1 of 60

Qari mit-Tieni Ktieb

ta’ Samwel

2 Sam 7, 4-17

2 of 60

F’dak iż-żmien, il-kelma tal-Mulej ġiet lil Natan u qallu:

3 of 60

“Mur għid lill-qaddej tiegħi David: Dan jgħid il-Mulej:

‘Se tibnili int dar biex

noqgħod fiha?

4 of 60

Jiena ma għammart f’ebda dar minn mindu tellajt lil

ulied Iżrael mill-Eġittu

sal-lum. Jiena kont niġġerra f’tinda u f’għarix.

5 of 60

f’dak iż-żmien kollu li kont niġġerra ‘l hawn u ‘l hinn ma’ wlied Iżrael,

6 of 60

qatt għedt lil xi ħadd

mill-kapijiet ta’ Iżrael li jien kont qabbadt jirgħu l-poplu tiegħi Iżrael:

7 of 60

Għaliex ma bnejtlix dar

taċ-ċedru?’ U issa għid

lill-qaddej tiegħi David:

Dan jgħid il-Mulej

tal-eżerċti:

8 of 60

‘Ara, jiena ħadtek

mill-mergħat minn wara

l-imrieħel biex tkun prinċep fuq il-poplu tiegħi Iżrael.

9 of 60

Dejjem kont miegħek f’kulma kont tidħol għalih; u meta int qridt

l-għedewwa tiegħek kollha minn quddiemek.

10 of 60

Issa jiena nibnilek isem kbir jixbah l-ismijiet

il-kbar li hawn fid-dinja.

11 of 60

Nagħmel post għall-poplu tiegħi Iżrael, u nqiegħdu hemm fejn jgħammar bla biża’,

12 of 60

u ma jgħakksuhx iżjed

il-ħżiena bħalma għamlu sa minn dejjem, jiġifieri sa minn meta qajjimt

l-imħallfin fuq

il-poplu tiegħi Iżrael; u nserrħek mill-għedewwa

13 of 60

u ma jgħakksuhx iżjed

il-ħżiena bħalma għamlu sa minn dejjem,

14 of 60

jiġifieri sa minn meta qajjimt l-imħallfin fuq

il-poplu tiegħi Iżrael; u nserrħek mill-għedewwa tiegħek kollha.

15 of 60

U meta inti ttemm żmienek, u tkun striħajt ma’ missirijietek, jiena nqajjem nislek warajk, nisel ħiereġ mill-ġewwieni tiegħek,

16 of 60

u nsaħħaħ is-saltna tiegħu. Huwa jibni dar lil ismi, u jiena nsaħħaħ it-tron

tas-saltna tiegħu għal dejjem.

17 of 60

Jiena nkun għalih missier, u hu jkun għalija iben. Jekk jagħmel il-ħażin, jiena nwiddbu bl-istess bastun tal-bnedmin,

18 of 60

u bid-daqqiet li jagħtu

l-bnedmin. Imma t-tieba tiegħi lejh qatt ma nwarrabha għalkollox minnu,

19 of 60

bħalma warrabtha minn ma’ Sawl li jiena begħedt minn quddiemek.

20 of 60

Il-familja tiegħek u

s-saltna tiegħek jibqgħu sħaħ għal dejjem quddiemi. It-tron tiegħek jibqa’ sħiħ għal dejjem.’ ”

21 of 60

Natan kellem lil David skont dan il-kliem u din

il-viżjoni.

22 of 60

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

23 of 60

R:/ It-tieba tiegħi nżommha fuqu għal dejjem

Salm Responsorjali

24 of 60

“Għamilt patt

mal-magħżul tiegħi,

ħlift lil David, il-qaddej tiegħi:

25 of 60

Jien nagħmel li nislek jibqa’ għal dejjem,

li f’kull żmien jibqa’ sħiħ it-tron tiegħek.”

26 of 60

R:/ It-tieba tiegħi nżommha fuqu għal dejjem

27 of 60

“Hu jsejjaħli:

‘Int missieri

u Alla tiegħi, fortizza u salvazzjoni tiegħi!’

28 of 60

U jiena nagħmlu l-iben

il-kbir tiegħi,

l-ogħla fost is-slaten

tal-art.”

29 of 60

R:/ It-tieba tiegħi nżommha fuqu għal dejjem

30 of 60

“It-tieba tiegħi nżommha fuqu għal dejjem,

u l-patt tiegħi miegħu jibqa’ sħiħ.

