1 of 72

Tmintax-il Ħadd

taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

Sena Ċ

“Il-ħwejjeġ li ħejjejt għalik, ta’ min ikunu?”

2 of 72

Glorja `l Alla fil-għoli

tas-smewwiet, u paċi fl-art

lill-bnedmin ta’ rieda tajba.

3 of 72

Infaħħruk, inberkuk, nadurawk, nagħtuk ġieh. Inroddulek ħajr għall-glorja kbira tiegħek.

4 of 72

Mulej Alla,

Sultan tas-sema,

Alla Missier li tista’ kollox. Mulej Iben waħdieni,

Ġesù Kristu,

5 of 72

Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla,

Bin il-Missier.

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ħenn għalina.

6 of 72

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna. Int li qiegħed fuq il-lemin

tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis,

7 of 72

Int waħdek Mulej,

Int waħdek il-għoli,

Ġesù Kristu,

ma’ l-Ispirtu s-Santu:

fil-glorja tal-Missier Alla. Ammen.

8 of 72

Tmintax-il Ħadd

taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

Sena Ċ

“Il-ħwejjeġ li ħejjejt għalik, ta’ min ikunu?”

9 of 72

Qari I

X’se jmissu l-bniedem mit-taħbit u l-kedda li jkun ħa?

Qari mill-Ktieb

ta’ Qoħelet Qoħ 1:2; 2:21-23

10 of 72

O frugħa tal-frugħat,

jgħid Qoħèlet.

O frugħa tal-frugħat!

Kollox frugħa!

11 of 72

Għax dan jiġri:

wieħed, li jkun ħadem

bl-għaqal u l-ħila u b’suċċess,

12 of 72

ikollu jgħaddi sehmu

lil ħaddieħor li xejn

ma tħabat għalih.

13 of 72

Dan ukoll frugħa u

ħaġa mill-agħar.

14 of 72

Għax x’se jmissu l-bniedem mit-taħbit u l-kedda li jkun

ħa taħt ix-xemx?

15 of 72

Għomru kollu jbati u jinħaqar bil-kedda u lanqas billejl

ma jserraħ rasu.

16 of 72

Dan ukoll hu frugħa!

17 of 72

Il-Kelma tal-Mulej.

℟. Irroddu ħajr lil Alla.

18 of 72

Salm Responsorjali

Salm 89(90):3-4,5-6,12-13,14,17

℟. Mulej, int kont għalina

kenn minn nisel għal nisel.

19 of 72

Int traġġa’ l-bnedmin

lejn it-trab,

u tgħidilhom:

“Erġgħu lura, intom bnedmin!”.

20 of 72

Elf sena huma għalik bħal

jum tal-bieraħ li għadda,

jew bħal sahra tal-lejl.

21 of 72

℟. Mulej, int kont għalina

kenn minn nisel għal nisel.

22 of 72

Int taħsadhom,

u jsiru bħal ħolma.

Huma bħall-ħaxix li

jinbet filgħodu;

23 of 72

filgħodu jwarrad u jħaddar,

filgħaxija jidbiel u jinxef.

24 of 72

℟. Mulej, int kont għalina

kenn minn nisel għal nisel.

25 of 72

Għalhekk għallimna

ngħoddu jiem ħajjitna,

sabiex aħna nimxu bil-għaqal.

26 of 72

Dur lejna, Mulej!

Kemm se ddum?

Ħenn għall-qaddejja tiegħek!

27 of 72

℟. Mulej, int kont għalina

kenn minn nisel għal nisel.

28 of 72

Imliena kmieni

bit-tjieba tiegħek,

biex nifirħu u

nithennew ħajjitna kollha.

29 of 72

Ħa tkun fuqna l-grazzja

ta’ Alla Sidna!

Wettqilna inti x-xogħol

ta’ jdejna,

wettaq, iva, xogħol idejna.

30 of 72

℟. Mulej, int kont għalina

kenn minn nisel għal nisel.

31 of 72

Qari II �Fittxu l-ħwejjeġ tas-sema, fejn Kristu qiegħed fuq il-lemin ta’ Alla.

Għeluq tal-Ittra

ta’ San Pawl Appostlu

lill-Kolossin Kol 3:1-5,9-11

32 of 72

Ħuti, jekk intom irxuxtajtu

ma’ Kristu, fittxu l-ħwejjeġ

tas-sema, fejn Kristu qiegħed fuq il-lemin ta’ Alla.

33 of 72

Aħsbu fil-ħwejjeġ tas-sema, mhux f’dawk tal-art.

34 of 72

Għax intom mittu, imma ħajjitkom hi moħbija flimkien ma’ Kristu f’Alla.

35 of 72

Meta jidher Kristu,

li hu l-ħajja tagħkom, imbagħad intom ukoll tidhru flimkien miegħu fil-glorja.

