1 of 34

Qari mill-Ktieb tal-

Profeta Hosegħa

Hos 11,1-4.8ċ-9

2 of 34

Dan jgħid il-Mulej:

3 of 34

“Meta kien tfajjel Iżrael ħabbejtu, u mill-Eġittu sejjaħt lil ibni. Imma aktar ma sejjaħtilhom, aktar tbiegħdu minni;

4 of 34

offrew sagrifiċċji lil Bagħalim, u baħħru quddiem l-idoli.

5 of 34

Kont jien li ’l Efrajm għallimtu jimxi, erfajthom fuq dirgħajja, iżd’huma m’għarfux kemm kont

ħadt ħsiebhom!

6 of 34

Bi ħbula ta’ bnedmin jien

ġbidthom, b’rabtiet ta’ mħabba; u kont għalihom bħal min jerfa’ tarbija ma’ ħaddejh,

7 of 34

u lejha mmil nitmagħha. Daret għalija qalbi, tqanqlet bil-bosta ħnienti.

8 of 34

Le, ma nħaddimx il-korla mħeġġa tiegħi; le,

ma nerġax inġib fix-xejn

’l Efrajm, għax Alla jien,

u mhux bniedem,

9 of 34

jien f’nofsok il-Qaddis;

jien ma niġix biex neqred.”

10 of 34

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

11 of 34

R:/ Itfa’ fuqna d-dija ta’ wiċċek, u nkunu salvi

Salm Responsorjali

12 of 34

O Ragħaj ta’ Iżrael,

agħti widen,

int li qiegħed fuq

il-kerubini,

13 of 34

qajjem il-qawwa tiegħek,

u ejja ħa ssalvana.

14 of 34

R:/ Itfa’ fuqna d-dija ta’ wiċċek, u nkunu salvi

15 of 34

Erġa’ ejja,

Alla tal-eżerċti;

ħares mis-sema, u ara,

u żur ’l din id-dielja.

16 of 34

Ħu ħsieb dak li ħawlet lemintek,

ir-rimja li int kabbart għalik.

17 of 34

R:/ Itfa’ fuqna d-dija ta’ wiċċek, u nkunu salvi

18 of 34

Hallelujah, Hallelujah

19 of 34

Iż-żmien huwa mitmum,

indmu u emmnu

fl-Evanġelju.

20 of 34

Hallelujah, Hallelujah

21 of 34

Qari mill-Evanġelju skont

San Mattew

Mt 10, 7-15

Glorja lilek Mulej

22 of 34

F’dak iż-żmien, Ġesù qal

lill-appostli tiegħu:

23 of 34

“Intom u sejrin, xandru

u għidu li s-Saltna

tas-Smewwiet waslet.

24 of 34

Fejqu l-morda, qajmu

l-mejtin, fejqu

l-lebbrużi, keċċu x-xjaten.

B’xejn ħadtu, b’xejn agħtu.

25 of 34

Tfittxux li jkollkom flus fuqkom, la tad-deheb, la

tal-fidda u lanqas tar-ram;

26 of 34

u la ħorġa għat-triq, la żewġ ilbiesi, la qrieq u lanqas ħatar, għax il-ħaddiem ħaqqu ħobżu.

27 of 34

Fil-belt jew raħal fejn tidħlu, araw ikunx hemm min jixraqlu tmorru għandu, u ibqgħu f’daru sa ma titilqu minn hemm.

28 of 34

Meta tidħlu f’dar, sellmu

lin-nies tagħha, u jekk tkun dar li jixirqilha,

ħa jiġi fuqha s-sliem tagħkom.

29 of 34

Imma jekk tkun dar li ma jixirqilhiex, ħa jerġa’ lura għandkom is-sliem tagħkom.

30 of 34

Jekk imbagħad xi ħadd ma

jilqagħkomx u ma jismax minn kliemkom,

31 of 34

oħorġu ’l barra minn dik id-dar jew belt u farfru

t-trab ta’ saqajkom.

32 of 34

Tassew, ngħidilkom,

li jum il-ħaqq ikun eħfef

għal Sodoma u Gomorra

milli għal dik il-belt.”.

33 of 34

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

34 of 34