Raba’ Ħadd
tal-Għid
Sena Ċ
“Lin-nagħaġ tiegħi nagħtihom
il-ħajja ta’ dejjem.”
Glorja `l Alla fil-għoli
tas-smewwiet, u paċi fl-art
lill-bnedmin ta’ rieda tajba.
Infaħħruk, inberkuk, nadurawk, nagħtuk ġieh. Inroddulek ħajr għall-glorja kbira tiegħek.
Mulej Alla,
Sultan tas-sema,
Alla Missier li tista’ kollox. Mulej Iben waħdieni,
Ġesù Kristu,
Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla,
Bin il-Missier.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ħenn għalina.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna. Int li qiegħed fuq il-lemin
tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis,
Int waħdek Mulej,
Int waħdek il-għoli,
Ġesù Kristu,
ma’ l-Ispirtu s-Santu:
fil-glorja tal-Missier Alla. Ammen.
Raba’ Ħadd
tal-Għid
Sena Ċ
“Lin-nagħaġ tiegħi nagħtihom
il-ħajja ta’ dejjem.”
Qari I
Aħna se nduru fuq il-pagani.
Qari mill-Ktieb
tal-Atti tal-Appostli. Atti 13:14,43-52
F’dak iż-żmien, Pawlu u Barnaba minn Perge baqgħu sejrin sa ma waslu
f’Antjokja ta’ Pisidja.
F’jum is-Sibt daħlu
fis-sinagoga u qagħdu bilqiegħda.
U meta xterdet il-ġemgħa
tas-sinagoga, ħafna,
kemm mil-Lhud u kemm
mill-prosèliti twajba,
marru ma’ Pawlu u ma’ Barnaba, u dawn ħeġġewhom biex jibqgħu fil-grazzja ta’ Alla.
Is-Sibt ta’ wara, tista’ tgħid
il-belt kollha nġabret biex tisma’ l-kelma tal-Mulej.
Il-Lhud, meta raw il-folol, imtlew bl-għira u bdew imieru lil Pawlu u jidgħulu.
Imma Pawlu u Barnaba
bil-kuraġġ kollu qalu:
“Hekk kien meħtieġ, li l-kelma ta’ Alla titħabbar lilkom
l-ewwel.
Billi intom qegħdin twarrbuha,
u jidhrilkom li ma tistħoqqilkomx il-ħajja ta’ dejjem, aħna se nduru fuq
il-pagani.
Għax hekk ordnalna l-Mulej:
‘Jien għamiltek dawl tal-ġnus, biex twassal is-salvazzjoni
sa truf l-art’”.
Il-pagani, meta semgħu dan, bdew jifirħu u jigglorifikaw
il-kelma tal-Mulej,
u dawk kollha li kienu magħżula għall-ħajja
ta’ dejjem emmnu.
Hekk il-kelma tal-Mulej baqgħet tixtered mal-art kollha.
Imma l-Lhud xewxu n-nisa twajba u magħrufa u wkoll
il-kbarat tal-belt,
u qajmu persekuzzjoni kontra Pawlu u Barnaba u keċċewhom ’il barra minn arthom.
Huma farfru għal fuqhom
it-trab minn ma’ riġlejhom
u marru Ikonju.
Iżda d-dixxipli mtlew
bil-ferħ u bl-Ispirtu s-Santu.
Il-Kelma tal-Mulej.
℟. Irroddu ħajr lil Alla.
Salm Responsorjali
Salm 99(100):2,3,5
℟. Aħna l-poplu tiegħu u
n-nagħaġ tal-mergħa tiegħu.
Għajtu bil-ferħ lill-Mulej
fl-art kollha,
aqdu bil-ferħ lill-Mulej,
idħlu quddiemu
b’għana ferrieħi.
℟. Aħna l-poplu tiegħu u
n-nagħaġ tal-mergħa tiegħu.
Kunu afu li Jaħweh hu Alla:
hu ħalaqna, u aħna tiegħu,
aħna l-poplu tiegħu u
n-nagħaġ tal-mergħa tiegħu.
℟. Aħna l-poplu tiegħu u
n-nagħaġ tal-mergħa tiegħu.
Għax twajjeb il-Mulej,
għal dejjem it-tjieba tiegħu;
minn żmien għal żmien
il-fedeltà tiegħu.
