1 of 71

Festa Solenni

tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù

2 of 71

Glorja `l Alla fil-għoli

tas-smewwiet, u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.

3 of 71

Infaħħruk,

inberkuk,

nadurawk,

nagħtuk ġieh.

4 of 71

Inroddulek ħajr għall-glorja kbira tiegħek. Mulej Alla, Sultan tas-sema,

Alla Missier li tista’ kollox.

5 of 71

Mulej Iben waħdieni, Ġesù Kristu,

Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla, Bin il-Missier.

6 of 71

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ħenn għalina.

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna.

7 of 71

Int li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis, Int waħdek Mulej,

Int waħdek il-għoli,

8 of 71

Ġesu’ Kristu, ma’ l-Ispirtu

s-Santu:

fil-glorja tal-Missier Alla.

Ammen.

9 of 71

Festa Solenni

tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù

10 of 71

Qari mill-Ktieb

tad-Dewteronomju

Dewt 7, 6-11

11 of 71

F’dak iż-żmien Mosè kellem lill-poplu u qal:

12 of 71

“Inti poplu qaddis

għall-Mulej, Alla tiegħek; minn fost il-popli kollha li jinsabu fuq wiċċ l-art,

13 of 71

lilek għażel il-Mulej, Alla tiegħek, biex tkun il-poplu miksub tiegħu.

14 of 71

U l-Mulej tgħaxxaq bikom u għażilkom, mhux għax kontu kbar fil-għadd iżjed minn kull poplu ieħor,

15 of 71

għax intom l-iċken

fil-għadd fost il-popli kollha, iżda l-Mulej għażilkom għax ħabbkom,

16 of 71

u għax ried iżomm il-ħalfa li ħalef lil missirijietkom; kien għalhekk li l-Mulej, b’id qawwija,

17 of 71

ħariġkom u fdiekom minn dar il-jasar, minn id

il-Fargħun, is-sultan

tal-Eġittu. Agħraf, mela, li

l-Mulej, Alla tiegħek, hu Alla;

18 of 71

Alla l-fidil, li jżomm għal elf nisel il-patt u t-tjieba tiegħu ma’ ħbiebu u ma’ dawk li jħarsu l-kmandamenti tiegħu;

19 of 71

imma jitħallas f’wiċċhom stess mill-għedewwa tiegħu billi jeqridhom;

20 of 71

ma joqgħodx jitlajja

mal-għadu tiegħu, imma f’wiċċu jitħallas minnu.

21 of 71

Ħares, mela,

il-kmandamenti u l-liġijiet u d-digrieti li jiena llum

qiegħed nordnalek, biex tagħmel kif jgħidu huma”.

22 of 71

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

23 of 71

R:/ It-tjieba tal-Mulej minn dejjem għal dejjem

Salm Responsorjali

24 of 71

Bierek, ruħ tiegħi,

lill-Mulej!

B’qalbi kollha nbierek

l-isem qaddis tiegħu.

25 of 71

Bierek, ruħ tiegħi,

lill-Mulej,

u la tinsiex il-ġid kollu li għamel miegħek.

26 of 71

R:/ It-tjieba tal-Mulej minn dejjem għal dejjem

27 of 71

Hu li jaħfer dnubietek kollha;

ifejjaq il-mard tiegħek kollu;

28 of 71

jifdi lil ħajtek mill-qabar;

iħaddnek bit-tjieba u

bil-ħniena.

29 of 71

R:/ It-tjieba tal-Mulej minn dejjem għal dejjem

30 of 71

Il-Mulej jagħmel is-sewwa,

u l-ħaqq mal-maħqurin kollha.

31 of 71

Hu għarraf lil Mosè l-ħsieb tiegħu,

l-għemejjel tiegħu lil ulied Iżrael.

32 of 71

R:/ It-tjieba tal-Mulej minn dejjem għal dejjem

33 of 71

Ħanin u twajjeb il-Mulej,

idum ma jagħdab u kollu mogħdrija.

34 of 71

Ma mexiex magħna skond ma ħaqqhom ħtijietna;

ma ħallasniex skond ma ħaqqha ħżunitna.

