1 of 64

Ejja warajja

2 of 64

Glorja `l Alla fil-għoli

tas-smewwiet, u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.

3 of 64

Infaħħruk,

inberkuk,

nadurawk,

nagħtuk ġieh.

4 of 64

Inroddulek ħajr

għall-glorja kbira tiegħek. Mulej Alla, Sultan

tas-sema,

Alla Missier li tista’ kollox.

5 of 64

Mulej Iben waħdieni, Ġesù Kristu,

Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla, Bin il-Missier.

6 of 64

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ħenn għalina.

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna.

7 of 64

Int li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis, Int waħdek Mulej,

Int waħdek il-għoli,

8 of 64

Ġesu’ Kristu, ma’ l-Ispirtu

s-Santu:

fil-glorja tal-Missier Alla.

Ammen.

9 of 64

Ejja warajja

10 of 64

Qari mill-Ktieb

tal-Profeta Hosegħa

Hos 6, 3-6

11 of 64

Nagħrfu lill-Mulej, u nfittxu nagħrfuh iżjed,

daqs kemm hu żgur

is-sebħ, hekk il-ħruġ tiegħu;

12 of 64

hu jiġi bħalma tiġi x-xita fuqna, bħax-xita mwaħħra illi ssaqqi l-art.

U x’naqbad nagħmel jien bik, Efrajm?

13 of 64

X’se naqbad nagħmel bik, Ġuda?

It-tjieba tagħkom qisha

s-sħab ta’ l-għodwa, tixbah lin-nida li tinxtorob kmieni.

14 of 64

Għalhekk inġarthom jiena bil-profeti, u bi kliem fommi qtilthom, u l-ħaqq tiegħi joħroġ qisu dawl.

15 of 64

Għaliex jiena tjieba rrid, mhux sagrifiċċju;

li tagħrfu lil Alla rrid, u mhux vittmi maħruqa.

16 of 64

Il-Kelma tal-Mulej.

R:/ Irroddu ħajr lil Alla.

17 of 64

Salm Responsorjali

R:/ Lil min jimxi

bis-sewwa nurih

is-salvazzjoni ta’ Alla

18 of 64

Alla, il-Mulej Alla, tkellem u sejjaħ l-art.

“Ma nċanfrekx

għas-sagrifiċċji tiegħek;

19 of 64

il-vittmi tiegħek maħruqa huma dejjem quddiemi

20 of 64

R:/ Lil min jimxi

bis-sewwa nurih

is-salvazzjoni ta’ Alla

21 of 64

Li kont bil-ġuħ, mhux se ngħid lilek,

għax tiegħi l-art u kull ma fiha.

22 of 64

Huwa jien se niekol laħam il-gniedes,

jew nixrob id-demm

tal-gidien?

23 of 64

R:/ Lil min jimxi

bis-sewwa nurih

is-salvazzjoni ta’ Alla

24 of 64

Agħti lil Alla sagrifiċċju ta’ radd il-ħajr,

u rodd lill-Għoli

l-wegħdiet tiegħek.

25 of 64

Imbagħad sejjaħli f’jum id-dwejjaq;

jien neħilsek, u int tweġġaħni.”

26 of 64

R:/ Lil min jimxi

bis-sewwa nurih

is-salvazzjoni ta’ Alla

27 of 64

Qari mill-Ittra ta’

San Pawl Appostlu

lir-Rumani

Rum 4, 18-25

28 of 64

Ħuti, meta ma kellu ebda tama, Abraham ittama u emmen;

29 of 64

u hekk sar missier ta’ kotra kbira ta’ ġnus, skond ma kien intqal lilu:

“Hekk għad ikun in-nisel tiegħek.”

30 of 64

U ma naqasx fil-fidi tiegħu,

31 of 64

anqas meta ġieb quddiem għajnejh li ġismu kien mejjet għax kien għoddu laħaq il-mitt sena, u mejjet ukoll kien ġuf Sara.

