
℟. It-tifħir lilek Kristu.
Solennità ta’ San Pietru u San Pawl, Appostli
Sena Ċ
“Inti Pietru: jiena nagħtik l-imfietaħ tas-Saltna tas-smewwiet.“
Jiena nemmen f’Alla wieħed,
il-Missier li jista’ kollox,
li ħalaq is-sema u
l-art, dak kollu li jidher
u dak li ma jidhirx.
U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,
imnissel mill-Missier
qabel kull żmien.
Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier
u bih sar kollox.
Niżel mis-smewwiet għalina
l-bnedmin u għall-fidwa
tagħna. U ħa l-ġisem
bis-setgħa tal-Ispirtu
s-Santu minn Marija Verġni
u sar bniedem. Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh,
u fit-tielet jum qam
minn bejn l-imwiet, skont
il-Kotba mqaddsa,
u tela’ s-sema, u qieghed fuq
il-lemin tal-Missier.
U għandu jerġa jiġi
bil-glorja biex jagħmel ħaqq
mill-ħajjin u mill-mejtin, u
s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem. U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej mill-Missier u mill-Iben:
li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u
mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.
U fi Knisja waħda,
qaddisa, kattolika,appostolika.
Nistqarr magħmudija waħda
għall-maħfra tad-dnubiet.
U nistenna l-qawma
mill-imwiet, u l-ħajja
taż-żmien li ġej.
Ammen.
Solennità ta’ San Pietru u San Pawl, Appostli
Sena Ċ
“Inti Pietru: jiena nagħtik l-imfietaħ tas-Saltna tas-smewwiet.“