31 of 60

Nagħmel li nislu jibqa’ għal dejjem;

it-tron tiegħu jkun

bħall-jiem tas-sema.”

32 of 60

R:/ It-tieba tiegħi nżommha fuqu għal dejjem

33 of 60

Hallelujah, Hallelujah

34 of 60

Iż-żerriegħa hi l-kelma ta’ Alla,

il-bidwi hu Kristu:

min isib lilu, għandu

l-ħajja ta’ dejjem.

35 of 60

Hallelujah, Hallelujah

36 of 60

Qari mill-Evanġelju skont

San Mark

Mk 4, 1-20

R:/ Glorja lilek Mulej

37 of 60

F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ beda jgħallem ħdejn

il-baħar,

38 of 60

u nġabret madwaru kotra kbira, hekk li kellu jitla’ bilqiegħda f’dgħajsa fuq

il-baħar, u n-nies kollha l-art matul ix-xatt.

39 of 60

U qagħad jgħallimhom ħafna ħwejjeġ

bil-parabboli, u fit-tagħlim

tiegħu qalilhom:

40 of 60

“Isimgħu. Darba kien hemm bidwi u ħareġ jiżra’.

Ġara li hu u jiżra’, xi żerrigħat waqgħu

fil-mogħdija;

41 of 60

ġew l-għasafar u naqqruhom kollha. Oħrajn waqgħu f’art kollha blat fejn ma kienx hemm wisq ħamrija, u malajr nibtu,

42 of 60

għax il-ħamrija ma kinitx fonda; meta mbagħad telgħet ix-xemx, inħarqu u nixfu, billi ma kellhomx

għeruq.

43 of 60

Oħrajn waqgħu qalb

ix-xewk u x-xewk kiber u ħanaqhom, u frott ma għamlux.

44 of 60

Oħrajn waqgħu f’art tajba, u għamlu l-frott; u l-frott kiber u tkattar, u min għamel tletin, min sittin, u min mija.”

45 of 60

U qal:

“Min għandu widnejn biex jisma’, ħa jisma’!”

46 of 60

Meta kien waħdu, dawk ta’ madwaru flimkien

mat-Tnax resqu jitolbuh ifissrilhom il-parabboli. U hu qalilhom:

47 of 60

“Lilkom ingħata l-misteru tas-Saltna ta’ Alla, imma

l-oħrajn, li huma barra, ikollhom kollox

bil-parabboli,

48 of 60

ħalli jħarsu kemm iħarsu ma jarawx, u jisimgħu kemm jisimgħu ma jifhmux, li ma jbiddlux ħajjithom u jaqilgħu l-maħfra.”

49 of 60

U qalilhom:

“Din il-parabbola m’intomx tifhmuha? Mela kif se tifhmu l-parabboli

l-oħra kollha?

50 of 60

Dak li l-bidwi jiżra’ hija

l-Kelma. Dawk ta’ matul

il-mogħdija, fejn inżergħet il-Kelma, huma dawk

li malli jisimgħuha,

51 of 60

jersaq ix-Xitan u jaħtfilhom il-Kelma li nżergħet f’qalbhom.

52 of 60

Dawk li jinżergħu f’art kollha blat huma dawk li meta jisimgħu l-Kelma,

53 of 60

minnufih jilqgħuha

bil-ferħ, imma għeruq ma jkollhomx, u għalhekk ftit idumu;

54 of 60

meta mbagħad jiġi fuqhom

l-għawġ, jew isibu min iħabbathom minħabba

l-Kelma, malajr jitfixklu.

55 of 60

L-oħrajn li jinżergħu qalb ix-xewk huma dawk li jisimgħu l-Kelma, iżda

l-inkwiet żejjed

għall-ħwejjeġ tad-dinja,

56 of 60

ir-rabta mal-ġid tal-art, u

l-ġibda għal ħwejjeġ oħra, jidħlu fihom u joħonqulhom il-Kelma, li għalhekk ma tagħmilx frott.

57 of 60

Dawk imbagħad li jinżergħu f’art tajba huma dawk li jisimgħu l-Kelma,

58 of 60

jilqgħuha, u jagħmlu

l-frott, min tletin, min sittin u min mija.”

59 of 60

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

60 of 60