32 of 64

Quddiem il-wegħda ta’ Alla ma qagħadx italla’ u jniżżel jekk jemminx jew le, imma ssaħħaħ fil-fidi,

33 of 64

filwaqt li gglorifika lil Alla u żamm bis-sħiħ li min kien għamillu l-wegħda kien qawwi biżżejjed biex iżomm kelmtu.

34 of 64

U kien għalhekk li dan ġie lilu magħdud b’ġustizzja.

35 of 64

Iżda l-kelmiet ‘ġie lilu magħdud’ ma nkitbux għalih biss,

36 of 64

Imma għad ikun magħdud ukoll lilna li nemmnu f’dak li qajjem mill-imwiet lil Ġesù Sidna, li kien mogħti għall-mewt għal dnubietna,

37 of 64

u mqajjem

għall-ġustifikazzjoni tagħna.

38 of 64

Il-Kelma tal-Mulej.

R:/ Irroddu ħajr lil Alla.

39 of 64

Hallelujah, Hallelujah

40 of 64

Il-Mulej bagħatni nwassal il-bxara t-tajba lill-fqajrin,

u rrodd il-ħelsien

lill-maħqurin.

41 of 64

Hallelujah, Hallelujah

42 of 64

Qari mill-Evanġelju skont

San Mattew

Mt 9, 9-13

43 of 64

F’dak iż-żmien, huwa u għaddej minn hemm, Ġesù ra wieħed jismu Mattew, bilqiegħda quddiem

il-mejda tat-taxxi, u qallu:

44 of 64

“Ejja warajja.”

45 of 64

Dak qam u mar warajh.

U ġara li, kif qagħad għandu għall-mejda,

46 of 64

ġew bosta pubblikani u midinbin u qagħdu madwar il-mejda ma’ Ġesù u

d-dixxipli tiegħu.

47 of 64

Meta raw dan il-Fariżej qalu lid-dixxipli:

48 of 64

“Għaliex jiekol

mal-pubblikani u

l-midinbin l-Imgħallem tagħkom?”

Hu semagħhom, u qal:

49 of 64

“It-tabib ma jeħtiġuhx dawk li huma f’saħħithom, iżda

l-morda. Mela morru tgħallmu x’jiġifieri:

50 of 64

‘Ħniena rrid, u mhux sagrifiċċju.’ Għax mhux lill-ġusti ġejt insejjaħ, iżda lill-midinbin.”

51 of 64

Il-Kelma tal-Mulej.

R:/ Tifħir Lilek Kristu.

52 of 64

Ejja warajja

53 of 64

Jiena nemmen f’Alla wieħed, il-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u

l-art, dak kollu li jidher u dak li ma jidhirx.

54 of 64

U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,

imnissel mill-Missier

qabel kull żmien.

55 of 64

Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier u bih sar kollox.

56 of 64

Niżel mis-smewwiet għalina

l-bnedmin u għall-fidwa

tagħna.

57 of 64

U ħa l-ġisem

bis-setgħa tal-Ispirtu

s-Santu minn Marija Verġni u sar bniedem.

58 of 64

Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh, u fit-tielet jum qam minn bejn l-imwiet, skont

il-Kotba mqaddsa,

59 of 64

u tela’ s-sema, u qieghed fuq

il-lemin tal-Missier.

60 of 64

U għandu jerġa jiġi

bil-glorja biex jagħmel ħaqq

mill-ħajjin u mill-mejtin, u s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem.

61 of 64

U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej

mill-Missier u mill-Iben:

62 of 64

li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u

mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.

63 of 64

U fi Knisja waħda, qaddisa, kattolika, appostolika.

Nistqarr magħmudija waħda

għall-maħfra tad-dnubiet.

64 of 64

U nistenna l-qawma

mill-imwiet, u l-ħajja

taż-żmien li ġej.

Ammen.