1 of 43

Il-Ġimgħa wara�L-Erbgħa tal-Irmied

2 of 43

Qari mill-Ktieb �tal-Profeta IżaijaIż 58, 1-9a

3 of 43

Dan jgħid il-Mulej:

4 of 43

Iftaħ garġik, għajjat u la tiskotx!

Għolli leħnek bħal tromba! Dnubhom uri lill-poplu tiegħi,

5 of 43

u ħtijiethom lil dar Ġakobb! Imma lili kuljum ifittxu, jixtiequ jagħrfu triqati, bħallikieku ġens li jagħmel is-sewwa,

6 of 43

u li ma ħalliex l-ordnijiet ġusti ta’ Alla tiegħu.

Jitolbuni ġudizzji

fis-sewwa, jixtiequ jersqu lejn Alla:

7 of 43

‘Għaliex somna u int ma ħaristx, għakkisna ruħna u int ma ntbaħtx?’

8 of 43

Araw, f’jum is-sawm tagħkom tagħmlu li tridu, u tgħakksu lill-ħaddiem tagħkom.

9 of 43

Araw, issumu

bil-kustjonijiet u l-ġlied

u tidorbu bil-ponn bla ħaqq.

10 of 43

Jekk issumu kif qegħdin issumu issa, leħinkom ma jinstamax fl-għoli.

11 of 43

Jaqaw jien jogħġobni sawm bħal dan, jum biex bniedem jgħakkes lilu nnifsu?

12 of 43

Biex ibaxxi rasu

bħas-simar, u jimtedd fuq ix-xkora u r-rmied?

13 of 43

Tgħidlu int dan sawm,

jum jogħġob lill-Mulej?

14 of 43

Jaqaw mhux dan is-sawm li jiena rrid,

jiġifieri, li tħoll l-irbit

tal-ħażen, u tqaċċat

ix-xkiel tal-madmad,

15 of 43

li tibgħat ħielsa

l-maħqurin,

u tkisser kull madmad?

16 of 43

Mhux li taqsam ħobżok

ma’ min hu bil-ġuħ,

u ddaħħal f’darek

lill-imsejken bla saqaf?

17 of 43

Mhux li tlibbes lil min tara għarwien, u n-nies ta’

darek ma tinsihomx?

18 of 43

Imbagħad ifiġġ

bħaż-żerniq id-dawl tiegħek, u malajr tagħlaqlek il-ġerħa tiegħek.

19 of 43

Quddiemek timxi

l-ġustizzja tiegħek, u

l-glorja tal-Mulej timxi warajk.

20 of 43

Jekk biss issejjaħlu, iwieġeb il-Mulej; jekk tgħajjatlu, jgħidlek: ‘Hawn jien’.

21 of 43

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

22 of 43

R:/ Qalb maqsuma u sogħbiena ma twarrabhiex, o Alla

Salm Responsorjali

23 of 43

Ikollok ħniena minni, o Alla, fi tjubitek;

fil-kobor tal-ħniena tiegħek ħassar ħtijieti.

24 of 43

Aħsilni kollni mill-ħtija tiegħi;

naddafni mid-dnub tiegħi.

25 of 43

R:/ Qalb maqsuma u sogħbiena ma twarrabhiex, o Alla

26 of 43

Għax jien nagħrafhom ħtijieti;

id-dnub tiegħi dejjem quddiemi.

27 of 43

Kontrik biss jiena dnibt,

u dak li hu ħażin f’għajnejk għamilt.

28 of 43

R:/ Qalb maqsuma u sogħbiena ma twarrabhiex, o Alla

29 of 43

Għax lilek ma jogħġbokx is-sagrifiċċju;

noffrilek vittmi maħruqa, u ma tilqagħhomx.

30 of 43

Is-sagrifiċċju tiegħi, o Alla, hu l-qalb niedma;

qalb maqsuma u sogħbiena ma twarrabhiex, o Alla.

31 of 43

R:/ Qalb maqsuma u sogħbiena ma twarrabhiex, o Alla

32 of 43

Glorja u Tifħir

Glorja u Tifħir

Lilek Kristu

33 of 43

Fittxu l-ġid, u mhux

id-deni, jekk tridu tgħixu,

u l-Mulej ikun magħkom.

34 of 43

Glorja u Tifħir

Glorja u Tifħir

Lilek Kristu

35 of 43

Qari mill-Evanġelju skont

San Mattew

Mt 9, 14-15

R:/ Glorja lilek Mulej

36 of 43

F’dak iż-żmien, resqu lejn Ġesù id-dixxipli ta’ Ġwanni u qalulu:

37 of 43

“Għaliex aħna u l-Fariżej insumu, u d-dixxipli tiegħek ma jsumux?”.

38 of 43

Qalilhom Ġesù:

39 of 43

“Huwa l-mistednin

tal-għarus se jsewdu qalbhom sakemm l-għarus ikun għadu magħhom?

40 of 43

Imma jasal il-jum meta

l-għarus jeħduhulhom minn magħhom, u mbagħad isumu”.

41 of 43

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

42 of 43

Il-Ġimgħa wara�L-Erbgħa tal-Irmied

43 of 43