1 of 32

Għeluq tat-Tieni Ittra ta’ �San Pawl Appostlu �lit-Tessalonki�2, Tess 3, 6-10.16-18

2 of 32

Ħuti, fl-isem tal-Mulej Ġesù Kristu nordnawlkom li żżommu ruħkom ’il bogħod mill-aħwa kollha li jgħixu fl-għażż

3 of 32

u li mhumiex jimxu skont

it-tradizzjoni li ħadtu mingħandna.

4 of 32

Intom stess tafu kif jeħtieġ li timxu fuq l-eżempju

tagħna. Aħna ma tgħażżinniex meta konna fostkom;

5 of 32

il-ħobż li kilna, ħadd ma tahulna b’xejn; imma lejl u nhar ħdimna utħabatna u batejna biex ma nkunu ta’ piż għal ħadd minnkom.

6 of 32

Imxejna hekk mhux għax ma għandniex dritt li

żżommuna intom, imma ridna nagħtukom eżempju biex timxu fuqu.

7 of 32

Meta konna fostkom aħna ordnajnielkom li jekk xi ħadd ma jridx jaħdem, dan anqas ma għandu jiekol.

8 of 32

Jagħtikom is-sliem il-Mulej tas-sliem innifsu dejjem u f’kollox.

9 of 32

Il-Mulej magħkom ilkoll.

Din hi t-tislima tiegħi b’idi stess, Pawlu; din hi l-firma

f’kull ittra tiegħi kif nikteb jien.

10 of 32

Il-grazzja ta’ Sidna

Ġesù Kristu tkun magħkom ilkoll.

11 of 32

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

12 of 32

R./ Ħieni kull min jibża’ mill-Mulej

Salm Responsorjali

13 of 32

Hieni kull min jibża’

mill-Mulej,

kull min jimxi fit-triqat tiegħu!

14 of 32

Mix-xogħol ta’ idejk

inti tiekol;

hieni int, u riżqek tajjeb!

15 of 32

R./ Ħieni kull min jibża’ mill-Mulej

16 of 32

Ara, kif ikun imbierek

il-bniedem li jibża'

mill-Mulej!

Ibierkek il-Mulej minn Sijon!

17 of 32

Jalla tara l-ġid ta’

Ġerusalemm tul ħajtek

kollha!

18 of 32

R./ Ħieni kull min jibża’ mill-Mulej

19 of 32

Hallelujah, Hallelujah

20 of 32

Kull min iżomm il-kelma

ta’ Ġesù Kristu, fih hemm

tassew l-imħabba ta’ Alla

fil-milja tagħha.

21 of 32

Hallelujah, Hallelujah

22 of 32

Qari mill-Evanġelju skont

San Mattew

Mt 23, 27-32

R:/ Glorja lilek Mulej

23 of 32

F’dak iż-żmien, Ġesù waqt li kien qed jitkellem qal:

24 of 32

“Ħażin għalikom, intom

il-kittieba u l-Fariżej,

uċuħ b’oħra!

25 of 32

Qiskom oqbra mbajjda: minn barra jidhru sbieħ, u minn ġewwa mimlija għadam tal-mejtin u kull xorta ta’ ħmieġ!

26 of 32

Hekk intom; minn barra tidhru tassew ġusti quddiem il-bnedmin, waqt li minn ġewwa kollkom

ipokrisija u ħażen!

27 of 32

Ħażin għalikom, intom

il-kittieba u l-Fariżej,

uċuħ b'oħra! Intom tibnu

l-oqbra lill-profeti, iżżejjnu

l-monumenti tal-ġusti,

28 of 32

u tgħidu: “Kieku konna

fi żmien missirijietna ma

konniex nissieħbu magħhom u nxerrdu demm il-profeti,”

29 of 32

u b'hekk weħidkom tagħtu xhieda li intom ulied

il-qattiela tal-profeti!

30 of 32

Mela issa komplu sa

l-aħħar dak li bdew missirijietkom!”

31 of 32

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

32 of 32