1 of 36

Qari mill-Ktieb

ta’ Ġob

Ġob 3, 1-3.11-17.20-23

2 of 36

Ġob fetaħ fommu, seħet jum twelidu, u qabad jgħid:

“Qerda għal jum twelidi,

għal-lejl li qal

‘Tnissel raġel.’

3 of 36

Għaliex ma mittx fi ħdan

ommi?

Għaliex ma bqajtx fil-ġuf u mitt?

4 of 36

Għaliex laqgħuni

l-irkubbtejn?

Għaliex sidrejn biex nerda’?

5 of 36

Kieku issa jien mimdud u

sieket, kont inkun rieqed u mistrieħ mas-slaten u

l-kunsillieri tal-art,

6 of 36

jew mal-kbarat li bnew

mill-ġdid il-ħerbiet;

u mal-prinċpijiet li kellhom id-deheb,

li mlew djarhom bil-fidda.

7 of 36

Għaliex ma kontx bħal rimi moħbi, bħat-trabi

li qatt ma raw id-dawl?

8 of 36

Hemm il-ħżiena jehdew mill-inkwiet, u l-għajjenin

isibu l-mistrieħ.

9 of 36

Għaliex jingħata d-dawl

lill-imsejken, u l-ħajja lil min qalbu kollha mrar?

10 of 36

Lil dawk li jixxennqu

għall-mewt bla ma tiġihom, u jħaffru għaliha aktar milli għal teżor; li jifirħu u jaqbżu bil-ferħ,

11 of 36

jogħxew meta jsibu

l-qabar?

Għaliex il-ħajja lil min triqtu magħluqa, li Alla għalaq minn kull naħa?”

12 of 36

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

13 of 36

R:/ Ħa tasal it-talba tiegħi għandek, Mulej

Salm Responsorjali

14 of 36

Mulej, Alla tiegħi,

binhar jien ngħajjat,

billejl jien nitniehed quddiemek.

15 of 36

Ħa tasal it-talba tiegħi għandek,

agħti widen għat-talba tiegħi.

16 of 36

R:/ Ħa tasal it-talba tiegħi għandek, Mulej

17 of 36

Għax ruħi mimlija

bil-hemm,

lejn il-qabar qed toqrob ħajti.

18 of 36

Jien magħdud ma' min nieżel fil-ħofra,

sirt qisni bniedem bla saħħa.

19 of 36

R:/ Ħa tasal it-talba tiegħi għandek, Mulej

20 of 36

Fost il-mejtin hu friexi,

bħall-maqtulin mimduda

fil-qabar,

21 of 36

li fihom ma tiftakarx iżjed

u m'humiex aktar taħt idejk.

22 of 36

R:/ Ħa tasal it-talba tiegħi għandek, Mulej

23 of 36

Inti xħettni f'qiegħ

il-ħofra, fid-dlamijiet, f'qiegħ l-art.

24 of 36

Fuqi tagħfas il-qilla tiegħek,

fuqi tfajt l-imwieġ kollha tiegħek.

25 of 36

R:/ Ħa tasal it-talba tiegħi għandek, Mulej

26 of 36

Hallelujah, Hallelujah

27 of 36

Bin il-bniedem ġie biex

jaqdi u biex jagħti ħajtu f’fidwa għall-kotra.

28 of 36

Hallelujah, Hallelujah

29 of 36

Qari mill-Evanġelju skont �San Luqa

Lq 9, 51-56

R:/ Glorja lilek Mulej

30 of 36

Meta qorob għalih iż-żmien li fih kellu jittieħed

mid-dinja, Ġesù b'rieda sħiħa dar u telaq lejn Ġerusalemm.

31 of 36

U bagħat xi messaġġiera qablu li, huma u sejrin,

daħlu f'raħal tas-Samarija biex iħejjulu fejn joqgħod.

32 of 36

Iżda hemmhekk ma laqgħuhx, billi hu kien sejjer Ġerusalemm.

Meta raw dan, id-dixxipli Ġakbu u Ġwanni qalulu:

33 of 36

“Mulej, tridx ngħidu

lin-nar jinżel mis-sema u jeqridhom?”

34 of 36

Iżda hu dar fuqhom u ċanfarhom. U marru f'raħal ieħor.

35 of 36

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

36 of 36