35 of 71

R:/ It-tjieba tal-Mulej minn dejjem għal dejjem

36 of 71

Qari mill-Ewwel Ittra ta’

San Ġwann Appostlu

1 Ġw 4, 7-16

37 of 71

Għeżież, ejjew inħobbu lil xulxin, għax l-imħabba ġejja minn Alla, u kull min iħobb hu mwieled minn Alla u jagħraf lil Alla.

38 of 71

Dak li ma jħobbx ma għarafx lil Alla, għax Alla hu mħabba.

39 of 71

B’dan dehret l-imħabba ta’ Alla fina, għax Alla bagħat lil Ibnu l-waħdieni fid-dinja, biex ngħixu bih.

40 of 71

U hawn qiegħda l-imħabba; mhux għax aħna ħabbejna lil Alla, imma għax ħabbna Hu u bagħat lil Ibnu biex ikun ta’ tpattija għal dnubietna.

41 of 71

Għeżież, jekk Alla ħabbna daqshekk, aħna wkoll għandna nħobbu lil xulxin.

42 of 71

Lil Alla għadu ħadd ma rah, imma jekk inħobbu lil xulxin hu jgħammar fina, u mħabbtu ssib il-milja tagħha fina.

43 of 71

B’hekk nafu li aħna ngħammru fih u Hu fina, għax tana sehem mill-Ispirtu tiegħu.

44 of 71

Aħna rajna, u nagħtu xhieda, li l-Missier bagħat lil Ibnu

s-Salvatur tad-dinja.

45 of 71

Kull min jistqarr li Ġesù hu

l-Iben ta’ Alla, Alla jgħammar fih u hu f’Alla. U aħna għarafna l-imħabba li Alla għandu għalina u emminnieha.

46 of 71

Alla hu mħabba, u min jgħammar fl-imħabba jgħammar f’Alla u Alla fih.

47 of 71

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

48 of 71

Hallelujah, Hallelujah

49 of 71

Ħudu fuqkom il-madmad tiegħi u tgħallmu minni, għax jiena ta’ qalb ħelwa u umli.

50 of 71

Hallelujah, Hallelujah

51 of 71

Qari mill-Evanġelju skont San Mattew

Mt 11, 25-30

R:/ Glorja lilek Mulej

52 of 71

F’dak iż-żmien Ġesù qabad u qal:

53 of 71

“Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax inti dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin.

54 of 71

Iva, Missier, għax lilek hekk għoġbok. Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf lill-Iben jekk mhux il-Missier,

55 of 71

kif ħadd ma jagħraf

lill-Missier jekk mhux

l-Iben u dak li lilu l-Iben irid jgħarrafhulu.

56 of 71

Ejjew għandi, intom ilkoll

li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom.

57 of 71

Ħudu fuqkom il-madmad tiegħi u tgħallmu minni, għaliex jiena ta’ qalb ħelwa u umli, u intom issibu

l-mistrieħ għal ruħkom.

58 of 71

Għax il-madmad tiegħi ħelu u t-toqol tiegħi ħafif”.

59 of 71

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

60 of 71

Festa Solenni

tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù

61 of 71

Jiena nemmen f’Alla wieħed, il-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u

l-art, dak kollu li jidher u dak li ma jidhirx.

62 of 71

U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,

imnissel mill-Missier

qabel kull żmien.

63 of 71

Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier u bih sar kollox.

64 of 71

Niżel mis-smewwiet għalina

l-bnedmin u għall-fidwa

tagħna. U ħa l-ġisem

bis-setgħa tal-Ispirtu

s-Santu minn Marija Verġni

65 of 71

u sar bniedem. Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh, u

fit-tielet jum qam minn bejn l-imwiet, skont

66 of 71

il-Kotba mqaddsa,

u tela’ s-sema, u qieghed fuq

il-lemin tal-Missier.

U għandu jerġa jiġi

bil-glorja biex jagħmel ħaqq

67 of 71

mill-ħajjin u mill-mejtin, u s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem. U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej mill-Missier u mill-Iben:

68 of 71

li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u

mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.

69 of 71

U fi Knisja waħda, qaddisa, kattolika, appostolika.

Nistqarr magħmudija waħda

għall-maħfra tad-dnubiet.

70 of 71

U nistenna l-qawma

mill-imwiet, u l-ħajja

taż-żmien li ġej. Ammen.

71 of 71

Festa Solenni

tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù