1 of 17

Imbierek min ġej f’isem

il-Mulej

2 of 17

Qari mill-Evanġelju skont

San Mattew

Mt 21, 1-11

R:/ Glorja lilek Mulej

3 of 17

Xħin waslu qrib Ġerusalemm u ġew quddiem Betfaġe lejn

l-Għolja taż-Żebbuġ,

4 of 17

Ġesù bagħat żewġ dixxipli u qalilhom:

5 of 17

“Aslu sar-raħal biswitkom; u minnufih issibu ħmara marbuta u felu ħdejha; ħolluhom u ġibuhomli.

6 of 17

Jekk xi ħadd jgħidilkom xi ħaġa, weġbuh:

‘Il-Mulej jeħtieġhom, u malajr jerġa’ jibgħathom lura’”.

7 of 17

Dan ġara biex iseħħ dak li kien ingħad permezz

tal-profeta, meta qal:

8 of 17

“Għidu lil bint Sijon: ‘Ara, is-Sultan tiegħek ġej għandek, ġwejjed, riekeb fuq ħmara u fuq felu, ferħ ta’ bhima tat-tagħbija’”.

9 of 17

Id-dixxipli marru u għamlu kif ordnalhom Ġesù; ġiebu l-ħmara u l-felu, qiegħdu fuqhom l-imnatar tagħhom, u hu qagħad fuqhom.

10 of 17

Għadd kbir ta’ nies firxu

l-imnatar tagħhom fit-triq, waqt li oħrajn qatgħu xi friegħi mis-siġar u ferrxuhom mat-triq.

11 of 17

Il-folol li kienu miexja quddiem u dawk li kienu miexja wara bdew jgħajtu u jgħidu:

12 of 17

“Hosanna lil Bin David! Imbierek min ġej f’isem

il-Mulej! Hosanna

fl-ogħla tas-smewwiet!”.

13 of 17

Meta mbagħad daħal Ġerusalemm, il-belt kollha tqanqlet u n-nies bdew jgħidu:

14 of 17

“Dan min hu?”

U l-folol weġbuhom:

“Dan hu l-profeta Ġesù minn Nażaret tal-Galilija”.

15 of 17

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

16 of 17

Imbierek min ġej f’isem

il-Mulej

17 of 17