1 of 71

Dedikazzjoni

tal-Bażilika tal-Lateran

Sena Ċ

2 of 71

Glorja `l Alla fil-għoli

tas-smewwiet, u paċi fl-art

lill-bnedmin ta’ rieda tajba.

3 of 71

Infaħħruk, inberkuk, nadurawk, nagħtuk ġieh. Inroddulek ħajr għall-glorja kbira tiegħek.

4 of 71

Mulej Alla,

Sultan tas-sema,

Alla Missier li tista’ kollox. Mulej Iben waħdieni,

Ġesù Kristu,

5 of 71

Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla,

Bin il-Missier.

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ħenn għalina.

6 of 71

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna. Int li qiegħed fuq il-lemin

tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis,

7 of 71

Int waħdek Mulej,

Int waħdek il-għoli,

Ġesù Kristu,

ma’ l-Ispirtu s-Santu:

fil-glorja tal-Missier Alla. Ammen.

8 of 71

Dedikazzjoni

tal-Bażilika tal-Lateran

Sena Ċ

9 of 71

Qari I

Qari mill-Ktieb

tal-Profeta Eżekjel. Eżek 47 ,1-2.8-9.12

10 of 71

F’dak iż-żmien, l-Anġlu

ħadni lura ħdejn il-bieb

tas-santwarju;

u ara,

11 of 71

kien hemm l-ilma ħiereġ

minn taħt l-għatba

tas-santwarju lejn il-lvant

- għax is-santwarju kien iħares lejn il-lvant.

12 of 71

U l-ilma kien ħiereġ min-naħa tal-lemin tal-għatba, in-naħa tan-nofsinhar tal-altar.

13 of 71

Imbagħad ħariġni mill-bieb tat-tramuntana u mexxieni madwar,

14 of 71

minn barra, sal-bieb ta’ barra

li jħares lejn il-lvant;

u l-ilma kien inixxi min-naħa tal-lemin tal-għatba.

15 of 71

U qalli:

«Dan l-ilma ħiereġ lejn in-naħa tal-lvant u nieżel lejn

l-Għaraba;

16 of 71

u meta jasal fil-Baħar il-Mejjet b’dak l-ilma mielaħ, l-ilma jsir ilma ħelu.

17 of 71

U jiġri li, kull fejn tgħaddi dik ix-xmara, kull ħaġa ħajja li tiċċaqlaq tgħix; u jkun hemm kotra kbira ta’ ħut,

18 of 71

għax, minn kull fejn jgħaddi dak l-ilma, l-ilma jitjieb

u jkun hemm il-ħajja minn kull fejn tgħaddi x-xmara.

19 of 71

Fuq iż-żewġt ixtut tax-xmara jikbru siġar ta’ kull ġens

ta’ frott;

20 of 71

il-weraq tagħhom ma jidbielx,

il-frott tagħhom ma jonqosx.

Kull xahar jagħmlu frott ġdid,

21 of 71

għax l-ilma tagħhom ħiereġ mit-tempju, u l-frott tagħhom ikun ikel, u l-weraq duwa.»

22 of 71

Il-Kelma tal-Mulej.

℟. Irroddu ħajr lil Alla.

23 of 71

Salm Responsorjali

Salm 45, 2-3.5-6.8-9

℟. Tifraħ il-belt ta’ Alla!

24 of 71

Kenn u qawwa hu Alla għalina,

għajnuna kbira sibnieh

fid-dwejjaq.

25 of 71

Għalhekk ma nibżgħux jekk

l-art titriegħed, jew jiġġarrfu

l-muntanji f'nofs ta' baħar;

26 of 71

℟. Tifraħ il-belt ta’ Alla!

27 of 71

Hemm xmara li s-swieqi tagħha iferrħu l-belt ta' Alla,

l-għamara qaddisa tal-Għoli.

28 of 71

Hemm Alla f’nofsha,

ma titħarrikx; jgħinha Alla

mat-tbexbix tas-sebħ.

29 of 71

℟. Tifraħ il-belt ta’ Alla!

30 of 71

Il-Mulej tal-eżerċti magħna, fortizza għalina Alla

ta’ Ġakobb!

31 of 71

Ejjew, araw x’għamel il-Mulej, għemejjel tal-għaġeb fuq l-art.

32 of 71

℟. Tifraħ il-belt ta’ Alla!

33 of 71

Qari II �

Qari mill-Ewwel Ittra

ta’ San Pawl Appostlu

lill-Korintin. Kor 3:9b-11.16-17

34 of 71

Ħuti:

intom il-bini ta’ Alla.

Skont il-grazzja li tani Alla,

bħala bennej għaqli,

jiena qegħedt il-pedament.

35 of 71

Ħaddieħor jibni fuqu;

imma jqis kull wieħed

kif jibni fuqu.

36 of 71

Pedament ieħor ħadd

ma jista’ jqiegħed ħlief dak

li ġa tqiegħed;

u dan hu Ġesù Kristu.

37 of 71

Ma tafux li intom tempju ta’ Alla, u li l-Ispirtu ta’ Alla jgħammar fikom?

38 of 71

Jekk xi ħadd jeqred it-tempju ta’ Alla, Alla jeqred lilu.

39 of 71

Għax qaddis hu t-tempju ta’ Alla, li huwa intom.

40 of 71

Il-Kelma tal-Mulej.

℟. Irroddu ħajr lil Alla.

41 of 71

Hallelujah,Hallelujah

42 of 71

ara 2 Kronaki 7, 16

“Għażilt u qaddist din id-dar,” jgħid il-Mulej,

“biex ismi jkun

fiha għal dejjem.”

43 of 71

Hallelujah,Hallelujah

44 of 71

Evanġelju

    • Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann. Ġw 2, 13-23

45 of 71

Kien qorob l-Għid tal-Lhud,

u Ġesù tela’ Ġerusalemm.

46 of 71

Fit-tempju sab min qiegħed ibigħ barrin, nagħaġ u ħamiem, u min kien bilqiegħda jsarraf il-flus.

47 of 71

Għamel sawt mill-ħbula,

u keċċiehom ilkoll ’il barra mit-tempju, bin-nagħaġ u

l-barrin tagħhom;

48 of 71

xerred il-flus ta’ dawk li kienu jsarrfu, u qalbilhom l-imwejjed

u lill-bejjiegħa tal-ħamiem qalilhom:

49 of 71

«Warrbu dawn minn hawn,

u dar Missieri tagħmluhiex

dar tan-negozju!»

50 of 71

Id-dixxipli ftakru f’dak li kien hemm miktub fl-Iskrittura,

“Il-ħeġġa għal darek fnietni.”

51 of 71

Imbagħad il-Lhud

qabdu u qalulu:

«X’sinjal se turina li inti tista’ tagħmel dan?»

52 of 71

Ġesù weġibhom:

«Ħottu dan it-tempju,

u fi tlitt ijiem nerġa’ ntellgħu.»

53 of 71

Għalhekk il-Lhud qalulu:

«Dan it-tempju ħa sitta u erbgħin sena biex inbena,

u int se ttellgħu fi tlitt ijiem?»

54 of 71

Iżda hu tkellem fuq

it-tempju tal-ġisem tiegħu.

55 of 71

Meta mbagħad qam

mill-imwiet, id-dixxipli tiegħu ftakru f’dan li kien qal,

u emmnu fl-Iskrittura u

fil-kliem li kien qal Ġesù.

56 of 71

Waqt li kien Ġerusalemm għall-festa tal-Għid, kien hemm ħafna li emmnu f’ismu

billi raw is-sinjali li kien jagħmel.

57 of 71

Il-Kelma tal-Mulej.

℟. It-tifħir lilek Kristu.

58 of 71

Dedikazzjoni

tal-Bażilika tal-Lateran

Sena Ċ

59 of 71

Jiena nemmen f’Alla wieħed,

il-Missier li jista’ kollox,

li ħalaq is-sema u

l-art, dak kollu li jidher

u dak li ma jidhirx.

60 of 71

U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,

imnissel mill-Missier

qabel kull żmien.

61 of 71

Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier

u bih sar kollox.

62 of 71

Niżel mis-smewwiet għalina

l-bnedmin u għall-fidwa

tagħna.

63 of 71

U ħa l-ġisem

bis-setgħa tal-Ispirtu

s-Santu minn Marija Verġni

u sar bniedem.

64 of 71

Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh,

u fit-tielet jum qam

minn bejn l-imwiet, skont

65 of 71

il-Kotba mqaddsa,

u tela’ s-sema, u qieghed fuq

il-lemin tal-Missier.

66 of 71

U għandu jerġa jiġi

bil-glorja biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin, u

s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem.

67 of 71

U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej mill-Missier u mill-Iben:

68 of 71

li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u

mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.

69 of 71

U fi Knisja waħda,

qaddisa, kattolika,appostolika.

Nistqarr magħmudija waħda

għall-maħfra tad-dnubiet.

70 of 71

U nistenna l-qawma

mill-imwiet, u l-ħajja

taż-żmien li ġej.

Ammen.

71 of 71

Dedikazzjoni

tal-Bażilika tal-Lateran

Sena Ċ