It-Tnejn
tal-Ħames Ġimgħa
tal-Għid
Qari mill-Ktieb�tal-Atti tal-Appostli�Atti 14, 5-18�
F’dak iż-żmien, il-pagani u l-Lhud, flimkien mal-kapijiet tagħhom, ftiehmu li jumiljaw lil Pawlu u lil Barnaba u jħaġġruhom.
Malli saru jafu b’dan, ħarbu lejn Listra u Derbi, bliet ta’ Likaonja, u fl-inħawi ta’ madwarhom; u hemmhekk qagħdu jxandru l-Evanġelju.
F’Listra kien hemm raġel bilqiegħda, marid b’riġlejh; kien magħtub mit-twelid, u qatt ma kien mexa.
Hu sama’ lil Pawlu jitkellem. Dan ħares lejh sewwa, ra li kellu fidi biex ifiq, u qallu b’leħen għoli:
“Qum, ieqaf fuq riġlejk”.
Dak qam minnufih u beda jimxi. Malli raw dak li għamel Pawlu, il-kotra
tan-nies bdiet tgħajjat
bl-ilsien ta’ Likaonja:
“L-allat niżlu fostna taħt sura ta’ bnedmin!”.
U lil Barnaba sejħulu
‘Żews’ u ’l Pawlu ‘Ermi’, għax hu l-aktar li tkellem.
Il-qassis ta’ Żews, li kellu
t-tempju tiegħu ħdejn
il-belt, ġieb fil-bieb gniedes imżejnin bil-kuruni u, flimkien mal-poplu,
ried joffrihomlhom b’sagrifiċċju. Malli semgħu b’dan, l-appostli Barnaba u Pawlu ċarrtu lbieshom,
resqu malajr lejn il-ġemgħa, u bdew jgħajtu u jgħidu:
“Ħbieb, hemm x’intom tagħmlu? Aħna wkoll bnedmin, ngħixu u nħossu
bħalkom,
bnedmin li ġejna nħabbrulkom l-Evanġelju biex tħallu dawn l-idoli fiergħa u dduru lejn Alla
l-ħaj,
li għamel is-sema u l-art u l-baħar u kulma fihom.
Fl-imgħoddi huwa ħalla
l-ġnus kollha jimxu fi triqathom,
madankollu ma naqasx li jagħti xhieda fuqu nnifsu bil-ġid li jagħmlilkom, meta jagħtikom ix-xita
mis-sema u l-frott fi żmienu,
u hekk ixebbagħkom
bl-ikel u jimlielkom qalbkom bl-hena”.
Imma b’dan il-kliem bilkemm setgħu jżommu
lill-poplu li ma joffrilhomx sagrifiċċju.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
R:/ Mhux lilna, Mulej, mhux lilna, iżda lil ismek sebbaħ
Salm Responsorjali
Mhux lilna, Mulej, mhux lilna,
iżda lil ismek sebbaħ,
għat-tieba u l-fedeltà tiegħek.
Għaliex għandhom jgħidu l-ġnus:
“Fejn hu Alla tagħhom?”.
R:/ Mhux lilna, Mulej, mhux lilna, iżda lil ismek sebbaħ
Fis-smewwiet hu Alla tagħna;
hu jagħmel kulma jogħġbu.
Fidda u deheb huma l-allat tagħhom,
xogħol ta’ jdejn il-bniedem.
R:/ Mhux lilna, Mulej, mhux lilna, iżda lil ismek sebbaħ
Imberkin intom mill-Mulej,
li għamel is-sema u l-art.
Is-smewwiet huma
s-smewwiet tal-Mulej;
imma l-art hu taha
lill-bnedmin.
R:/ Mhux lilna, Mulej, mhux lilna, iżda lil ismek sebbaħ
Hallelujah, Hallelujah
L-Ispirtu s-Santu jgħallimkom kollox, jgħid il-Mulej, u jfakkarkom dak kollu li għedtilkom.
Hallelujah, Hallelujah
Qari mill-Evanġelju skont
San Ġwann
Ġw 14, 21-26
R:/ Glorja lilek Mulej
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu:
“Min iżomm
il-kmandamenti tiegħi u jħarishom, dak hu li
jħobbni; u min iħobb lili, iħobbu wkoll il-Missier,
u jiena wkoll inħobbu u nurih lili nnifsi”.
Ġuda – l-ieħor, mhux
l-Iskarjota – qal lil Ġesù:
“Mulej, din kif inhi li inti se turi ruħek lilna u mhux lid-dinja?”.
Ġesù wieġbu:
“Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti, u Missieri jħobbu, u aħna niġu u ngħammru għandu.
Min ma jħobbnix ma jħarisx kliemi. U l-kelma li qegħdin tisimgħu mhijiex tiegħi, imma tal-Missier li bagħatni.
Għedtilkom dan meta għadni magħkom. Imma
d-Difensur, l-Ispirtu
s-Santu, li l-Missier jibgħat f’ismi,
jgħallimkom kollox u jfakkarkom dak kollu li għedtilkom”.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Tifħir lilek Kristu
It-Tnejn
tal-Ħames Ġimgħa
tal-Għid