36 of 72

Mewtu ġo fikom

dak kollu li hu tal-art:

37 of 72

żína, faħx, ġibdiet,

xewqat ħżiena,

u r-regħba li hi idolatrija.

38 of 72

Tigdbux lil xulxin,

intom li nżajtu l-bniedem

il-qadim bl-għemil

kollu tiegħu,

39 of 72

u lbistu l-bniedem il-ġdid,

li jiġġedded dejjem skont

ix-xbieha ta’ min ħalqu,

u jikber fl-għerf.

40 of 72

Fih ma hemmx Grieg jew Lhudi, ċirkonċiż jew mhux,

41 of 72

Barbaru jew Skita, ilsir jew ħieles, iżda Kristu f’kollox

u f’kulħadd.

42 of 72

Il-Kelma tal-Mulej.

℟. Irroddu ħajr lil Alla.

43 of 72

Hallelujah,

Hallelujah

44 of 72

Mt 5:3

Henjin il-foqra fl-ispirtu,

għax tagħhom hija

s-Saltna tas-Smewwiet.

45 of 72

Hallelujah,

Hallelujah

46 of 72

Evanġelju

Il-ħwejjeġ li ħejjejt għalik, ta’ min ikunu?

    • Qari mill-Evanġelju

skont San Luqa Lq 12:13-21

47 of 72

F’dak iż-żmien, xi ħadd

mill-folla qal lil Ġesù: “Mgħallem, għid lil ħija

jaqsam il-wirt miegħi”.

48 of 72

Wieġbu Ġesù:

“Ħabib, min qegħedni mħallef fuqkom, jew qabbadni nqassmilkom il-ġid bejnietkom?”.

49 of 72

Imbagħad qal lin-nies:

“Iftħu għajnejkom u ħarsu rwieħkom minn kull regħba,

50 of 72

għax imqar jekk wieħed

ikollu bir-radam, ħajtu ma tiddependix mill-ġid li jkollu”.

51 of 72

U qalilhom parabbola:

52 of 72

“Wieħed raġel għani ġabar kotra ta’ frott mir-raba’ tiegħu.

53 of 72

U beda jaħseb u jgħid

bejnu u bejn ruħu:

54 of 72

‘X’se nagħmel?

Għax dan il-frott kollu ma għandix fejn naħżnu!

Ara x’nagħmel’, qal,

55 of 72

“inħott l-imħażen li għandi u nibni oħrajn akbar, u naħżen fihom il-qamħ u l-ġid kollu li għandi.

56 of 72

Imbagħad ngħid lili nnifsi: Ruħi, għandek ħażna kbira ta’ ġid għal bosta snin; mela strieħ, kul, ixrob, ixxala!’.

57 of 72

Iżda qallu Alla:

‘Iblah li int!

Dan il-lejl stess jitolbuk

ruħek lura.

58 of 72

U l-ħwejjeġ li ħejjejt għalik,

ta’ min ikunu?’.

59 of 72

Hekk jiġrilu min jiġma’ l-ġid għalih innifsu bla ma jistagħna quddiem Alla”.

60 of 72

Il-Kelma tal-Mulej.

℟. It-tifħir lilek Kristu.

61 of 72

Tmintax-il Ħadd

taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

Sena Ċ

“Il-ħwejjeġ li ħejjejt għalik, ta’ min ikunu?”

62 of 72

Jiena nemmen f’Alla wieħed,

il-Missier li jista’ kollox,

li ħalaq is-sema u

l-art, dak kollu li jidher

u dak li ma jidhirx.

63 of 72

U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,

imnissel mill-Missier

qabel kull żmien.

64 of 72

Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier

u bih sar kollox.

65 of 72

Niżel mis-smewwiet għalina

l-bnedmin u għall-fidwa

tagħna. U ħa l-ġisem

bis-setgħa tal-Ispirtu

s-Santu minn Marija Verġni

66 of 72

u sar bniedem. Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh,

u fit-tielet jum qam

minn bejn l-imwiet, skont

67 of 72

il-Kotba mqaddsa,

u tela’ s-sema, u qieghed fuq

il-lemin tal-Missier.

U għandu jerġa jiġi

bil-glorja biex jagħmel ħaqq

68 of 72

mill-ħajjin u mill-mejtin, u

s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem. U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej mill-Missier u mill-Iben:

69 of 72

li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u

mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.

70 of 72

U fi Knisja waħda,

qaddisa, kattolika,appostolika.

Nistqarr magħmudija waħda

għall-maħfra tad-dnubiet.

71 of 72

U nistenna l-qawma

mill-imwiet, u l-ħajja

taż-żmien li ġej.

Ammen.

72 of 72

Tmintax-il Ħadd

taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

Sena Ċ

“Il-ħwejjeġ li ħejjejt għalik, ta’ min ikunu?”