℟. Aħna l-poplu tiegħu u
n-nagħaġ tal-mergħa tiegħu.
Qari II �Il-Ħaruf ikun ir-ragħaj tagħhom;
u hu jwassalhom ħdejn ilmijiet tal-għejun tal-ħajja.
Qari mill-Ktieb
tal-Apokalissi ta’
San Ġwann Appostlu Apok 7:9,14b-17
Jiena, Ġwanni, ħarist, u ara, kien hemm kotra kbira
li ħadd ma jista’ jgħoddha,
minn kull ġens u tribù,
minn kull poplu u lsien,
weqfin quddiem it-tron u quddiem il-Ħaruf,
lebsin ilbiesi twal bojod,
u bil-friegħi tal-palm f’idejhom.
U wieħed mix-Xjuħ qalli:
“Dawn huma dawk li ġejjin
mit-taħbit il-kbir, u l-ilbiesi tagħhom ħasluhom u bajduhom fid-demm tal-Ħaruf.
Għalhekk jinsabu quddiem
it-tron ta’ Alla, lejl u nhar jaqduh fit-tempju tiegħu;
u dak li qiegħed fuq it-tron jeħodhom jgħammru taħt
il-kenn tiegħu.
Ma jbatux aktar ġuħ, anqas għatx ma jagħmel bihom aktar; ix-xemx ma taħkimhomx,
u anqas ebda għomma,
ladarba l-Ħaruf, li hemm
f’nofs it-tron, ikun ir-ragħaj tagħhom;
u hu jwassalhom ħdejn
ilmijiet tal-għejun tal-ħajja.
U Alla jixxuttalhom kull demgħa minn għajnejhom”.
Il-Kelma tal-Mulej.
℟. Irroddu ħajr lil Alla.
Hallelujah,
Hallelujah
Ġw 10:14
Jiena r-ragħaj it-tajjeb,
jgħid il-Mulej;
jiena nagħraf in-nagħaġ tiegħi,
u n-nagħaġ tiegħi jagħrfu lili.
Hallelujah,
Hallelujah
Evanġelju
Lin-nagħaġ tiegħi nagħtihom il-ħajja ta’ dejjem.
✠ Qari mill-Evanġelju
skont San Ġwann Ġw 10:27-30
F’dak iż-żmien, Ġesù qal:
“In-nagħaġ tiegħi jisimgħu leħni, u jiena nagħrafhom,
u huma jimxu warajja.
U jiena nagħtihom
il-ħajja ta’ dejjem;
u huma ma jintilfu qatt,
u minn idejja
ma jaħtafhomli ħadd.
Missieri, li tahomli,
hu akbar minn kulħadd,
u ħadd ma jista’ jaħtafhom minn id il-Missier.
Jien u l-Missier
aħna ħaġa waħda”.
Il-Kelma tal-Mulej.
℟. It-tifħir lilek Kristu.
Raba’ Ħadd
tal-Għid
Sena Ċ
“Lin-nagħaġ tiegħi nagħtihom
il-ħajja ta’ dejjem.”
Jiena nemmen f’Alla wieħed,
il-Missier li jista’ kollox,
li ħalaq is-sema u
l-art, dak kollu li jidher
u dak li ma jidhirx.
U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,
imnissel mill-Missier
qabel kull żmien.
Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier
u bih sar kollox.
Niżel mis-smewwiet għalina
l-bnedmin u għall-fidwa
tagħna. U ħa l-ġisem
bis-setgħa tal-Ispirtu
s-Santu minn Marija Verġni
u sar bniedem. Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh,
u fit-tielet jum qam
minn bejn l-imwiet, skont
il-Kotba mqaddsa,
u tela’ s-sema, u qieghed fuq
il-lemin tal-Missier.
U għandu jerġa jiġi
bil-glorja biex jagħmel ħaqq
mill-ħajjin u mill-mejtin, u
s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem. U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej mill-Missier u mill-Iben:
li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u
mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.
U fi Knisja waħda,
qaddisa, kattolika,appostolika.
Nistqarr magħmudija waħda
għall-maħfra tad-dnubiet.
U nistenna l-qawma
mill-imwiet, u l-ħajja
taż-żmien li ġej.
Ammen.
Raba’ Ħadd
tal-Għid
Sena Ċ
“Lin-nagħaġ tiegħi nagħtihom
il-ħajja ta’ dejjem.”